<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.1000886301.case.xml"><NO.CASE>C-355/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006C0355</NO.CELEX><NO.SEQ>0003.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>8865</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8874</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET SHARPSTON — KAWŻA C-355/06</LEFT><RIGHT>VAN DER STEEN</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20070614">14 ta' Ġunju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa originali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Kumpannija b'responsabbiltà limitata, u lindividwu li hu l-uniku azzjonist, l-uniku dir ettur u l-uniku impjegat tagħha, huma kkunsidrati mill-awtoritajiet tat-taxxa bħala entità taxxabbli unika għall-iskopijiet tal-VAT. Dak huwa possibbli biss jekk lindividwu jista' l-ewwel ikun meqjus bħala persuna taxxabbli fir-rigward tax-xogħol tiegħu għall-kumpannija. Il-Gerechtshof te Amsterdam (Qorti Reġjonali ta' l-Appell, Amsterdam) għalhekk tixtieq tkun taf jekk dak ix-xogħol huwiex <QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>attività ekonomika<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/> imwettqa b'mod indipendenti skond is-Sitt Direttiva dwar il-VAT<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar ittaxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq ilvalur miżjud: bażi uniformi ta' stima (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" DATE.PUB="1977" PAGE.FIRST="1">ĠU L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>), emendata diversi drabi iżda mhux fir-rigward tad-dispożiz-zjonijiet imsemmija hawnhekk. Fl-<DATE ISO="20070101">1 ta' Jannar 2007</DATE>, is-Sitt Direttiva kienet revokata u mibdula mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta' Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" DATE.PUB="2006" PAGE.FIRST="1">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-ligi dwar il-VAT rilevanti</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-mument tal-fatti, l-Artikolu 2(1), tas-Sitt Direttiva kien jirrikjedi li t-taxxa għandha tapplika għall-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>prowista ta' oggetti u ser vizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>L-istess dispożizzjoni tinsab fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2006/112.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 stabbilixxa, sa fejn hu relevanti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="2018"/>Persuna taxxabbli<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="2019"/> tfisser kull persuna li b'mod indipendenti twettaq fi kwalunkwe post attività ekonomika msemmija fil-paragrafu 2, ikun x'ikun l-iskop jew ir-riżultati ta' dik l-attività.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-attivitajiet ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-attivitajiet<?PAGE NO="I-8866"?> koliha ta' produtturi, kummerċjanti u persimi li jagħtu, magħduda atti vitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet filprofessjonijiet. L-isfruttament ta' proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skop ta' dħul minnha fuq bażi kontinwa għandu wkoll jitqies bħala attività ekonomika.</TXT></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-użu tal-frażi <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>b'mod indipendenti<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/> filparagrafu 1 għandha teskludi mit-taxxa persuni mpjegati jew persuni oħra sakemm huma jkunu marbutin ma' min jimpjega b'kuntratt ta' impjieg jew b'kull irbit legali ieħor li joħloq ir-relazzjoni ta' bejn min jimpjega u impjegat dwar kondizzjonijiet ta' xogħol, ħlas u responsabbiltà ta' min jimpjega.</TXT></NP><P>... kull Stat Membru jista' jqis bħala persuna taxxabbli waħedha persuni stabbiliti fitterritorju tal-pajjiż li, filwaqt li huma indipendenti legalment, ikollhom x'jaqsmu millqrib ma' xulxin b'rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi.</P><P>[...]