3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10196 — Magna/LGE/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 161/04)

1.   

Fis-26 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Magna Metalforming GmbH (“Magna Metalforming”, l-Awstrija), sussidjarja indiretta proprjetà kollha kemm hi ta’ Magna International Inc. (“Magna”, il-Kanada),

—

LG Electronics Inc. (LGE, il-Korea t’Isfel),

—

Joint Venture Company (“JV”, il-Korea t’Isfel).

Magna Metalforming u LGE jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Magna: fornitur globali tal-karozzi li jiddisinja, jinġiniera u jimmanifattura komponenti, assemblaġġi, sistemi, sottosistemi u moduli għal manifatturi ta’ tagħmir oriġinali ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief fl-Amerka ta’ Fuq, l-Amerka t’Isfel, l-Ewropa, l-Asja u l-Afrika,

—

LGE: manifattur ta’ prodotti elettroniċi integrati bbażati fil-Korea b’networks ta’ operazzjonijiet u distribuzzjoni globali f’aktar minn 150 pajjiż,

—

għall-JV: il-manifattura u l-provvista ta’ ċerti prodotti komponenti, sistemi e-Drive u sistemi inverter, kull wieħed għal komponenti u sistemi ta’ vetturi elettriċi u ibridi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10196 — Magna/LGE/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.