<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-595/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0595</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:86">EU:C:2022:86</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20220210">10.2.2022</DATE> – Kawża C‑595/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">ShareWood Switzerland</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20220210">10 ta’ Frar 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 593/2008 (Ruma I)</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti ta’ konsum</KEYWORD><KEYWORD>Għażla tal-liġi applikabbli</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(4)(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni ta’ kuntratti li għandhom bħala suġġett dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jew kiri ta’ proprjetà</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ bejgħ, inkluż kuntratt ta’ kiri u kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, dwar siġar imħawla bl-għan waħdieni li jiġu maħsuda għall-profitt</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑595/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20200928">28 ta’ Settembru 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20201113">13 ta’ Novembru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">UE</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">ShareWood Switzerland AG,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">VF,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn N. Jääskinen, President tal-Awla, M. Safjan (Relatur) u M. Gavalec, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: L. Medina,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal UE, minn R. Mirfakhrai, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal ShareWood Switzerland AG u VF, minn S. Albiez, Rechtsanwalt,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, inizjalment minn M. Wasmeier u M. Wilderspin, sussegwentement minn M. Wasmeier u W. Wils, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstemgħat l-Avukata Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(4)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE> dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="177" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 177, p. 6</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="87" DATE.PUB="2009">ĠU 2009 L 309, p. 87</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Ruma I<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, UE u, min-naħa l-oħra, ShareWood Switzerland AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ShareWood<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u VF, dwar l-obbligu ta’ dawn tal-aħħar li jħallsu lil UE somma ta’ flus abbażi ta’ kuntratt qafas konkluż bejn dawn il-partijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 7 tar-Regolament Ruma II tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-ambitu sostantiv u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat‑<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Brussell I<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="012" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2001">ĠU 2001 L 12, p. 1</REF.DOC.OJ>) u r-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE> dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Ruma II<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2007">ĠU 2007 L 199, p. 40</REF.DOC.OJ>)<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Ruma I, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kuntratti ta’ konsum<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-Artikoli 5 u 7, kuntratt konkluż minn persuna fiżika għal skop li jista’ jitqies bħala mhux relatat mas-sengħa jew professjoni tagħha (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>il-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>), ma’ persuna oħra li taġixxi fl-eżerċizzju tas-sengħa jew professjoni tagħha (‘il-professjonist’) għandu jkun regolat mil-liġi tal-pajjiż fejn il-konsumatur ikollu r-residenza abitwali tiegħu, bil-kondizzjoni li:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-professjonist jeżerċita l-attivitajiet kummerċjali jew professjonali tiegħu fil-pajjiż fejn il-konsumatur ikollu r-residenza abitwali tiegħu, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>bi kwalunkwe mezz, jindirizza dawn l-attivitajiet lejn dak il-pajjiż jew lejn diversi pajjiżi inkluż dak il-pajjiż,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>u li l-kuntratt jaqa’ fl-ambitu ta’ dawn l-attivitajiet.