<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Dispożizzjonijiet sostanzjalment riprodotti fl-Artikoli 9(1), 10 u 11 tad-Direttiva 2006/112.</P></NOTE>.</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Olandiża</P></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 7(1) tal-Wet op de Omzetbelasting (Ligi dwar fil-fatturat) 1968, kummerċjant huwa <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>kull persuna li tmexxi negozju b'mod indipendenti<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>. Skond l-Artikolu 7(2), <QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>negozju<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/> jinkludi kemm l-eżerċiz-zju ta' kummerċ jew professjoni kif ukoll l-isfruttament ta' proprjetà sabiex jinkiseb dħul fuq bażi kontinwa.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 7(4) ta' l-istess Ligi, kummerċjanti hekk imfissra, jekk ikunu finanzjarjament, b'mod organizzattiv u ekonomikament marbuta b'tali mod illi jiffurmaw entità, għandhom jiġu kkunsidrati bħala kummerċjant wieħed. Id-deċiżjoni li jiġu kkunsidrati b'dan il-mod għandha tittieħed mill-ispettur tat-taxxi kompetenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-ġurisprudenza Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>F'Heerma<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20000127">27 ta' Jannar 2000</DATE>, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-23/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-419">C-23/98, Ġabra p. I-419</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, f'talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad ta' l-Olanda (Qorti<?PAGE NO="I-8867"?> Suprema), bidwi kien ifforma soċjetà ma' martu, li fiha huwa kkontribwixxa l-mezz talproduzzjoni tas-sehem tiegħu. Wara, bena maqjel u krieh lis-soċjetà għal kera annwali. Hu u s-soċjetà talbu li jiġu esklużi mill-eżenzjoni mill-VAT fir-rigward ta' din il-kirja<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Eżenzjoni u esklużjoni possibbli mill-VAT skond l-Artikolu 13B(b) u 13C(a) tas-Sitt Direttiva.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat illi <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>l-Artikolu 4(1) tas-[-Sitt Direttiva] għandu jiġi interpretat li jffiser illi, meta l-unika attività ekonomika ta' persuna, skond it-tifsira ta' din id-dispożizzjoni, tikkonsisti fil-kiri ta' oġġett ta' proprjetà tanġibbli lil kumpannija jew soċjetà, bħal soċjetà irregolata mil-leġiżlazzjoni Olandiża, li tagħha hija membru, dik il-kirja għandha tiġi kkunsidrata bħala attività indipendenti skond it-tifsira ta' dik id-dispożizzjoni<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Meta waslet għal din il-konklużjoni, hija osservat illi <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>bejn is-soċjetà u s-soċju m'hemmx relazzjoni ta' bejn min jimpjega u impjegat, simili għal dik imsemmija flewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva li tipprekludi l-indipendenza tas-soċju. Għall-kuntrarju ta' dan, is-soċju, meta jikri proprjetà tanġibbli lis-soċjeta, jaġixxi f'ismu stess u taħt ir-responsibbiltà tiegħu stess, anke jekk fl-istess ħin huwa d-diriġent tas-soċjetà li qed tikri. Il-kirja in kwistjoni la kienet mogħtija minn min kien qed imexxi u lanqas mir-rappreżentanti tas-soċjetà<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Punt 18 tas-sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-ġurisprudenza Olandiża</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>F'każ sussegwenti<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Nru 35 775, tas-<DATE ISO="20020426">26 ta' April 2002</DATE>; ara b'mod partikolari l-punti 3.6 u 3.10.