|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
142 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta' Frar 2006
dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-Ġermanja u għall-Portugall għall-programmi tagħhom sabiex isaħħu infrastrutturi ta' spezzjoni għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti fuq pjanti u prodotti tal-pjanti li joriġinaw minn pajjiżi terzi
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 238)
(It-testi bil-Ġermaniż u bil-Portugiż biss huma awtentiċi)
(2006/84/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara tal-pjanti, u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari s-sitt subparagrafu ta' l-Artikolu 13c (5) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2000/29/KE tistipola l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità li għandha tingħata lill-Istati Membri sabiex isaħħu l-infrastrutturi ta' spezzjoni għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li joriġinaw minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Kemm il-Ġermanja kif ukoll il-Portugall stabbilixxew programm kull wieħed sabiex isaħħu l-infrastrutturi ta' spezzjoni tagħhom għall-iċċekkjar tal-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li joriġinaw minn pajjiżi terzi. Huma applikaw għall-allokazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-2006 għal dawk il-programmi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 998/2002 tal-11 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ma' l-allokazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-Istati Membri sabiex isaħħu l-infrastrutturi ta' spezzjoni għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi (2). |
|
(3) |
Permezz ta' l-informazzjoni teknika pprovduta mill-Ġermanja u mill-Portugall, il-Kummissjoni setgħet tanalizza s-sitwazzjoni b'mod preċiż u komprensiv. Il-Kummissjoni ħejjiet lista ta' dawk il-karigi ta' spezzjoni li jsaħħu programmi eliġibbli, li jagħtu dettalji ta' l-ammont propost ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm. L-informazzjoni kienet ukoll eżaminata mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti. |
|
(4) |
Kull programm inkluż f'dik il-lista ġie vvalutat individwalment għall-approvazzjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kondizzjonijiet u l-kriterji stipolati fid-Direttiva 2000/29/KE u r-Regolament (KE) Nru 998/2002 għall-għotja ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, intlaħqu. |
|
(5) |
Skond dan, huwa xieraq li tkun allokata kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità sabiex tkopri n-nefqa għal dawk il-programmi għall-2006 mill-Ġermanja u l-Portugall. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-allokazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità bil-għan li tkopri n-nefqa li se ġġarrab il-Ġermanja fl-2006 għall-programm tagħha għat-tisħiħ tal-karigi ta' spezzjoni hija hawnhekk approvata.
2. L-allokazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità bil-għan li tkopri n-nefqa li se jġarrab il-Portugall fl-2006 għall-programm tiegħu għat-tisħiħ tal-karigi ta' spezzjoni hija hawnhekk approvata.
Artikolu 2
1. L-ammont totali ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità kif ipprovdut fl-Artikolu 1 se jkun ta' 45 625 EUR.
2. L-ammont massimu ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull Stat Membru kkonċernat għandu jkun kif ġej:
|
a) |
EUR 22 025: il-Ġermanja; |
|
b) |
EUR 23 600: il-Portugall. |
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità għal kull programm għat-tisħiħ tal-karigi ta' spezzjoni se tkun kif stabbilita fl-Anness.
Artikolu 3
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm kif stabbilita fl-Anness se titħallas biss meta:
|
a) |
tkun ingħatat evidenza tax-xiri u/jew titjib tat-tagħmir u/jew faċilitajiet elenkati fil-programm mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni b'dokumentazzjoni xierqa; kif ukoll |
|
b) |
tkun tressqet talba għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità mill-Istati Membri kkonċernati lill-Kummissjoni, skond id-dispożizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 998/2002. |
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lir-Repubblika Portugiża.
Magħmul fi Brussell, 6 ta' Frar 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Member of the Commission
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1; Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/77/KE (ĠU L 296, 12.11.2005, p. 17).
(2) ĠU L 152, 12.6.2002, p. 16. Regolament kien ippubblikat bħala Regolament 997/2002/KE iżda n-numru kien korrett b'corrigendum (ĠU L 153, 13.6.2002, p. 18).
ANNESS
Programmi għat-tisħiħ tal-karigi ta' spezzjoni
Programmi mal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità allokata fl-2006 korrispondenti
|
Stat Membru |
Ismijiet tal-karigi ta' spezzjoni (l-unità amministrattiva, l-isem) |
Nefqa eliġibbli (€) |
Kontribuzzjoni Finanzjarja massima tal-Komunità (€) |
|
Il-Ġermanja |
Hessen, Frankfurt Flughafen, punt ta' dħul 7.2 |
17 600 |
8 800 |
|
Hessen, Gießen ZA Kassel, punt ta' dħul 7.3 |
2 300 |
1 150 |
|
|
Mecklenburg-Vorpommern, Rostock, punti ta' dħul 8.2 & 8.3 |
520 |
260 |
|
|
Mecklenburg-Vorpommern, Wismar, punt ta' dħul 8.4 |
520 |
260 |
|
|
Mecklenburg-Vorpommern, Sassnitz-Mukran, punti ta' dħul 8.5 & 8.6 |
520 |
260 |
|
|
Niedersachsen, ZA Wilhelmshaven, punt ta' dħul 9.5 |
460 |
230 |
|
|
Saarland, ZA Flughafen Saarbrücken & ZA Im Hauptgüterbanhof, punti ta' dħul 12.1 & 12.2 |
500 |
250 |
|
|
Schleswig-Holstein, Einlassstelle Kiel, punti ta' dħul 15.3 sa 15.6 |
5 050 |
2 525 |
|
|
Thüringen, Erfurt-Kühnhausen, punt ta' dħul 16.1 |
16 580 |
8 290 |
|
|
L-Portugall |
Porto (l-ajruport) |
3 820 |
1 910 |
|
Leixões (il-port) |
5 620 |
2 810 |
|
|
Aveiro (il-port) |
5 620 |
2 810 |
|
|
Liżbona (l-ajruport) |
3 820 |
1 910 |
|
|
Liżbona (il-port) |
5 620 |
2 810 |
|
|
Setúbal (il-port) |
5 620 |
2 810 |
|
|
Sines (il-port) |
5 620 |
2 810 |
|
|
Faro (l-ajruport) |
3 820 |
1 910 |
|
|
Ponta Delgada (l-ajruport) |
3 820 |
1 910 |
|
|
Funchal (l-ajruport) |
3 820 |
1 910 |
|
|
Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità (€) |
|
45 625 |
|