2005D0056 — MT — 09.10.2008 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-14 ta' Jannar 2005

li tistabbilixxi l-“Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali” għat-tmexxija ta' l-azzjoni komunitarja fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, l-awdjoviżwal u l-kultura fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003

(2005/56/KE)

(ĠU L 024, 27.1.2005, p.35)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta' Frar 2007

  L 49

21

17.2.2007

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-12 ta’ Ġunju 2008

  L 205

47

1.8.2008

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-9 ta’ Ottubru 2008

  L 269

11

10.10.2008




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-14 ta' Jannar 2005

li tistabbilixxi l-“Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali” għat-tmexxija ta' l-azzjoni komunitarja fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, l-awdjoviżwal u l-kultura fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003

(2005/56/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2002 li jittratta dwar l-istatut ta' l-aġenziji eżekuttivi inkarigati minn ċerti xogħlijiet relattivi għat-tmexxija ta' programmi komunitarji ( 1 ), u b'mod speċjali l-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 3 imsemmi fih,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddeċiedi dwar il-ħolqien ta' aġenziji eżekuttivi konformi ma' l-istatut ġenerali stabbilit minn dak ir-Regolament u li tinkarigahom minn ċerti xogħlijiet relattivi għat-tmexxija ta' programm jew diversi programmi komunitarji; din id-deċiżjoni ma taffettwax l-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(2)

Il-ħolqien ta' aġenzija eżekuttiva għandu jippermetti lill-Kummissjoni li tikkonċentra fuq l-attivitajiet u l-funzjonijiet l-iktar importanti, li m'humiex ta' natura li jsiru esterni, mingħajr madankollu ma titlef il-patrunanza, il-kontroll, u r-responsabbiltà aħħarija ta' l-azzjonijiet immexxija mill-aġenziji eżekuttivi.

(3)

It-tmexxija ta' ċerti kostitwenti ċentralizzati ta' numru ta' programmi fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, l-awdjoviżwal u dak kulturali jinvolvi l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' natura teknika, li ma jimplikawx teħid ta' deċiżjonijiet ta' natura politika, u titlob livell għoli ta' għarfien tekniku u finanzjarju matul il-fażijiet tal-proġett.

(4)

Id-delega ta' xogħlijiet marbuta ma' l-eżekuzzjoni ta' dawn il-programmi lil xi aġenzija eżekuttiva tista' ssir skond separazzjoni ċara bejn min-naħa waħda l-istadji tal-programmazzjoni u l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta' finanzjament, li għandhom ikunu ġejjin mis-servizzi tal-Kummissjoni, u min-naħa l-oħra t-twettiq tal-proġetti, li għandhom ikunu fdati lill-aġenzija eżekuttiva.

(5)

It-twaqqif ta' aġenzija eżekuttiva, la timmodifika d-delega mill-Kunsill lill-Kummissjoni tat-tmexxija ta' ċerti fażijiet ta' l-azzjonijiet ipprovduti taħt il-programmi differenti u lanqas id-delega ta' xogħlijiet marbuta ma' tmexxija ta' aġenziji nazzjonali dwar ċerti programmi.

(6)

Saret analiżi dwar l-ispejjeż u l-vantaġġi għal dan il-għan u uriet li l-fatt li jirrikorru lejn aġenzija eżekuttiva għat-tmexxija ta' ċerti kostitwenti ċentralizzati ta' programmi fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u dak tal-kultura jirrappreżenta l-għażla l-iktar vantaġġuża meta mqabbla ma' l-għażliet l-oħra disponibbli, kemm mil-lat finanzjarju kif ukoll mil-lat mhux finanzjarju.

(7)

Il-miżuri previsti b'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Aġenziji Eżekuttivi,

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 jipprovdi regolament finanzjarju standard għall-aġenziji eżekuttivi mwaqqfa skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 58/2003 ( 2 ).

IDDEĊIDIET:



Artikolu 1

Ħolqien ta' l-Aġenzija

1.  Twaqqfet Aġenzija Eżekuttiva (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) għat-tmexxija ta' l-azzjoni Komunitarja fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, l-awdjoviżwal u dak tal-kultura, li l-istatut tagħha hu kkontrollat bir-Regolament (KE) Nru 58/2003.