</P></NOTE>, il-Hoge Raad ibbażat ruħha fuq Heerma sabiex tinterpreta l-Artikolu 7(4) tal-Wet op de Omzetbelasting f sitwazzjoni fejn individwu li kien dir ettur ta' kumpannija li fiha kellu 75% ta' l-ishma għamel fattura lill-kumpannija għas-servizzi ta' ġestjoni tiegħu. Hija osservat illi, skond il-leġiżlazzjoni Olandiża, dir ettur huwa impjegat tal-kumpannija, iżda, b'differenza minn impjegat normali, ma kienx fpożizzjoni ta' subordinazzjoni fir-rigward tal-kumpannija. F'dan il-każ, hija kkunsidrat illi l-persuna kkonċernata kienet aġixxiet neċessarjament fkapaċità indipendenti meta pprovdiet servizzi ta' ġestjoni lill-kumpannija. Filwaqt li waslet għal din il-konklużjoni, hija bbażat ukoll fuq il-kliem ta' l-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>B'mod partikolari l-kliem <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>li joħloq ir-relazzjoni ta' bejn min jimpjega u impjegat<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>.</P></NOTE>, u fuq is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Asscher<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="19960627">27 ta' Ġunju 1996</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-107/94" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-3089">C-107/94, Ġabra p. I-3089</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8868"?><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Asscher tikkonċerna r-regoli tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-persuni u l-effett tagħhom fuq dispożizzjonijiet tat-taxxa fuq id-dħul. Fis-sentenza tagħha<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Punt 26.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Gustizzja qalet li l-attività ta' persuna li kienet dir ettur ta' kumpannija (Olandiża) li kienet ukoll l-unika azzjonista tagħha <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>ma kinitx imwettqa fil-kuntest ta' relazzjoni ta' subordinazzjoni<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>, u għalhekk hija kellha tiġi kkunsidrata mhux bħala <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>ħaddiem<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/> skond l-Artikolu [39 KE] iżda bħala persuna li ssegwi attività bħala persuna li taħdem għal rasha skond l-Artikolu [43 KE]&#x201D;. Il-każ ma kkon-ċernax il-kunċett ta' impjieg fil-kuntest tal-VAT.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-proċedura u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Is-Sinjur van der Steen mexxa negozju bħala individwu uniku li jipprovdi ser vizzi ta' tindif, fliema kapaċità kien kummerċjant skond il-Wet op de Omzetbelasting.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Sussegwentement waqqaf kumpannija b'responsabbilità limitata J. A. van der Steen Schoonmaakdiensten BV (il-<QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>kumpannija<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>), fejn huwa kien id-direttur uniku u azzjonist uniku. Il-kumpannija, li kienet kummerċjant skond il-Wet op de Omzetbelasting, ħadet in-negozju f'idejha. Huwa kompla jwettaq ix-xogħol kollu tan-negozju, wara li għamel kuntratt ta' impjieg bil-fomm mal-kumpannija<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Jekk din l-affermazzjoni għandha tittieħed litteralment, wieħed jista' jispera J. A. van der Steen ikkonkluda dan il-kuntratt verbalment fin-nuqqas ta' xhieda. Fil-fatt, il-metodi prattiċi tal-konklużjoni ta' kuntratt simili setgħu jidhru ta' lanqas strambi għal kull min inserta kien rah.</P></NOTE>. Il-kumpannija ħallsitu paga fissa fixxahar u pagament annwali għall-vaganzi, li minnhom naqqset it-taxxi rilevanti u lkontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Ma kienx hemm impjegati oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-kumpannija iktar tard saret insolventi. In-negozju ttieħed minn kumpannija oħra<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Is-sentenza ta' rinviju ma tipprovdi ebda dettali, iżda tidher li timpika li J. A. van der Steen ma kienx għadu l-azzjonist u lanqas id-direttur ta' din il-kumpannija ġdida. Dan il-punt huwa fi kwalunkwe każ irrelevanti għal każ in kwistjoni.</P></NOTE>. L-impjieg tas-Sinjur van der Steen mal-kumpannija tiegħu spiċċa, u kien sussegwentement impjegat mit-tieni kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fil-proċess tal-ħlas tal-kontijiet tal-VAT tas-Sinjur van der Steen u l-kumpannija insolventi, l-ispettur tat-taxxi ddeċieda li ttnejn kienu jikkostitwixxu entità fiskali skond l-Artikolu 7(4) tal-Wet op de Omzetbelasting. Filwaqt illi għamel dan, irrefera għas-sentenza tal-Hoge Raad Nru 35 775 u għal sentenza tas-Staatssecretaris van Financiën (Segretarju ta' l-Istat għall-Finanzi)<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Deċiżjoni DBG2002/3677M, ta' l-<DATE ISO="20020724">24 ta' Lulju 2002</DATE>.