|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1846 |
23.7.2026 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2026/1846
tat-23 ta’ Lulju 2026
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1847 tat-23 ta’ Lulju 2026 li temenda id-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 (2). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (3). |
|
(3) |
Fit-23 ta’ Lulju 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/1487, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1816 (4) iżżid erba’ entitajiet ġodda mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, li hija l-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal restrizzjonijiet fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju, u oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tal-Belarussja jew tar-Russja, jew għall-iżvilupp tas-setturi tad-difiża u s-sigurtà tagħhom. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2026/1487 tqis li jkun xieraq li tiġi estiża l-lista ta’ oġġetti li jistgħu jikkontribwixxu għall-avvanz militari u teknoloġiku tal-Belarussja jew għall-iżvilupp tas-settur tagħha ta’ difiża u sigurtà, billi telenka oġġetti li intużaw mir-Russja fil-gwerra ta' aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna u oġġetti li jikkontribwixxu għall-iżvilupp jew il-produzzjoni tas-sistemi militari tal-Belarussja, inkluż trabijiet tan-nikil, metall tan-nikil u ligi tan-nikil użati fil-kisi ta’ magni ġett li jiflaħ għall-korrużjoni; trabijiet tal-berillju użati fil-propellanti u f’ligi ta’ prestazzjoni għolja; rita li teħel minnha nnifisha, żigarelliu strixxi użati fis-setturi tal-ajruspazju u tad-difiża; oġġetti tal-avjazzjoni speċifiċi għall-vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAVs) bħal ma huwa tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art, sistemi ta’ disturbaturi/ta’ interċezzjoni, sistema tal-illanċjar u servomuturi; kif ukoll sistemi ta’ terminazzjoni tat-titjira għal UAVs jew missili. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2026/1487 temenda d-derogi sabiex tiżgura l-provvista kontinwa ta’ oġġetti u servizzi meħtieġa għaż-żamma tal-infrastruttura tal-internet fil-Belarussja għall-pubbliku ġenerali. |
|
(7) |
Barra minn dan, id-Deċiżjoni (PESK) 2026/1487 tikkunsidra li jkun xieraq li jiġu introdotti aktar restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti li jippermettu li l-Belarussja tiddiversifika s-sorsi tagħha ta’ dħul, biex b’hekk tkun tista’ tinvolvi ruħha fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russa kontra l-Ukrajna, inkluż restrizzjonijiet fejn jidħlu minerali tar-ram, minerali tan-nikil, minerali taċ-ċomb, minerali ta’ metalli prezzjużi, alkali taż-żingu mhux maħdum, metalli tal-materjali tal-art alkali, ċerti sustanzi kimiċi inorganiċi (ossidi taż-żingu u ossidi tal-kromju), żejt tar-raża, affarijiet tal-ħġieġ, u parts tal-karozzi. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2026/1487 testendi l-projbizzjoni għaċ-ċittadini Belarussi jew għall-persuni fiżiċi li jirrisjedu fil-Belarussja milli jippossjedu jew jikkontrollaw, jew li jokkupaw kwalunkwe kariga fil-korpi governattivi ta’, persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru, sabiex il-projbizzjoni tapplika għal kwalunkwe entità li qed tipprovdi servizzi tal-kriptoassi, kif definit fir-Regolament 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(9) |
Ir-Regolament tal-Kunsill 2026/513 (6) estenda l-projbizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar is-sodisfazzjoni ta’ dawk il-pretensjonijiet miġjuba minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti f’pajjiżi terzi għajr il-Belarussja kif ukoll pajjiżi sħab elenkati fl-Anness rilevanti għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, fejn dawk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti jkunu qed ibigħu, ifornu, jittrasferixxu jew jesportaw oġġetti, teknoloġija jew servizzi, li l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma projbiti skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2006, kemm jekk l-oġġetti, it-teknoloġija jew is-servizzi joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le. Dawk il-persuni jistgħu, madankollu, iressqu pretensjonijiet f’ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi b’rabta ma’ kuntratti u tranżazzjonijiet affettwati minn dawn il-projbizzjonijiet, li jikkawżaw telf lil ċittadin ta’ Stat Membru jew lil persuni ġuridiċi inkorporati skont il-liġi ta’ Stat Membru. Għalhekk, huwa neċessarju li tiġi estiża l-possibbiltà li d-danni jiġu rkuprati quddiem il-qrati ta’ Stat Membru. |
