|
5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
373 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2151/2004
tas-16 ta' Diċembru 2004
li jiftaħ kwoti tariffarji għall-2005 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' xi oġġetti min-Norveġja li ġejjin minn prodotti agrikoli pproċessati inklużi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kummerċ applikabbli għal xi oġġetti li ġejjin minn prodotti agrikoli pproċessati (1), b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill [2004/…/KE tal- … 2004] dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim f’forma ta’ skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali għall-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim, f’forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali għall-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja jistabbilixxi f’punt III il-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta’ xi oġġetti min-Norveġja. Huwa meħtieġ li dawn il-kwoti jinfetħu għall-2005. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jfassal id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komuni (3), jistabbilixxi r-regoli għat-tmexxija tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jingħad li l-kwoti tariffarji miftuħa minn dan ir-Regolament jitmexxew bi qbil ma' dawn ir-regoli. |
|
(3) |
Il-miżuri mniżżla f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti tariffarji Komunitarji għall-oġġetti li ġejjin min-Norveġja li huma mniżżla fl-Anness għandhom jinfetħu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2005.
Artikolu 2
Il-kwoti tariffarji Komunitarji msemmija fl-Artikolu 1 se jitmexxew mill-Kummissjoni fi qbil ma' l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar is-16 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Gunter VERHEUGEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 318, ta’ l-20.12.1993, p. 18. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5).
(2) ĠU L 345, 31.12.1996, p. 78.
(3) ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, tal-31.12.2003, p. 1).
ANNESS
|
Order number |
CN code |
Description |
Quota |
Rate of duty applicable |
|
09.0764 |
ex 1806 1806 20 1806 31 1806 32 1806 90 |
Chocolate and other food preparations containing cocoa with the exception of cocoa powder containing added sugar or other sweetening matter falling within CN code 1806 10 |
5 500 tonnes |
EUR 35,15/100kg |