</P></NOTE> ibbażata fuq dik is-sentenza. It-tieni deċiż-joni tgħid, b'mod partikolari, illi <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>d-dir ettur ta' kumpannija li tagħha għandu iktar minn nofs l-ishma jikkwalifika bħala kummerċjant skond l-Artikolu 7 tal-Wet op de Omzetbelasting<?PAGE NO="I-8869"?> fir-rigward ta' l-attivitajiet imwettqa għall-kumpannija bi ħlas. Ma tagħmilx differenza f'dak ir-rigward jekk l-attivitajiet in kwistjoni kienu jew le imwettqa fuq il-bażi ta' kuntratt ta' impjieg magħmul mal-kumpan-nija<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-kontestazzjoni legali tas-Sinjur van der Steen għad-deċiżjoni ta' l-ispettur hija bħa-lissa quddiem il-Gerechtshof te Amsterdam, li tiddikjara li huwa prerekwiżit għal din id-deċiżjoni li J. A. van der Steen għandu jikkwalifika bħala kummerċjant għall-finijiet tal-VAT, iżda mhijiex ċerta jekk dik ilvalutazzjoni hijiex kumpatibbli mad-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni li l-Gerechtshof titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq iddomanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>Għandu l-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva jiġi interpretat li jfisser illi jekk per suna fiżika għandha bħala attività biss li twettaq ix-xogħol kollu li jirriżulta mill-attivitajiet ta' kumpannija b'responsabbiltà limitata li tagħha tkun l-unika dirigent, l-unika azzjonista u l-unika <QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="2018"/>membru tal-persunal<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="2019"/>, dak ix-xogħol mhuwiex attività ekonomika għax huwa mwettaq matul it-tmexxija u r-rappre-żentanza tal-kumpannija b'responsabbiltà limitata u għalhekk mhux matul transazzjonijiet ekonomiċi?<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-Gvern Olandiż u l-Kummissjoni ssottomettew osservazzjonijiet bil-miktub, fejn it-tnejn sostnew li persuna fis-sitwazzjoni deskritta mhix qed twettaq attività ekonomika b'mod indipendenti. J. A. van der Steen ma ssottomettiex osservazzjonijiet. Ebda persuna ma talbet udjenza u għalhekk ma kienx hemm waħda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Analiżi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Kif tosserva l-Kummissjoni, meta imprenditur iwaqqaf kumpannija sabiex imexxi n-negozju tiegħu, l-iskop huwa ġene-ralment sabiex jistabbilixxi persuna legali separata, distinta mill-persuna tiegħu<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Id-dispożizzjonijiet legali li jirregolaw dawn il-kumpanniji kienu sa ċertu punt armonizzati permezz tat-Tnax-il Direttiva tal-Kunsill 89/667/KEE tal-<DATE ISO="19891221">21 ta' Diċembru 1989</DATE> rigward il-liġijiet tal-kumpanniji, dwar il-kumpanniji privati ta' membru wieħed b'responsabbiltà limitata (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="395" DATE.PUB="1989" PAGE.FIRST="40">ĠU L 395, p. 40</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Dan huwa utli b'mod partikolari sabiex jillimita r-responsabbiltà personali tiegħu fir-rigward tan-negozju<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Qabbel l-Artikolu 7 ta' din l-istess Direttiva, li tgħid li <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>Stat Membru ma għandux għalfejn jippermetti l-formazzjoni ta' kumpanniji b'membru wieħed meta l-legiżlazzjoni tiegħu tipprovdi illi imprenditur individwali jista' jistabbilixxi impriża li r-responsabbiltà għaliha tkun limitata għal somma ddedikata għall-attività ddikjarata<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fejn jeżistu żewġ entitajiet legali separati, huwa ċar illi jistgħu jaġixxu indipendentement<?PAGE NO="I-8870"?> minn xulxin, u li jistgħu jidħlu f'diversi tipi ta' relazzjonijiet legali ma' xulxin.