<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-102/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018TJ0102</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:932">EU:T:2018:932</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20181213">13.12.2018</DATE> – Kawża T‑102/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Knauf vs EUIPO (upgrade your personality)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il‑Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Trade mark tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali upgrade your personality</KEYWORD><KEYWORD>Raġuni assoluta għal rifjut</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ karattru distintiv</KEYWORD><KEYWORD>Slogan ta’ reklamar</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑102/18,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Martin Knauf</HT>, residenti f’Berlin (il-Ġermanja), irrappreżentat minn H. Jaeger, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)</HT>, irrappreżentat minn R. Manea u A. Folliard-Monguiral, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat‑<DATE ISO="20171218">18 ta’ Diċembru 2017</DATE> (Każ R 1011/2017‑4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali upgrade your personality bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn I. Pelikánová (Relatur), President, P. Nihoul u J. Svenningsen, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid‑<DATE ISO="20180219">19 ta’ Frar 2018</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20180430">30 ta’ April 2018</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat li ma kienx hemm talba għall-iffissar ta’ seduta mressqa mill-partijiet fit-terminu ta’ tliet ġimgħat mid-data tan-notifika tal-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara li ddeċidiet, b’applikazzjoni tal-Artikolu 106(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tagħti deċiżjoni mingħajr il-fażi orali tal-proċedura,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20160815">15 ta’ Awwissu 2016</DATE>, ir-rikorrent, Martin Knauf, ippreżenta applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas‑<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat (issostitwit bir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE> dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="154" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 154, p. 1</REF.DOC.OJ>)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija s-sinjal verbali upgrade your personality.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-prodotti u s-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni jaqgħu, b’mod partikolari, fil-klassijiet 9 u 28 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal‑<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif rivedut u emendat, u b’mod partikolari jikkorrispondu, għal kull waħda minn dawn il-klassijiet, għad-deskrizzjoni li ġejja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>klassi 9: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Programmi tal-kompjuter irreġistrati; programmi tal-kompjuter [softwer li jista’ jitniżżel]; softwer; softwer tal-logħbiet; softwer tal-logħob tal-vidjo; programmi tal-kompjuter għall-ipproċessar ta’ data; softwer tal-grafiċi għall-kompjuters; softwer tal-logħbiet tar-realtà virtwali; softwer tar-realtà virtwali; ġarrieri ottiċi tad-data li jinkludu softwer irreġistrat; ġarrieri tad-data manjetiċi rreġistrati minn qabel; kontenituri tal-logħob tal-vidjo; kasetts tal-vidjo; vidjos irreġistrati minn qabel<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 28: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Consoles tal-logħbiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170503">3 ta’ Mejju 2017</DATE>, l-eżaminatur ċaħad l-applikazzjoni għal trade mark għall-prodotti kollha msemmija fil-punt 3 iktar ’il fuq minħabba li din ma kinitx konformi mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001). Min-naħa l-oħra, huwa ma qajjimx oġġezzjonijiet kontra l-imsemmija applikazzjoni fir-rigward ta’ prodotti u servizzi oħra li jaqgħu fil-klassijiet 9, 28 u 42. Fil‑<DATE ISO="20170515">15 ta’ Mejju 2017</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta appell kontra d-deċiżjoni tal-eżaminatur quddiem l-EUIPO sa fejn hija kienet tiċħad parzjalment din l-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20171218">18 ta’ Diċembru 2017</DATE>, ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO ċaħad l-appell fl-intier tiegħu, abbażi biss tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). Dan qies, essenzjalment, li s-sinjal verbali upgrade your personality kellu funzjoni purament ta’ tfaħħir u ta’ promozzjoni u ma kienx kapaċi jieħu l-funzjoni bażika ta’ trade mark li tipprovdi informazzjoni dwar l-oriġini kummerċjali. Din il-konklużjoni tapplika għall-prodotti kollha li r-reġistrazzjoni tagħhom kienet ġiet irrifjutata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-EUIPO jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni kap tat-talbiet tar-rikorrent</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni kap tat-talbiet tiegħu, ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali sabiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>tirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-EUIPO