|
28.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 31/2009
tas-17 ta’ Marzu 2009
li temenda l-Anness XI (Is-servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE tas-7 ta’ April 2008 dwar il-kundizzjonijiet armonizzati tal-użu tal-ispettru għall-operazzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-ajruplani (servizzi MCA) fil-Komunità (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 5czb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE) tal-Anness XI mal-Ftehim:
|
“5czc. |
32008 D 0294: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE tas-7 ta’ April 2008 dwar il-kundizzjonijiet armonizzati tal-użu tal-ispettru għall-operazzjoni tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-ajruplani (servizzi MCA) fil-Komunità (ĠU L 98, 10.4.2008, p. 19).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2008/294/KE fl-ilsien Iżlandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 339, 18.12.2008, p. 105.
(2) ĠU L 98, 10.4.2008, p. 19.
(*1) M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.