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Per eżempju, f'Heerma, il-bidwi u s-soċjetà kienu entitajiet separati, u kien possibli għall-bidwi jikri proprjetà immobbli li kienet tappartjeni lilu lis-soċjetà. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li meta għamel dan, hu kien qed jeżerċita attività ekonomika b'mod indipendenti għall-finijiet tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, J. A. van der Steen u l-kumpannija kienu entitajiet separati u J. A. van der Steen seta' — u fil-fatt hekk għamel — jidħol f'kuntratt ta' impjieg mal-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Sa fejn ix-xogħol li pprovda lill-kumpannija waqa' fl-ambitu tal-kuntratt ta' impjieg, dan huwa bħala prinċipju eskluż mill-ambitu tal-VAT permezz tat-termini ċari ta' l-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, is-sitwazzjoni tiegħu hija differenti minn dik ta' J. A. Heerma, per ess illi t-tranżazzjonijiet ta' kiri ta' proprjetà immobbli huma attivitajiet illi ma jaqgħux fl-ambitu tal-VAT u huma fil-fatt espressament imsemmija fl-Artikolu 13B(b) u 13C(a) tas-Sitt Direttiva<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>L-Artikolu 135(1)(1) u (2) tad-Direttiva 2006/112.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Abbażi ta' dan, jidher illi d-deċiżjoni ta' l-ispettur tat-taxxi kkontestata minn J. A. van der Steen ma tirriflettix interpretazzjoni korretta tad-dritt Komunitarju. Sa fejn hija bbażata fuq d-deċiżjoni tas-Staatssecretaris van Financiën u sentenza tal-Hoge Raad, din ta' l-aħħar tista' tirrifletti wkoll interpretazzjoni mhux korretta.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-vantaġġi li l-impjieg jiġi eskluż mill-ambitu tal-VAT huma ovvji. Li kieku ma kienx eskluż, kull impjegat ikollu jiġi rreġis-trat għall-VAT u t-taxxa jkollha tiġi imposta fuq il-pagi koliha. Kull min jimpjega u jagħmel provvisti taxxabbli allura jkun jista' jnaqqas dik il-VAT, iżda jkun hemm piż kunsiderevoli fuq dawk li jagħmlu provvisti li huma eżenti sakemm ma jiġix introdott mekkaniżmu ta' kumpens, u dan il-mekka-niżmu jkun fih innifsu ta' piż. Għall-kun-trarju ta' dan, meta l-impjieg ikun eskluż mill-ambitu tal-VAT, il-ħlas ta' l-impjieg jifforma parti mill-valur miżjud fuq il-provvisti. Ikun għalhekk awtomatikament inkluż<?PAGE NO="I-8871"?> fil-bażi tat-taxxa meta dawk il-provvisti jiġu ntaxxati, iżda m'għandux effett, fit-termini ta' VAT, fuq provvisti ta' prodotti eżenti. Flimkien ma' tnaqqis kunsiderevoli ta' xogħol amministrattiv, tkun żgurata n-newtralità tat-taxxa u l-applikazzjoni ġenerali tagħha għall-provvisti taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Konsegwentement, mhuwiex mixtieq illi attività li taqa' fl-ambitu ta' kuntratt ta' impjieg għandha tiġi kkunsidrata bħala attività taxxabbli indipendenti.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Ir-raġunijiet li wasslu lil Hoge Raad u lis-Staatssecretaris van Financiën sabiex jieħdu l-pożizzjoni li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata jidhru li ġejjin minn żewġ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja — Heerma u Asscher<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-punti 6 sa 8 u n-noti ta' qiegħ 'il paġna 5 u 10 hawn fuq imsemmija.</P></NOTE> — u min-natura ta' relazzjoni bejn kumpannija u d-diretturi tagħha fid-dritt Olandiż.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Ma naħsibx illi ż-żewġ sentenzi msemmija jappoġġjaw din l-opinjoni. Heerma ma kkonċernatx kuntratt ta' impjieg iżda l-attività evidentement indipendenti u taxxabbli ta' tranżazzjonijiet ta' kiri ta' proprjetà immobbli. Asscher għamlet distinzjoni bejn impjieg u attività indipendenti ta' xogħol abbażi ta' l-eżistenza jew in-nuqqas ta' relazzjoni ta' <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>subordinazzjoni<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/> iżda dan kien, kif osservat il-Kummissjoni, fil-kuntest totalment differenti tad-determinazzjoni ta' l-artikolu tat-Trattat applikabbli fil-qasam tal-moviment liberu.