2.  Id-denominazzjoni ta' l-Aġenzija hi “Aġenzija Eżekuttiva ta' l-Edukazzjoni, ta' l-Awdjoviżwal u tal-Kultura”.

Artikolu 2

Post

L-Aġenzija ser tkun fi Brussell.

Artikolu 3

Tul ta' żmien

▼M1

1.  L-Aġenzija hija stabbilita għal perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2005 u jintemm fit-31 ta' Diċembru 2015.

▼B

2.  Trid tiġi mfassla evalwazzjoni ta' l-operat ta' l-Aġenzija, inkluż analiżi ta' l-ispejjeż vis-a-vis il-benefiċċji kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru. 58/2003, mill-Kummissjoni fl-2006, bil-għan tar-reviżjoni jew estensjoni possibbli tal-kompiti ta' l-Aġenzija fil-qafas tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' programmi fil-kamp ta' l-edukazzjoni, l-awdjoviżwal u l-kultura.

Artikolu 4

Għanijiet u xogħlijiet

▼M3

1.  L-Aġenżija hi responsabbli mit-tmexxija ta’ ċerti partijiet tal-programmi Komunitarji li ġejjin:

(1) il-proġetti tal-qasam tat-tagħlim superjuri li għandhom mnejn jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet rigward l-għajnuna ekonomika favur ċerti pajjiżi tal-Ewropa ċentrali u tal-Lvant (Phare), approvati mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 ( 3 );

(2) il-programm ta’ tħeġġiġ għall-iżvilupp u t-tqassim ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA II – Żvilupp u tqassim) (1996-2000), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/563/KE ( 4 );

(3) il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi (MEDIA II – Taħriġ) (1996-2000), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/564/KE ( 5 );

(4) it-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja għal dak li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni “Socrates” (2000-2006), approvata mid-Deċiżjoni 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

(5) it-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja għal dak li għandu x’jaqsam mat-taħriġ professjonali “Leonardo da Vinci” (2000-2006), approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/382/KE ( 7 );

(6) il-programm ta’ azzjoni Komunitarja “YOUTH” (2000-2006), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1031/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );

(7) il-programm “Kultura 2000” (2000-2006), approvat mid-Deċiżjoni 508/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );

(8) il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li għandhom mnejn jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-provvediment ta’ għajnuna għall-Istati msieħba tal-Ewropa orjentali u tal-Ażja ċentrali (2000-2006), stipulati mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 99/2000 ( 10 );

(9) il-proġetti tal-qasam tat-tagħlim superjuri li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna lill-Albanija, lill-Bożnija Ħerżegovina, lill-Kroazja, lil dik li qabel kienet ir-Repubblika Federali Jugoslava tal-Maċedonja, lill-Montenegro, lis-Serbja u lill-Kosovo (UNSCR 1244) (2000-2006), approvati fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 ( 11 );

(10) il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri ta’ akkumpanjament finanzjarji u tekniċi (MEDA) għar-riforma tal-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja, approvati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2698/2000 ( 12 );

(11) it-tielet fażi tal-programm trans-Ewropew ta’ kooperazzjoni għall-edukazzjoni ta’ livell għoli (Tempus III) (2000-2006), approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/311/KE ( 13 );

(12) il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġeddu programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tat-tagħlim superjuri u tat-tagħlim u tat-taħriġ professjonali (2001-2005), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/196/KE ( 14 );

(13) il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jġeddu programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli u tat-taħriġ (2001-2005), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/197/KE ( 15 );

(14) il-programm ta’ tħeġġiġ għall-iżvilupp tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus – Żvilupp, Tqassim u Promozzjoni) (2001-2006), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821/KE ( 16 );

(15) il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi (MEDIA-taħriġ) (2001-2006), approvat mid-Deċiżjoni Nru 163/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 );

(16) il-programm multiannwali għall-integrazzjoni effiċjenti tat-teknoloġiji ta’ tagħrif u tal-komunikazzjoni (ICT) fis-sistemi tal-edukazzjoni u ta’ taħriġ fl-Ewropa (“tagħlim onlajn”/“e-learning”) (2004-2006) approvat mid-Deċiżjoni Nru 2318/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 );

