Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu VII - Disposizzjonijiet dwar kooperazzjoni msaħħa - Artikolu 43
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0031 - 0032
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0028 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0169 - Consolidated version
Artikolu 43 L-Istati Membri li jkunu fi ħsiebhom jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom jistgħu jużaw l-istituzzjonijiet, il-proċeduri u l-mekkaniżmi li jinsabu f’dan it-Trattat u fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, basta li l-kooperazzjoni proposta - (a) tkun tmexxi l quddiem l-għanijiet ta’ l-Unjoni u tal-Komunità, li tipproteġi u li sservi l-interessi tagħhom u li ssaħħaħ il-proċess ta' l-integrazzjoni; (b) tirrispetta l-imsemmija Trattati u l-qafas istituzzjonali waħdieni ta’ l-Unjoni; (ċ) tirrispetta l-acquis communautaire u l-miżuri adottati skond id-disposizzjonijiet l-oħra tat-Trattati msemmija; (d) tibqa’ fil-limiti tal-kompetenzi ta’ l-Unjoni jew tal-Komunità u ma tidħolx fl-oqsma li huma fil-kompetenza esklusiva tal-Komunità; (e) ma theddidx is-suq intern kif definit fl-Artikolu 14(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jew il-koeżjoni ekonomika u soċjali stabbilita skond it-Titolu XVII ta’ dak it-Trattat; (f) ma’ tikkostitwix xkiel jew diskriminazzjoni fil-kummerċ bejn l-Istati Membri u ma ġġibx distorsjoni fil-kompetizzjoni bejniethom; (g) tgħaqqad mill-inqas tmien Stati Membri; (h) tirrispetta l-kompetenzi, id-drittijiet u l-obbligi ta’ dawk l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fiha; (i) ma taffettwax id-disposizzjonijiet tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea; (j) tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha skond l-Artikolu 43b --------------------------------------------------