jsostni li din it-talba għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li t-tieni kap tat-talbiet tar-rikorrent għandu jiġi interpretat bħala talba għal bidla, fis-sens tal-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001, li jiddisponi li, fir-rigward tal-appelli ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>[i]l-Qorti Ġenerali għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tħassar jew tibdel id-deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li s-setgħa ta’ bidla tal-Qorti Ġenerali hija intiża sabiex din tadotta d-deċiżjoni li l-Bord tal-Appell kien imissu ħa, konformement mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament 2017/1001 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070912">12 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Koipe vs UASI – Aceites del Sur (La Española)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑363/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:264">EU:T:2007:264</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090211">11 ta’ Frar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Bayern Innovativ vs UASI – Life Sciences Partners Perstock (LifeScience)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑413/07</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:34">EU:T:2009:34</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110909">9 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Bahn vs UASI – DSB (IC4)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑274/09</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:451">EU:T:2011:451</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ammissibbiltà ta’ kap ta’ talbiet intiż sabiex il-Qorti Ġenerali tibdel id-deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-kompetenzi mogħtija lil dan tal-aħħar mir-Regolament 2017/1001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Madankollu, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ appell ippreżentat kontra deċiżjoni tal-eżaminatur, Bord tal-Appell ma huwiex kompetenti sabiex jieħu konjizzjoni ta’ talba intiża sabiex dan jirreġistra trade mark tal-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>ExpressVPN vs EUIPO (EXPRESSVPN),</NAME.CASE> <NO.CASE>T‑265/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:79">EU:T:2018:79</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali lanqas ma tista’ tieħu konjizzjoni ta’ talba għal bidla intiża sabiex hija tibdel id-deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell f’dan is-sens (digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090630">30 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Securvita vs UASI (Natur-Aktien-Index)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑285/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:230">EU:T:2009:230</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li hemm lok li t-tieni kap tat-talbiet tar-rikorrent jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel kap tat-talbiet tar-rikorrent</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tiegħu għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrent jinvoka, essenzjalment, motiv uniku, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001. Huwa jsostni, essenzjalment, li, fl-imsemmija deċiżjoni, il-Bord tal-Appell wettaq evalwazzjoni żbaljata tal-karattru distintiv konkret tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001, trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv ma jistgħux jiġu rreġistrati. Skont ġurisprudenza stabbilita, it-trade marks koperti minn din id-dispożizzjoni huma dawk li jitqiesu li ma jistgħux jeżerċitaw il-funzjoni essenzjali tat-trade mark, jiġifieri dik li tidentifika l-oriġini kummerċjali tal-prodott jew tas-servizz inkwistjoni sabiex b’dan il-mod il-konsumatur li jakkwista l-prodott jew is-servizz, li t-trade mark tidentifika, ikun jista’ jagħmel l-istess għażla f’akkwist sussegwenti jekk l-esperjenza tirriżulta pożittiva, jew li jagħmel għażla oħra, jekk din tirriżulta negattiva (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020227">27 ta’ Frar 2002</DATE>, <NAME.CASE>Eurocool Logistik vs UASI (EUROCOOL)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑34/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:41">EU:T:2002:41</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090915">15 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Wella vs UASI (TAME IT)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑471/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:328">EU:T:2009:328</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark komposta minn sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw ukoll bħala slogans ta’ reklamar, indikazzjonijiet ta’ kwalità jew espressjonijiet li jħeġġu x-xiri tal-prodotti jew tas-servizzi koperti minn din it-trade mark ma hijiex fiha nnifisha eskluża minħabba tali użu. Madankollu, trade mark li, bħal fil-każ ta’ slogan ta’ reklamar, taqdi funzjonijiet differenti minn dawk ta’ trade mark fis-sens tradizzjonali hija distintiva, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001, biss jekk tkun tista’ tiġi pperċepita immedjatament bħala indikazzjoni tal-oriġini kummerċjali tal-prodotti jew tas-servizzi koperti sabiex il-pubbliku kkonċernat ikun jista’ jiddistingwi mingħajr ebda possibbiltà ta’ konfużjoni, il-prodotti jew is-servizzi tal-proprjetarju tat-trade mark minn dawk li għandhom oriġini kummerċjali differenti (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030703">3 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Best Buy Concepts vs UASI (BEST BUY)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑122/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:183">EU:T:2003:183</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090915">15 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>TAME IT</NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:328">EU:T:2009:328</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Sabiex tiġi kkonstatata l-assenza ta’ karattru distintiv, huwa biżżejjed li l-kontenut semantiku tat-trade mark verbali inkwistjoni jindika lill-konsumatur karatteristika tal-prodott jew tas-servizz relatata mal-valur kummerċjali tiegħu li, mingħajr ma tkun preċiża, tkun ġejja minn informazzjoni ta’ natura promozzjonali jew ta’ reklamar li l-pubbliku rilevanti jipperċepixxi mal-ewwel impatt bħala tali, iktar milli bħala indikazzjoni tal-oriġini kummerċjali tal-prodott jew tas-servizz inkwistjoni (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040630">30 ta’ Ġunju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Norma Lebensmittelfilialbetrieb vs UASI (Mehr für Ihr Geld)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑281/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:198">EU:T:2004:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090915">15 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>TAME IT</NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:328">EU:T:2009:328</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li xi drabi trade mark tista’ fl-istess ħin tiġi pperċepita mill-pubbliku rilevanti bħala espressjoni promozzjonali u bħala indikazzjoni tal-oriġini kummerċjali tal-prodotti jew tas-servizzi. F’każ bħal dan, hija ddeċidiet li, sakemm dan il-pubbliku jipperċepixxi t-trade mark bħala indikazzjoni ta’ din l-oriġini, il-fatt li din tkun simultanjament, jekk mhux ukoll fl-ewwel lok, mifhuma bħala espressjoni promozzjonali ma jaffettwax il-karattru distintiv tagħha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Audi vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑398/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:29">EU:C:2010:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-karattru distintiv ta’ trade mark għandu jiġi evalwat, minn naħa, fid-dawl tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark u, min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-perċezzjoni li għandu tagħha l-pubbliku rilevanti, li huwa kkostitwit mill-konsumatur medju ta’ dawn il-prodotti jew ta’ dawn is-servizzi (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Henkel vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑456/01 P u C‑457/01 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:258">EU:C:2004:258</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090915">15 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>TAME IT</NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:328">EU:T:2009:328</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-pubbliku rilevanti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Appell ġustament ikkonstata, mingħajr ma dan huwa kkontestat mill-partijiet, li l-prodotti li għalihom ir-reġistrazzjoni ġiet irrifjutata kienu jikkonċernaw il-qasam tas-softwer u tal-logħob tal-vidjo u kienu primarjament immirati lejn il-konsumatur medju, u li, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni hija komposta minn kliem tal-vokabularju bażiku bl-Ingliż u l-użu ta’ din il-lingwa huwa komuni fil-qasam tal-informatika, inkluż b’mod partikolari fil-Ġermanja, kien hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-konsumaturi anglofoni tal-Unjoni Ewropea, li ma kinux limitati għal dawk tar-Renju Unit jew tal-Irlanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-assenza ta’ karattru distintiv tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Appell qies, essenzjalment, li l-element verbali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>upgrade your personality<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> kellu funzjoni purament ta’ tfaħħir u ta’ promozzjoni, li l-għan tiegħu kien li jħeġġeġ lill-konsumatur li juża l-prodotti tar-rikorrent sabiex jiżviluppa l-personalità tiegħu stess. Peress li dan is-slogan kien immirat esklużivament lejn il-konsumatur u li kien jikkomunika ċerti wegħdiet, dan ma huwiex kapaċi jaqdi l-funzjoni bażika ta’ trade mark li tipprovdi informazzjoni dwar l-oriġini kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni, f’dan ir-rigward, li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma għandhiex biss messaġġ ta’ tfaħħir u ta’ promozzjoni u li, b’mod partikolari, l-affermazzjoni tal-Bord tal-Appell li tgħid li, mil-lat lingwistiku, l-imsemmija trade mark ma teħtieġx interpretazzjoni hija żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-EUIPO jikkontesta l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni li l-istedina li tinsab fil-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>upgrade your personality<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> ma