Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tas-16 ta’ Marzu 2010 - Seacid vs Il-Parlament u Il-Kunsill (T-530/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226) - Termini għall-preżentata ta’ appell - Inammissibbiltà manifesta.
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) Sistemul electronic de arhivare, criptare şi indexare digitalizată Srl (Seacid) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.