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Huwa iktar diffidi għall-Qorti tal-Ġus-tizzja li tesprimi opinjoni fir-rigward tarrelazzjoni bejn kumpannija u d-diretturi tagħha fid-dritt Olandiż<NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, madankollu, fil-kuntest tas-sigurtà soċjali, is-sentenzi ta' l-<DATE ISO="19860710">10 ta' Lulju 1986</DATE>, Segers (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="79/85" YEAR="1986" PAGE.ECR="2375">79/85, Ġabra p. 2375</REF.DOC.ECR>), u tad-<DATE ISO="20020319">19 ta' Marzu 2002</DATE>, Hervein et (kawżi magħquda <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-393/99+C-394/99" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-2829">C-393/99 u C-394/99, Ġabra p. I-2829</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Mis-sentenza ta' Hoge Raad Nru 35 775<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>B'mod partikolari, punt 3.8.</P></NOTE>, jidher illi servizzi pprovduti minn dir ettur lill-kumpannija, fil-kapaċità tiegħu bħala dir ettur, jistgħu <HT TYPE="ITALIC">jiġu kkunsidrati</HT> bħala pprovduti skond kuntratt ta' impjieg. Jekk dan ikun il-każ, is-sentenza tista' tkun awtorevoli għall-proposta li dawn is-servizzi m'għandhomx jiġu awtomatikament ikkunsidrati li huma pprovduti għall-finijiet tal-VAT. Din id-dispożizzjoni mhux neċessarjament tmur kontra l-esklużjoni ta' impjieg <HT TYPE="ITALIC">reali</HT> mill-ambitu tal-VAT. Jista' jkun li ma tfisser xejn iktar milli, meta fkuntest ieħor, is-servizz ikun ikkunsidrat illi jaqa' fl-ambitu ta' kuntratt ta' impjieg, għall-finijiet tal-VAT, dan għandu madankollu jiġi eżaminat sabiex jiġi stabbilit jekk kienx fil-fatt ipprovdut fl-eżerċizzju ta' attività indipendenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8872"?><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Wara li ntqal dan, kif tosserva l-Kummissjoni, fil-każ preżenti m'hemm xejn fü-proċess illi juri illi kwalunkwe mis-servizzi ta' JA. van der Steen lill-kumpannija kien ġie pprovdut fü-kuntest ta' xi ħaġa oħra apparti kuntratt awtentiku ta' impjieg.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Huwa ovvjament dejjem possibbli — indipendentement minn kull aspett ieħra tar-relazzjoni bejn il-partijiet — illi dak li jidher bħala kuntratt ta' impjieg awtentiku jirriżulta, wara spezzjoni iktar dettaljata, li jkun tip ta' arranġament ieħor. Għal dar-b'oħra, m'hemm xejn fil-proċess li juri li dan huwa l-każ fü-kuntratt ta' J. A. van der Steen. Anzi, il-fatt illi huwa rċieva paga fix-xahar fissa suġġetta għat-taxxa fuq il-pagi u lkontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jaħdem b'mod qawwi kontra din l-interpretazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Jiena għalhekk ta' l-opinjoni li s-servizzi provduti lill- kumpannija minn persuna fil-pożizzjoni ta' J. A. van der Steen, kif deskritti fis-sentenza ta' rinviju, jaqgħu barra millambitu tal-VAT skond l-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva, u li dik il-persuna mhijiex, firrigward ta' dawk is-servizzi, persuna taxxabbli skond l-Artikolu 4(1).</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Saru numru ta' kunsiderazzjonijiet addizzjonali mill-Gvern Olandiż u mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>L-ewwel, l-individwu kkonċernat ma jaġixxix <QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>fismu stess u taħt ir-responsabbiltà tiegħu nnifsu<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Heerma, iċċitata iktar 'il fuq, punt 18.