tinftehimx faċilment. Huwa jsostni li l-kunċett ta’ personalità, li jirreferi għall-assjem ta’ kwalitajiet personali ta’ individwu, huwa kunċett li fih innifsu huwa newtrali u għalhekk fil-biċċa l-kbira huwa miftuħ għall-interpretazzjoni. Minħabba l-inkompatibbiltà ġenerali tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>upgrade<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, li jindika aġġornament tekniku, mar-riferiment għal persuna ħajja u għall-karatteristiċi personali tagħha, jeżisti kunflitt kunċettwali fi ħdan it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni. Filwaqt li l-pubbliku rilevanti huwa mħeġġeġ sabiex jagħmel l-interpretazzjoni tiegħu rigward l-effett li għandu jintlaħaq <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>, l-imsemmija frażi titlob ukoll introspezzjoni sabiex dan il-pubbliku jkun jista’ jiskopri l-punti pożittivi u l-punti dgħajfin personali tiegħu. Ir-rikorrent jenfasizza, b’mod partikolari fir-rigward tal-logħob tal-kompjuter, li huwa possibbli li l-karattru fil-logħba jittejjeb progressivament matul il-logħba u li din il-frażi tissuġġerixxi li tali suċċess fil-logħba ser jiġi rifless fil-ħajja reali tal-pubbliku rilevanti. Huwa jirreferi għal trade marks oħra simili li ġew irreġistrati mill-EUIPO. Fl-aħħar nett, huwa jirrileva li l-Bord tal-Appell ma indikax raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tista’ tiġi rreġistrata għal ċerti prodotti u servizzi u mhux għal oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-argumenti tar-rikorrent ma jistgħux validament iqajmu dubju dwar l-analiżi tal-Bord tal-Appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-ewwel nett, kuntrarjament għal dak li jafferma r-rikorrent, il-messaġġ ikkomunikat mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni jinftiehem faċilment. Fil-fatt, is-slogan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>upgrade your personality<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> jinkludi stedina lill-konsumatur sabiex itejjeb jew jiżviluppa l-personalità tiegħu bl-għajnuna tal-prodotti koperti mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, eventwalment flimkien mal-wegħda li l-imsemmija prodotti jippermettu jew jiffaċilitaw tali titjib jew tali żvilupp. Il-fatt li xi differenzi huma possibbli fil-fehim tal-imsemmi slogan bl-ebda mod ma jimplika li s-sinjifikat tiegħu huwa vag, impreċiż jew ambigwu. B’mod partikolari, il-fatt li l-kunċett ta’ personalità jista’ jiġi interpretat b’diversi modi ma jipprekludix lill-konsumatur milli jifhem il-messaġġ ikkomunikat mis-slogan, fuq il-bażi ta’ kif fehem l-imsemmi kunċett huwa stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-fatt li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>upgrade<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> toħroġ mill-qasam tal-informatika bl-ebda mod ma joħloq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>kunflitt kunċettwali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, kif jallega r-rikorrent. Fil-fatt, minn naħa, dan it-terminu qiegħed jintuża f’kuntesti li jmorru sew lil hinn mis-sempliċi qasam tal-informatika u, min-naħa l-oħra, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-prodotti koperti mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni jaqgħu preċiżament fil-qasam tal-informatika, b’tali mod li l-użu tal-imsemmi terminu jidher naturali u ma jistax ikun sorprendenti għall-pubbliku rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>It-tielet nett, huwa irrilevanti li wieħed jistaqsi dwar il-kwistjoni ta’ jekk, kif isostni r-rikorrent, il-personalità umana tistax tkun is-suġġett ta’ titjib fis-sens tekniku (upgrade), peress li hawnhekk din hija kwistjoni ta’ slogan ta’ reklamar fejn il-fatt li dan huwa jew ma huwiex qrib ir-realtà ma huwiex kriterju ta’ evalwazzjoni rilevanti. Il-konsumatur fil-fatt normalment jirċievi messaġġi ta’ reklamar li, b’mod impliċitu jew espliċitu, jagħmlulu wegħdiet mhux realistiċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-kontenut semantiku tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni jindika lill-konsumatur karatteristika tal-prodotti koperti li tikkonċerna l-valur kummerċjali tagħhom li, mingħajr ma hija preċiża, tirriżulta minn informazzjoni ta’ natura promozzjonali jew ta’ reklamar li l-pubbliku jipperċepixxi bħala tali, iktar milli bħala indikazzjoni tal-oriġini kummerċjali tal-prodotti inkwistjoni, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 19 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa b’mod ġust li l-Bord tal-Appell qies li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kienet nieqsa minn karattru distintiv fis-sens tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 għall-prodotti kollha li għalihom l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni kienet ġiet miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrent jinvoka r-reġistrazzjoni bħala trade mark, mill-EUIPO, ta’ sinjali verbali simili għat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, jiġifieri s-sinjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>upgrade your life<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>upgrade your garden<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>upgrade