(17) il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea attiva (sehem ċivili) (2004-2006), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/100/KE ( 19 );

(18) il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ (2004-2006), approvat mid-Deċiżjoni Nru 790/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 );

(19) il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi fuq livell Ewropew u l-appoġġ tal-attivitajiet speċifiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ (2004-2006), approvat mid-Deċiżjoni Nru 791/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 );

(20) il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam tal-kultura (2004-2006), approvat mid-Deċiżjoni Nru 792/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 );

(21) il-programm biex titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni ta’ livell għoli u jitħeġġeġ il-fehim interkulturali permezz tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2004-2008), approvat mid-Deċiżjoni Nru 2317/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 );

(22) il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġeddu l-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli u tat-tagħlim u tat-taħriġ professjonali (2006-2013), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/910/KE ( 24 );

(23) il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxu qafas ta’ kooperazzjoni fl-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ (2006-2013), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/964/KE ( 25 );

(24) il-programm ta’ azzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ kontinwu “Life Long Learning” (2007-2013), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 );

(25) il-programm “Kultura 2007” (2007-2013), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 27 );

(26) il-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” li għandu l-għan li jħeġġeġ iċ-ċittadinanza Ewropea attiva (2007-2013), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 28 );

(27) il-programm “Żgħażagħ Attivi” (2007-2013), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 29 );

(28) il-programm ta’ appoġġ fis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (2007-2013), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 30 );

(29) il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna għall-kooperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-Ażja, approvati fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 443/92 ( 31 );

(30) il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli u taż-żgħażagħ li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-istrument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni (IPA) stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 ( 32 );

(31) il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat u tas-Sħubija, maħluq mir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 33 );

(32) il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li jiġu ffinanzjati mill-istrument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 34 );

(33) il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli u taż-żgħażagħ li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mill-istrument finanzjarju tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi industrijalizzati u l-pajjiżi u t-territorji l-oħra bi dħul għoli (IPI), stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 ( 35 );

(34) il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mir-riżorsi tad-Disa’ Fond Ewropew tal-Iżvilupp (2000-2007) ( 36 );

▼B

2.  L-Aġenzija ser tkun responsabbli għas-segwenti rwoli, għat-tmexxija tal-kostitwenti tal-programmi komunitarji msemmija fil-paragrafu 1:

a) it-tmexxija ta' kull fażi tal-proġetti fil-qafas ta' l-eżekuzzjoni tal-programmi komunitarji fdati lilha, skond il-programm ta' ħidma annwali siewja għal deċiżjoni ta' finanzjament fir-rigward ta' sussidji u ta' swieq fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, ta' l-awdjoviżiv u ta' dak tal-kultura u adottati mill-Kummissjoni jew skond deċiżjonijiet ta' finanzjament speċifiku adottati mill-Kumissjoni kif ukoll il-kontrolli meħtieġa, billi tadotta d-deċiżjonijiet rilevanti skond id-delegazzjoni tal-Kummissjoni;

b) li tadotta l-istrumenti tal-baġit, l-implimentazzjoni baġitarja għad-dħul u nfiq u twettiq, meta l-Kummissjoni tat is-setgħa li tagħmel dan, għal xi wħud jew kull operat meħtieġ għall-ġestjoni tal-programmi tal-Komunità, u b'mod speċjali dawk marbuta ma' l-għotja ta' sussidji u kuntratti;

c) il-ġbir, l-analiżi u t-trasmissjoni lill-Kummissjoni ta' l-informazzjoni kollha neċessarja biex ikun orjentat it-tħaddim tal-programmi komunitarji;

▼M1

d) l-implimentazzjoni, fuq livell Komunitarju, tan-netwerk ta' tagħrif dwar l-edukazzjoni fl-Ewropa (“Eurydice”) għall-ġabra, l-analiżi u t-tixrid tat-taħriġ kif ukoll il-produzzjoni ta' l-istudju u l-pubblikazzjonijiet.