</P></NOTE> meta jipprovdi s-servizzi tiegħu bħala impjegat. Huwa jaġixxi f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tal-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>It-tieni nett, fil-kapaċità tiegħu bħala impjegat, l-individwu kkonċernat ma għandu ebda riskju ekonomiku indipendenti<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19910725">25 ta' Lulju 1991</DATE>, Ayuntamiento de Sevilla (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-202/90" YEAR="1991" PAGE.ECR="I-4247">C-202/90, Ġabra p. I-4247, punt 13</REF.DOC.ECR>), u tat-<DATE ISO="20060323">23 ta' Marzu 2006</DATE>, FCE Bank (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-210/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-2803">C-210/04, Ġabra p. I-2803, punti 33 et seq</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan ir-riskju huwa tal-kumpannija li tagħmel kuntratti mal-klijenti tagħha u tipprovdilhom servizzi ekonomiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>It-tielet nett — għall-inqas fuq il-livell ta' transazzjoni bi transazzjoni fejn tapplika l-VAT — m'hemmx prestazzjoni reċiproka fejn ir-rimunerazzjoni rċevuta minn min jipprovdi s-servizz tikkostitwixxi l-valur attwalment mogħti għas-servizz ipprovdut lir-reċipjent<NOTE NOTE.ID="E0023" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="19940303">3 ta' Marzu 1994</DATE>, Tolsma (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-16/93" YEAR="1994" PAGE.ECR="I-743">C-16/93, Ġabra p. I-743, punt 14</REF.DOC.ECR>), u tal-<DATE ISO="20020321">21 ta' Marzu 2002</DATE>, Kennemer Golf (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-174/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-3293">C-174/00, Ġabra p. I-3293, punt 39</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-individwu kkonċernat jirċievi ammont fiss ta' paga u paga għall-vaganzi, indipendentement mis-servizzi fil-fatt ipprovduti<NOTE NOTE.ID="E0024" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Xejn ma jindika li dan il-fattur ikkontribwixxa għall-insolvenza tal-kumpannija fil-każ in eżami, iżda l-fatt li kellu l-kapaċità li jwassal għal dan jenfasizza d-distinzjoni bejn paga rċevuta u l-valur mogħti.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8873"?><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Għalhekk nikkonferma l-opinjoni tiegħi illi, peress li individwu fil-pożizzjoni ta' J. A. van der Steen mhuwiex persuna taxxabbli fir-rigward tas-servizzi pprovduti skond il-kuntratt ta' impjieg, huwa ma jistax f'dan irrigward jiġi kkunsidrat flimkien mal-kumpannija bħala <QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>persuna taxxabbli waħedha<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva jew, konsegwentement, bħala kummerċjant uniku għall-finijiet ta' l-Artikolu 7(4) tal-Wet op de Omzetbelasting.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Huwa ċar illi, ebda waħda mill-kunsiderazzjonijiet hawn fuq imsemmija ma taffettwa l-possibilità illi individwu li jkun l-uniku azzjonist, l-uniku dir ettur u l-uniku impjegat ta' kumpannija jista' jkun ukoll persuna taxxabbli f'isimha stess fil-kuntest ta' attivitajiet ekonomiċi oħra li jaqgħu barra mill-ambitu tal-kuntratt ta' impjieg. Meta dawn l-attivitajiet jinvolvu transazzjonijiet mal-kumpannija jista' jkun possibbli, meta wieħed iqis iċ-ċirkustanzi kollha, li l-individwu u l-kumpannija jiġu kkunsidrati bħala persuna taxxabbli waħedha. Madankollu, dawn mhumiex il-fatti kif deskritti fissentenza ta' rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Konklużjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak li ntqal, jiena ta' l-opinjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi d-domanda magħmula mill-Gerechtshof te Amsterdam kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>Persuna naturali li tipprovdi servizzi lil persuna taxxabbli skond kuntratt ta' impjieg mhix f dan il-kuntest persuna taxxabbli skond l-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bazi uniformi ta' stima, għax mhijiex qed twettaq attività ekonomika b'mod indipendenti. Dawn is-servizzi huma, għall-kuntrarju, esklużi mill-ambitu tal-VAT<?PAGE NO="I-8874"?> skond l-Artikolu 4(4) ta' l-istess Direttiva. F'dan ir-rigward, huwa irrilevanti jekk min jimpjega huwiex persuna legali li tagħha l-impjegat huwa wkoll azzjonist u/jew direttur, jew anke azzjonist uniku u direttur uniku, sakemm iż-żewġ persuni għandhom personalita legali separata bil-kapaċità li jidħlu f'kuntratt ta' impjieg bejniethom u fil-fatt ikunu daħlu f'dan il-kontratt skond liema s-servizzi huma pprovduti.<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>