yourself<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, għandu jitfakkar li d-deċiżjonijiet li l-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO huma mitluba jieħdu, skont ir-Regolament (UE) 2017/1001, dwar ir-reġistrazzjoni ta’ sinjal bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea jaqgħu taħt l-eżerċizzju ta’ kompetenza limitata u mhux ta’ setgħa diskrezzjonali. Għaldaqstant, il-legalità tal-imsemmija deċiżjonijiet għandha tiġi evalwata biss abbażi ta’ dan ir-regolament u mhux abbażi ta’ prassi deċiżjonali preċedenti għal dawn (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070426">26 ta’ April 2007</DATE>, <NAME.CASE>Alcon vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑412/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:252">EU:C:2007:252</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051124">24 ta’ Novembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Sadas vs UASI – LTJ Diffusion (ARTHUR ET FELICIE)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑346/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:420">EU:T:2005:420</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minkejja li, fid-dawl tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba, l-EUIPO għandu jieħu inkunsiderazzjoni d-deċiżjonijiet diġà adottati u jistħarreġ b’attenzjoni partikolari fuq il-kwistjoni dwar jekk hemmx lok jew le li jiddeċiedi fl-istess sens, l-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji għandha, madankollu, tiġi kkonċiljata mal-osservanza tal-prinċipju ta’ legalità (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Reber Holding vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑141/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2089">EU:C:2014:2089</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑51/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:139">EU:C:2011:139</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-persuna li tippreżenta applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal bħala trade mark ma tistax tinvoka favuriha illegalità li setgħet twettqet favur ħaddieħor bl-għan li tikseb deċiżjoni identika (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑51/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:139">EU:C:2011:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u, b’mod preċiż, ta’ amministrazzjoni tajba, l-eżami ta’ kwalunkwe applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandu jkun strett u komplet bl-għan li jiġi evitat li trade marks jiġu rreġistrati b’mod illeġittimu. Dan l-eżami għandu jitwettaq f’kull każ konkret. Fil-fatt, ir-reġistrazzjoni ta’ sinjal bħala trade mark tiddependi fuq kriterji speċifiċi, applikabbli fil-kuntest taċ-ċirkustanzi fattwali tal-każ inkwistjoni, maħsuba sabiex jiġi vverifikat jekk is-sinjal inkwistjoni jaqax taħt raġuni għal rifjut (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑51/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:139">EU:C:2011:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, instab li din l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni kienet tmur kontra, fir-rigward ta’ ċerti prodotti li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni u tal-perċezzjoni ta’ dawk ikkonċernati, waħda mir-raġunijiet għal rifjut stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament 2017/1001 (ara l-punt 32 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jirrileva li l-Bord tal-Appell ma indikax ir-raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw id-differenza fl-evalwazzjoni, minn naħa, tal-prodotti li għalihom dan irrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u, min-naħa l-oħra, tal-prodotti li għalihom l-eżaminatur ma għamel l-ebda oġġezzjoni. Din l-omissjoni għalih tidher arbitrarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Huwa biżżejjed li jiġi osservat, f’dan ir-rigward, li l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-eżaminatur kien jikkonċerna biss ir-rifjut ta’ dan li jirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal ċerti prodotti u li n-nuqqas tal-eżaminatur li jqajjem oġġezzjonijiet rigward il-prodotti l-oħra indikati<?PAGE NO="7"?> fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għalhekk ma kienx parti mit-tilwima quddiem il-Bord tal-Appell, kif dan tal-aħħar spjega fil-punt 9 tad-deċiżjoni kkontestata. Konsegwentement, ma hemm l-ebda raġuni għalfejn l-imsemmi bord kellu jieħu pożizzjoni la dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw li l-eżaminatur ma qajjimx oġġezzjoni dwar ċerti prodotti, u lanqas fuq il-kwistjoni dwar kif il-prodotti li għalihom l-eżaminatur ma qajjem l-ebda oġġezzjoni kienu differenti minn dawk li dan irrifjuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li hemm lok li jiġi miċħud l-ewwel motiv invokat mir-rikorrent u, għaldaqstant, ir-rikors fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrent tilef, dan għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż, kif mitlub mill-EUIPO.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Martin Knauf għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Nihoul</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Svenningsen</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit‑<DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>