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-paragrafu 1, il-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għal kuntratt li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1, skond l-Artikolu 3. Tali għażla, madankollu, ma tistax twassal sabiex iċċaħħad lill-konsumatur mill-protezzjoni mogħtija lilu minn dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu<?PAGE NO="3"?> derogati bi ftehim taħt il-liġi li, fin-nuqqas ta’ l-għażla, kienet tkun applikabbli abbażi tal-paragrafu 1.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal dawn il-kuntratti:</P><P>[…]</P><P>1. kuntratt relatat ma’ dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jew ma’ kiri ta’ proprjetà immobbli divers minn kuntratt relatat ma’ dritt ta’ użu ta’ proprjetajiet immobbli fuq bażi ta’ timeshare fis-sens tad-Direttiva 94/47/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="19941026">26 ta’ Ottubru 1994</DATE> dwar il-protezzjoni tax-xerrejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti aspetti tal-kuntratti li għandhom x’jaqsmu max-xiri tad-dritt għall-użu tal-propjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 13, p. 315)];</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Bejn ix-xahar ta’ Jannar 2012 u x-xahar ta’ Ġunju 2014, UE, konsumatur residenti fl-Awstrija, ikkonkluda ma’ ShareWood, kumpannija li għandha s-sede tagħha fl-Isvizzera, kuntratt qafas kif ukoll erba’ kuntratti ta’ bejgħ li jirrigwardaw ix-xiri ta’ siġar tat-tik u tal-balsa fil-Brażil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Dawn l-erba’ kuntratti ta’ bejgħ kellhom bħala suġġett 705 siġra tat-tik ta’ valur ta’ EUR 67 328.85, <FT TYPE="NUMBER">2690</FT> siġra tat-tik ta’ valur ta’ EUR 101 716.53, <FT TYPE="NUMBER">2600</FT> siġra tat-tik ta’ valur ta’ EUR 111 583.34 u <FT TYPE="NUMBER">1860</FT> siġra tal-balsa ta’ valur ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">32340</FT>. Barra minn hekk, dan il-kuntratt qafas kien jinkludi kuntratt ta’ kiri u kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi. Dan il-kuntratt ta’ kiri kien jagħti d-dritt li jitkabbru s-siġar ikkonċernati, u l-kera tal-kirja kienet inkluża fil-prezz tal-bejgħ ta’ dawn tal-aħħar. Fir-rigward tal-kuntratt tal-provvista tas-servizzi, dan kien jipprovdi li ShareWood tinkariga ruħha li tkabbar, tamministra, taħsad u tbigħ is-siġar kif ukoll li tagħti l-qligħ nett ta’ dan il-bejgħ lil UE. Id-differenza bejn il-qligħ nett u l-qligħ gross kien jikkostitwixxi r-remunerazzjoni ta’ ShareWood għall-provvista ta’ dawn is-servizzi, iddefinit bħala perċentwali ta’ dan il-qligħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-klawżoli segwenti kienu jagħmlu parti mill-imsemmi kuntratt qafas:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>3.1. [ShareWood] għandha tbigħ is-siġar tal-pjantazzjonijiet ta’ [ShareWood] u ta’ [Sharewood do Brasil Reflorestadora Ltda] f’isimha proprju u għan-nom tagħha stess lil [UE]. Permezz tal-ħlas tal-prezz tal-bejgħ, [ShareWood] tintrabat li tittrasferixxi lil [UE] is-sjieda tas-siġar.</P><P>3.2. [UE] għandu jixtri siġar diġà mħawla u individwalizzati. L-individwalizzazzjoni ssir sal-ħsad u sal-bejgħ, billi jiġi ppreparat inventarju tas-siġar li jindika n-numru tas-siġra, in-numru tal-pjanta, in-numru tal-plott u n-numru tal-pjantazzjoni.</P><P>[…]</P><P>4.2. Bħala konferma tat-twettiq tal-bejgħ, għandu jiġi trażmess, wara riċezzjoni tal-prezz tal-bejgħ, ċertifikat ta’ pjantazzjoni li jindika l-informazzjoni ta’ individwalizzazzjoni tas-siġar mixtrija.</P><?PAGE NO="4"?><P>[…]</P><P>7. Qbiela</P><P>7.1. Max-xiri tas-siġar, [UE] għandu simultanjament jikri l-art (ara l-kuntratt speċifiku) sakemm is-siġar mixtrija mingħand [ShareWood] ikunu jinsabu hemmhekk, jew, minn tal-inqas, għal terminu li ma jeċċedix dak indikat fil-kuntratt speċifiku relatat miegħu. Il-qbiela jinkludu biss id-dritt li jsir tkabbir tas-siġar.</P><P>7.2. Il-kera hija inkluża fil-prezz tax-xiri.</P><P>[…]</P><P>7.3. Il-kirja tista’ tiġi trażmessa biss fil-każ tal-bejgħ mill-ġdid tas-siġar. Is-sullokazzjoni hija eskluża.</P><P>8. Bejgħ mill-ġdid ta’ siġar minn [UE]</P><P>8.1. [UE] jista’, fi kwalunkwe mument, ibigħ is-siġar tagħha, bi jew mingħajr kuntratt ta’ servizzi, lil terz u jittrasferixxi s-sjieda lilu. [UE] għandu jimpenja ruħu li jittrażmetti lill-imsemmi terz il-qbiela korrispondenti u li jissuġġetta lil dan it-terz għall-istess obbligu.