|
(10) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni. |
|
(11) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1bb huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 1e(4), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(3) |
fl-Artikolu 1f(4), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(4) |
L-Artikolu 1ra huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 1s, il-paragrafu 4a huwa sostitwit b’dan li ġej: “4a. B’deroga mill-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/821, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-makkinarju li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 8471 80 jew il-provvista ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li jkunu ddeterminaw li tali makkinarju jew assistenza teknika jew finanzjarja relatata jkunu intenzjonati għal networks ta’ komunikazzjoni elettronika ċivili.” |
|
(6) |
fl-Artikolu 1u, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Għandu jkun ipprojbit, mis-26 ta’ Marzu 2025, li ċittadini Belarussi jew persuni fiżiċi li jirrisjedu fil-Belarussja jitħallew direttament jew indirettament jippossjedu jew jikkontrollaw, jew ikollhom kwalunkwe kariga fil-korpi ta’ tmexxija ta’ xi persuna ġuridika, entità jew korp li tkun inkorporata jew kostitwita skont il-liġi ta’ Stat Membru u li tkun qed tipprovdi servizzi ta’ kartiera, kontijiet jew kustodja ta’ kriptoassi.. Mill-25 ta’ Awwissu 2026, dik il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll fil-każ ta’ persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru u li jipprovdu servizzi ta’ kriptoassi, kif definit fir-Regolament (UE) 2023/1114.” |
|
(7) |
fl-Artikolu 1y, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal ċittadini ta' Stat Membru, ta’ pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Iżvizzera, jew għal persuni fiżiċi li għandhom permess ta’ residenza temporanju jew permanenti fi Stat Membru, f’pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew fl-Iżvizzera.” |
|
(8) |
fl-Artikolu 8h, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Kwalunkwe persuna msemmija fit-tielet jew fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 10 għandha tkun intitolata tirkupra, fi proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati kompetenti ta’ Stat Membru, kwalunkwe dannu dirett jew indirett, inkluż spejjeż legali, imġarrba minn dik il-persuna, jew minn persuna ġuridika, entità jew korp li l-persuna msemmija fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 10 ikollha s-sjieda tagħhom jew tikkontrolla bħala konsegwenza ta’ pretensjonijiet mressqa ma’ qrati f’pajjiżi terzi minn persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 8d(1), il-punt (a), (b), (c), (d) jew (e), b’rabta ma’ kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni li t-twettiq tagħhom ġie affettwat, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, dment li l-persuna kkonċernata ma jkollhiex aċċess effettiv għar-rimedji taħt il-ġuriżdizzjoni rilevanti. Tali danni jistgħu jiġu rkuprati mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fl-Artikolu 8d(1), il-punt (a), (b), (c), (d) jew (e) li jkunu ppreżentaw il-pretensjonijiet fil-qrati fil-pajjiż terz, jew minn persuni, entitajiet jew korpi li jkollhom is-sjieda ta’ dawk l-entitajiet jew korpi jew li jikkontrollawhom.” |
|
(9) |
l-Annessi huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BYRNE
(1) ĠU L, 2026/1847, 23.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1847/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/765/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/642/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1816 tat-23 ta’ Lulju 2026 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L, 2026/1816, 23.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1816/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/513 tat-23 ta’ April 2026 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L, 2026/513, 23.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/513/oj).
ANNESS
L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness V, jiddaħħlu l-entitajiet li ġejjin:
|
|
(2) |
L-Anness Va jiġi emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Anness XXVII, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1846/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)