▼B

3.  L-Aġenzija tista' tkun inkarigata mill-Kummissjoni, wara rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta' l-Aġenziji Eżekuttivi pprovduti taħt l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru. 58/2003, mill-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet ta' l-istess natura fil-qafas ta' programmi komunitarji oħra fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, l-awdjoviżwal u dak tal-kultura, skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 58/2003, bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

4.  Id-deċiżjoni tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni tiddefinixxi b'mod dettaljat it-totalità tax-xogħlijiet fdati lill-Aġenzija, u hi adattata skond ix-xogħlijiet l-oħra eventwalment fdati lill-Aġenzija. Din hi mgħoddija, b'titolu ta' informazzjoni, lill-Kumitat ta' l-Aġenziji Eżekuttivi.

Artikolu 5

Struttura ta' l-organizzazzjoni

1.  L-Aġenzija hi mmexxija minn Kumitat ta' Direzzjoni u minn Direttur magħżula mill-Kummissjoni.

2.  Il-membri tal-Kumitat tad-Direzzjoni jinħatru għal sentejn.

3.  Id-Direttur ta' l-Aġenzija jinħatar għal 4 snin.

▼M1

Artikolu 6

Sussidju

Mingħajr ħsara għal tipi oħra ta' dħul, l-aġenzija, għall-ħidma tagħha, tirċievi sussidju imdaħħal fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll riżorsi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp. Dan is-sussidju u dawn ir-riżorsi jitnaqqsu mill-allokazzjoni finanzjarja tal-programmi kkonċernati msemmija fl-Artikolu 4(1), u, jekk meħtieġ, minn programmi Komunitarji oħra li t-twettiq tagħhom hu fdat lill-aġenzija skond l-Artikolu 4(3).

▼B

Artikolu 7

Kontroll u rendikont ta' l-eżekuzzjoni

L-Aġenzija hi sottomessa għall-kontroll tal-Kummissjoni u għandha tagħti kont b'mod regolari ta' l-eżekuzzjoni tal-programmi li huma fdati lilha, skond il-modalitajiet u l-frekwenza stipulati fl-Att tad-Delegazzjoni.

Artikolu 8

Eżekuzzjoni tal-baġit ta' funzjonament

L-Aġenzija teżegwixxi l-baġit ta' funzjonament tagħha skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1653/2004.



( 1 ) ĠU L 11 tas-16.1.2003, p. 1.

( 2 ) ĠU L 297, tat-22.9.2004, p. 6.

( 3 ) ĠU L 375, 23.12.1989, p. 11.

( 4 ) ĠU L 321, 30.12.1995, p. 25.

( 5 ) ĠU L 321, 30.12.1995, p. 33.

( 6 ) ĠU L 28, 3.2.2000, p. 1.

( 7 ) ĠU L 146, 11.6.1999, p. 33.

( 8 ) ĠU L 117, 18.5.2000, p. 1.

( 9 ) ĠU L 63, 10.3.2000, p. 1.

( 10 ) ĠU L 12, 18.1.2000, p. 1.

( 11 ) ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1.

( 12 ) ĠU L 311, 12.12.2000, p. 1.

( 13 ) ĠU L 120, 8.5.1999, p. 30.

( 14 ) ĠU L 71, 13.3.2001, p. 7.

( 15 ) ĠU L 71, 13.3.2001, p. 15.

( 16 ) ĠU L 336, 30.12.2000, p. 82.

( 17 ) ĠU L 26, 27.1.2001, p. 1.

( 18 ) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 9.

( 19 ) ĠU L 30, 4.2.2004, p. 6.

( 20 ) ĠU L 138, 30.4.2004, p. 24.

( 21 ) ĠU L 138, 30.4.2004, p. 31.

( 22 ) ĠU L 138, 30.4.2004, p. 40.

( 23 ) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 1.

( 24 ) ĠU L 346, 9.12.2006, p. 33.

( 25 ) ĠU L 397, 30.12.2006, p. 14.

( 26 ) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45.

( 27 ) ĠU L 372, 27.12.2006, p. 1.

( 28 ) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32.

( 29 ) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.

( 30 ) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.

( 31 ) ĠU L 52, 27.2.1992, p. 1.

( 32 ) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.

( 33 ) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.

( 34 ) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

( 35 ) ĠU L 405, 3.12.2006, p. 37.

( 36 ) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.