</P><P>[…]</P><P>9. Żamma tal-valur tas-siġar mixtrija</P><P>9.1. Għall-finijiet tal-iżvilupp u taż-żamma tal-valur, [ShareWood] tirakkommanda li s-siġar jiġu kkurati regolarment. Dan is-servizz huwa offrut minn [ShareWood] bil-kuntratt ta’ servizzi.</P><P>[…]</P><P>11. B’kuntratt ta’ servizzi</P><P>11.1. Bil-konklużjoni ma’ [ShareWood] ta’ kuntratt ta’ servizzi, [UE] jinkariga lil [ShareWood] bil-ġestjoni, bl-amministrazzjoni, bil-kura, bil-ħsad u bil-bejgħ tas-siġar mixtrija konformement mal-ġestjoni tal-pjantazzjoni kollha u b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kriterji internazzjonali ta’ użu sostenibbli tal-pjantazzjonijiet, u timpenjaha tħallas lil [UE] il-qligħ nett tal-bejgħ tal-injam fil-kont tagħha kif indikat. Barra minn hekk, [ShareWood] tassumi l-obbligi kollha li jirriżultaw mill-qbiela.</P><P>[…]</P><P>11.9. [UE] jinkariga lil [ShareWood] tiddeċiedi, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-ġestjoni tal-pjantazzjoni kollha, liema siġar se jinħasdu f’liema sena. Qabel il-ħsad, [ShareWood] għandha tinforma b’dan lil [UE]. Il-proposta titqies li hija aċċettata meta [UE] ma jirrifjutahiex fi żmien 10 ijiem minn meta jirċievi l-informazzjoni inkwistjoni, bil-posta jew bil-posta elettronika.</P><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><P>15.1. [ShareWood] għandha tassigura, għal [UE] u għaliha nnifisha, matul l-ewwel erba’ snin wara l-pjantazzjoni, l-art u s-siġar tat-tik (bl-esklużjoni ta’ siġar oħra) kontra n-nar, il-beraq, il-preċipitazzjoni u l-ħsara mill-ġlata. [UE] jirrikonoxxi li l-assigurazzjoni ma għandhiex tkopri telf ta’ inqas minn 10 % tas-siġar tat-tik.</P><P>[…]</P><P>24.1. Fir-rigward tad-dritt sostantiv applikabbli, il-kuntratt qafas u kull wieħed mill-kuntratti speċifiċi huma rregolati mid-dritt Svizzeru, bl-esklużjoni (i) tal-konvenzjonijiet internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kuntratti għall-Bejgħ Internazzjonali ta’ Merkanzija, tal‑<DATE ISO="19800411">11 ta’ April 1980</DATE> (CISG) u (ii) tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-kunflitt tal-liġijiet. […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-kuntratt ta’ bejgħ ta’ <FT TYPE="NUMBER">2600</FT> siġra tat-tik, imsemmi fil-punt 6 ta’ din is-sentenza, ġie xolt bi ftehim komuni bejn il-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>UE ppreżentat quddiem il-Handelsgericht Wien (il-Qorti Kummerċjali ta’ Vjenna, l-Awstrija) rikors intiż sabiex jiġi kkonstatat li ShareWood kienet naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tikseb is-sjieda tas-siġar inkwistjoni u li ShareWood u VF, direttur u membru tal-bord tad-diretturi ta’ din il-kumpannija, huma marbuta <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> li jħallsuha s-somma ta’ EUR 201 385.38, flimkien mal-interessi u l-ispejjeż. Barra minn hekk, f’dan ir-rikors, UE sostna li, bħala konsumatur, huwa kellu, skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt Awstrijak, id-dritt li jxolji t-tliet kuntratti l-oħra ta’ bejgħ imsemmija fil-punt 6 ta’ din is-sentenza u li jikseb kumpens għad-danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tad‑<DATE ISO="20190909">9 ta’ Settembru 2019</DATE>, il-Handelsgericht Wien (il-Qorti Kummerċjali ta’ Vjenna) ċaħdet l-imsemmi rikors. Permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20200225">25 ta’ Frar 2020</DATE>, l-Oberlandesgericht Wien (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Vjenna, l-Awstrija) ikkonfermat din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Adita b’appell għal reviżjoni minn UE minn din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), tqis li r-relazzjoni kuntrattwali bejn UE u ShareWood taqa’ taħt l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Ruma I. Mill-kuntratt qafas imsemmi fil-punt 5 ta’ din is-sentenza jirriżulta li dawn il-partijiet kienu ftiehmu dwar l-applikabbiltà tad-dritt Svizzeru. Madankollu, skont l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-regolament, din l-għażla ma tistax twassal sabiex iċċaħħad lill-konsumatur mill-protezzjoni mogħtija lilu minn dispożizzjonijiet li ma jistax jidderoga minnhom bi ftehim skont il-liġi li, fin-nuqqas ta’ għażla, kienet tkun applikabbli abbażi tal-Artikolu 6(1), f’dan il-każ, id-dritt Awstrijak.