12008E059

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU IV: MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL - Kapitolu 3: Is-servizzi - Artikolu 59 (ex Artikolu 52 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0071 - 0071


Artikolu 59

(ex Artikolu 52 TKE)

1. Għall-finijiet tal-kisba tal-liberalizzazzjoni ta' servizzi speċifiċi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jaġixxu permezz ta' direttivi.

2. Fir-rigward tad-direttivi msemmija fil-paragrafu 1, jirrelataw, b'mod ġenerali, qabel kollox għas-servizzi li jaffettwaw direttament l-ispejjeż tal-produzzjoni, jew li l-liberalizzazzjoni tagħhom sejra tikkontribwixxi sabiex jiġi faċilitat l-iskambju ta' merkanzija.

--------------------------------------------------