|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1299 |
30.6.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2025/1299
tal-24 ta’ Ġunju 2025
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2025)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta' Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita kontroll politiku u direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah), inkluż id-deċiżjoni biex jinħatar Kap tal-Missjoni fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”). |
|
(2) |
Fis-26 ta' Ġunju 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1818 (2), li estendiet il-mandat tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala Kap tal-Missjoni ta' EU BAM Rafah, mill-1 ta' Lulju 2024 sat-30 ta' Ġunju 2025. |
|
(3) |
Fid-29 ta' April 2025, ir-Rappreżentant Għoli pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala Kap tal-Missjoni ta' EU BAM Rafah mill-1 ta' Lulju 2025 sat-30 ta' Ġunju 2026. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-mandat tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EU BAM Rafah jiġi estiż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) huwa b'dan estiż mill-1 ta' Lulju 2025 sat-30 ta' Ġunju 2026.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Din għandha tapplika soġġett għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-Kunsill li testendi l-mandat tal-EU BAM Rafah mill-1 ta’ Lulju 2025,
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2005/889/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2024/1818 tas-26 ta' Ġunju 2024 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2024) (ĠU L, 2024/1818, 27.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1818/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1299/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)