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Madankollu, din il-qorti tirrileva li, fil-kuntest tal-kawża li tressqet quddiemha, tali dispożizzjonijiet nazzjonali imperattivi intiżi sabiex jipproteġu lill-konsumatur jistgħu jiġu invokati biss bil-kundizzjoni li l-kuntratt qafas inkwistjoni ma jaqax taħt il-kategorija ta’ kuntratti msemmija fl-Artikolu 6(4)(ċ) tar-Regolament Ruma I, jiġifieri dik tal-kuntratti li għandhom bħala suġġett dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jew kiri ta’ proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Artikolu 6(4)(ċ) tar-Regolament [Ruma I] għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ bejgħ ta’ siġar teak u balsa konkluż bejn impriża u konsumatur li huwa intiż sabiex jittrasferixxi l-proprjetà tas-siġar bil-ħsieb li dawn is-siġar jiġu ġestiti, maħsuda u mibjugħa bi profitt, u li jinkludi, għal dan l-iskop, ftehim ta’ kiri u ftehim ta’ servizzi, għandu jitqies li huwa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>kuntratt relatat ma’ dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jew ma’ kiri ta’ proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 6(4)(ċ) tar-Regolament Ruma I għandux jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ bejgħ, li jinkludi kuntratt ta’ kiri u kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, li jirrigwarda siġar imħawla fuq art mikrija bl-għan waħdieni li jiġu maħsuda għal skopijiet ta’ lukru, jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kuntratt li għandu bħala suġġett dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jew kiri ta’ proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament Ruma I, il-partijiet f’kuntratt ta’ konsum, jiġifieri kuntratt konkluż minn professjonist u konsumatur, jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għall-kuntratt, sa fejn din l-għażla ma jkollhiex madankollu r-riżultat li ċċaħħad lill-konsumatur mill-protezzjoni mogħtija lilu mid-dispożizzjonijiet li ma jistax jidderoga minnhom bi ftehim skont il-liġi li, fin-nuqqas ta’ għażla, kienet tkun applikabbli abbażi tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1)(b) tal-imsemmi regolament, li, skont il-qorti tar-rinviju, japplika għall-kawża prinċipali, jipprevedi li kuntratt konkluż minn konsumatur ma’ professjonist huwa rregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn il-konsumatur ikollu r-residenza abitwali tiegħu, bil-kundizzjoni li dan il-professjonist, bi kwalunkwe mezz, jiddirieġi l-attività tiegħu lejn dan il-pajjiż jew lejn diversi pajjiżi, fosthom dan tal-aħħar, u li l-kuntratt jaqa’ fl-ambitu ta’ din l-attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 6(4) tar-Regolament Ruma I jistabbilixxi l-każijiet li fihom il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu 6 ma japplikawx. B’mod iktar speċifiku, l-imsemmi Artikolu 6(4)(ċ) jipprovdi li l-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għal kuntratti li għandhom bħala suġġett dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jew kiri ta’ proprjetà immobbli għajr kuntratt li għandu bħala suġġett dritt ta’ użu ta’ proprjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare fis-sens tad-Direttiva 94/47.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-applikazzjoni tad-dritt Awstrijak għat-tilwima fil-kawża prinċipali tiddependi minn jekk il-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>kuntratt li għandu bħala suġġett dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jew kiri ta’ proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(4)(ċ) tar-Regolament Ruma I.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet preliminari li għandu jiġi ddeterminat jekk kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandux bħala suġġett dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jew kiri ta’ proprjetà immobbli, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament Ruma I la jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>kuntratt li għandu bħala suġġett dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jew kiri ta’ proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u lanqas, barra minn hekk, dawk ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li t-termini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tagħmel ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri bil-għan li jiġu stabbiliti t-tifsira u l-portata tagħha għandhom normalment jingħataw interpretazzjoni awtonoma u uniformi fl-Unjoni Ewropea kollha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161018">18 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Nikiforidis</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑135/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:774">EU:C:2016:774</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress li l-Artikolu 6(4)(ċ) tar-Regolament Ruma I ma jagħmel ebda riferiment għad-dritt tal-Istati Membri, dan għandu għalhekk jiġi interpretat awtonomament u uniformament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jingħad ukoll li l-fatt li s-siġar imħawla fiċ-ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali jistgħu eventwalment jiġi assimilati ma’ beni immobbli fl-ordinamenti ġuridiċi differenti, ma jista’ jkollu ebda effett kwalunkwe.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kwistjoni dwar jekk il-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandux bħala suġġett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, għandu jitfakkar li, skont dan il-kuntratt, il-professjonist jintrabat li jittrasferixxi lill-konsumatur is-sjieda tas-siġar imħawla fuq art bl-għan waħdieni tal-ħsad tagħhom u tal-bejgħ tal-injam miksub b’dan il-mod.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex id-dritt għall-proprjetà li huwa s-suġġett tal-imsemmi kuntratt ikun jista’ jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jeħtieġ ukoll li dawn is-siġar, qabel il-ħsad tagħhom, ikunu jistgħu jiġu assimilati ma’ beni immobbli għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6(4)(ċ) tar-Regolament Ruma I.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li t-trasferiment tad-dritt ta’ proprjetà mill-professjonist skont il-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jikkonċernax l-art li fuqha jitħawlu s-siġar ikkonċernati, iżda dawn biss. Għalkemm, ċertament, dawn is-siġar jitħawlu fuq din l-art għall-finijiet tat-tkabbir tagħhom, madankollu mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-għan prinċipali ta’ dan il-kuntratt huwa li jiġi ġġenerat dħul mill-bejgħ tal-injam miksub wara l-ħsad tal-imsemmija siġar, li l-proprjetà tagħhom tiġi ttrasferita biss fil-mument tal-individwalizzazzjoni tagħhom, kompitu li jitwettaq mill-professjonist sal-ħsad tagħhom u sal-bejgħ tal-injam miksub b’dan il-mod.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>B’mod partikolari, permezz tal-imsemmi kuntratt, ġie miftiehem bejn il-partijiet li s-siġar inkwistjoni tħawlu fuq l-art ikkonċernata bl-għan waħdieni li jiġu maħsuda, fi tmiem il-perijodu ta’ tkabbir tagħhom, sabiex jinbiegħ l-injam miksub b’dan il-mod.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li dawn is-siġar għandhom jitqiesu bħala r-rikavat tal-użu tal-art li fuqha huma mħawla. Għalkemm tali rikavat għandu, bħala regola ġenerali, l-istess status legali bħall-art fejn is-siġar ikkonċernati huma mħawla, huwa jista’ madankollu, permezz ta’ kuntratt, ikun is-suġġett ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> u l-proprjetarju jew il-possessur tal-art jista’ jużah separatament mingħajr ma jaffettwa d-dritt ta’ proprjetà jew id-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> l-oħra relatati ma’ din l-art. Kuntratt li jikkonċerna d-disponiment tar-rikavat tal-użu ta’ art ma jistax jiġi assimilat ma’ kuntratt li s-suġġett tiegħu huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-Artikolu 6(4)(ċ) tar-Regolament Ruma I.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li kuntratt li jirrigwarda siġar mħawla fuq art bl-għan waħdieni tal-ħsad tagħhom u tal-bejgħ tal-injam miksub b’dan il-mod ma għandux bħala suġġett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-kwistjoni dwar jekk il-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandux bħala suġġett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>kiri ta’ immobbli<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, għandu jitfakkar li, skont dan il-kuntratt, il-konsumatur jikri l-art li fuqha jitħawlu s-siġar ikkonċernati sakemm dawn ikunu jinsabu hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, is-sempliċi eżistenza ta’ kuntratt ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli, bħall-art, ma hijiex biżżejjed sabiex jitqies li dan il-kuntratt jaqa’ taħt l-Artikolu 6(4)(ċ) tar-Regolament Ruma I.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, fir-rigward tal-Artikolu 16(1)(a) tal-Konvenzjoni tas‑<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>), li kien jipprevedi, fil-qasam tal-kiri ta’ immobbli, ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat kontraenti fejn tinsab il-proprjetà immobbli, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-klassifikazzjoni bħala kuntratt ta’ kiri fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni teħtieġ l-eżistenza ta’ rabta suffiċjentement stretta bejn il-kuntratt u l-proprjetà immobbli kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051013">13 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Klein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:607">EU:C:2005:607</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kuntratt kumpless li jirrigwarda sensiela ta’ provvisti ta’ servizzi pprovduti kontra prezz globali mħallas mill-klijent, bħal kuntratt li jipprevedi l-provvista ta’ servizzi li jmorru lil hinn mit-trasferiment ta’ dritt ta’ użu li jikkostitwixxi s-suġġett ta’ kuntratt ta’ kiri, ma jaqax fl-ambitu tal-qasam li fih il-prinċipju tal-ġurisdizzjoni esklużiva previst fl-imsemmija dispożizzjoni jkollu r-raison d’être għall-eżistenza tiegħu u ma jikkostitwixxix kuntratt ta’ kiri fis-sens tal-istess dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051013">13 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Klein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:607">EU:C:2005:607</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnotat li, skont il-premessa 7 tar-Regolament Ruma I, il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandhom ikunu koerenti mar-Regolament Nru 44/2001. Sa fejn dan tal-aħħar tħassar u ġie ssostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>), dan l-għan ta’ koerenza japplika wkoll għalih (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Kerr</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑25/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:376">EU:C:2019:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn ir-Regolament Nru 44/2001 issostitwixxa, fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, il-Konvenzjoni tas‑<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, dan l-għan ta’ koerenza japplika wkoll għal din il-konvenzjoni, sakemm, madankollu, id-dispożizzjonijiet tagħha jkunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala ekwivalenti għal dawk tar-Regolamenti Nru 44/2001 u Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-għan ta’ koerenza mfakkar fiż-żewġ punti preċedenti ta’ din is-sentenza, il-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 32 u 33 tagħha għandhom ukoll jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(4)(ċ) tar-Regolament Ruma I.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-għan prinċipali tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jikkonsistix fl-użu, fil-kuntest ta’ kirja, tal-art li fuqha huma mħawla s-siġar ikkonċernati, iżda, kif ġie rrilevat fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, fil-fatt li jiġi ġġenerat profitt mill-bejgħ tal-injam miksub wara l-ħsad ta’ dawn is-siġar. Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, il-kirja prevista minn dan<?PAGE NO="9"?> il-kuntratt, li tinkludi biss id-dritt li l-imsemmija siġar jitkabbru u ma għandhiex għan separabbli mill-akkwist ta’ dawn tal-aħħar, hija intiża sempliċement li tippermetti l-eżekuzzjoni tal-elementi ta’ bejgħ u ta’ provvista ta’ servizzi previsti mill-imsemmi kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma għandux rabta suffiċjentement stretta mal-art ikkonċernata sabiex ikun jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>kiri ta’ proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(4)(ċ) tar-Regolament Ruma I.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domanda għandha tkun li l-Artikolu 6(4)(ċ) tar-Regolament Ruma I għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ bejgħ, li jinkludi kuntratt ta’ kiri u kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, li jirrigwarda siġar imħawla fuq art mikrija bil-għan waħdieni li jiġu maħsuda għal skopijiet ta’ lukru, ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kuntratt li għandu bħala suġġett dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jew kiri ta’ proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">l-Artikolu 6(4)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE> dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ bejgħ, li jinkludi kuntratt ta’ kiri u kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, li jirrigwarda siġar imħawla fuq art mikrija bil-għan waħdieni li jiġu maħsuda għal skopijiet ta’ lukru, ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kuntratt li għandu bħala suġġett dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jew kiri ta’ proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>