|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/25 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1322
tal-25 ta’ Lulju 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/632 fir-rigward tal-listi ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti komposti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/632 (2) jistabbilixxi listi ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati minnhom, prodotti komposti, ħuxlief u tat-tiben, li jridu jiġu preżentati għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera bl-indikazzjoni tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (“kodiċi NM”) rispettiv tagħhom kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3). |
|
(2) |
L-Artikoli 3, 5 u 12 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (4) jipprevedu rekwiżiti tal-importazzjoni għal kunsinni ta’ oġġetti li hemm referenza għalihom taħt ċerti kodiċijiet NM u kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (“kodiċijiet SA”) fil-Parti Tnejn tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. Dawk id-dispożizzjonijiet ġew emendati bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/887 (5). Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/887 jiċċara l-kodiċijiet applikabbli billi jżid kodiċijiet neqsin u jneħħi kodiċijiet li ma għadhomx rilevanti. Għalhekk huwa xieraq li jiżdiedu l-intestaturi u l-kodiċijiet NM 0901, 1902 19, 1904 10 30, 1904 10 90, 1904 20, 1904 90 80, 2008 99, 2906, 2936 u 3002 49 00 fil-listi fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/632 sabiex tiġi evitata kwalunkwe ambigwità fir-rigward ta’ liema kunsinni ta’ oġġetti huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1832 (6) introduċa modifiki fil-kodiċijiet tan-NM u fid-deskrizzjonijiet tal-oġġetti. Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/632 jirrifletti dawk il-modifiki. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/632 jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/632 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2022
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/632 tat-13 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom, prodotti komposti, u ħuxlief u tiben soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 24).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/887 tat-28 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/625 fir-rigward tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u tas-Sistema Armonizzata u l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti komposti, li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 fir-rigward ta’ ċerti oġġetti u għasafar domestiċi eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/630 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-prodotti komposti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (ĠU L 154, 7.6.2022, p. 23).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1832 tat-12 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in- nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 385, 29.10.2021, p. 1).
ANNESS
“ANNESS
LISTI TA’ ANNIMALI, TA’ PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI, PRODOTTI ĠERMINALI, PRODOTTI SEKONDARJI TAL-ANNIMALI U PRODOTTI DERIVATI, PRODOTTI KOMPOSTI, U ĦUXLIEF U TIBEN SOĠĠETTI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI FIL-POSTIJIET TA’ KONTROLL FUQ IL-FRUNTIERI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3
Noti:
|
1. |
Kummenti ġenerali
Qed jiżdiedu xi rimarki ġenerali ma’ ċerti Kapitoli biex jiċċaraw liema huma l-annimali jew l-oġġetti li huma koperti fil-kapitolu rilevanti. Barra minn hekk, fejn meħtieġ, issir referenza għal rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (1). Il-lista ta’ prodotti komposti li jissodisfaw kundizzjonijiet speċifiċi u li huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera huma stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/630 (2). |
|
2. |
Nota għall-Kapitolu
Il-listi f’dan l-Anness huma strutturati f’Kapitoli li jikkorrispondu mal-Kapitoli rilevanti fin-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3). In-noti tal-Kapitoli huma spjegazzjonijiet, fejn meħtieġ estratti, min-Noti tal-Kapitoli individwali tan-NM. |
|
3. |
Estratt min-Noti ta’ Spjega u l-Opinjonijiet tal-Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata
Ġiet estratta informazzjoni addizzjonali dwar il-Kapitoli differenti; fejn meħtieġ, min-Noti ta’ Spjega u mill-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali. |
Tabelli:
|
4. |
Kolonna (1) — il-kodiċi NM
Din il-kolonna tindika l-kodiċi NM. In-NM, stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hija bbażata fuq il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta’ Merkanzija (HS) konkluża fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983 u approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE (4). In-NM tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi tal-HS sa sitt ċifri, u s-seba’ u t-tmien ċifri b’mod esklużiv joħolqu subintestaturi oħrajn li huma speċifiċi għaliha. Meta jintuża kodiċi b’erba’ ċifri: Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, l-annimali u l-oġġetti kollha prefissi bi jew koperti minn dawn l-erba’ ċifri għandhom jiġu sottomessi għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Fil-maġġoranza ta’ dawn il-każijiet, il-kodiċijiet NM rilevanti inklużi fis-sistema TRACES stabbilita bl-Artikolu 133(4) tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), huma diżaggregati f’kodiċijiet b’sitt jew tmien ċifri. Meta ċerti annimali u oġġetti speċifikati biss taħt kwalunkwe kodiċi b’erba’, b’sitt jew bi tmien ċifri jkunu meħtieġa li jiġu sottomessi għall-kontrolli uffiċjali u ma tkun teżisti l-ebda subdiviżjoni speċifika taħt dan il-kodiċi fin-NM, il-kodiċi jiġi mmarkat “Ex”. F’dak il-każ, l-annimali u l-oġġetti koperti minn dan ir-Regolament huma determinati mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM u minn dak tad-deskrizzjoni korrispondenti fil-kolonna (2) u l-kwalifikazzjoni u l-ispjegazzjoni fil-kolonna (3). |
|
5. |
Kolonna (2) — Deskrizzjoni
Id-deskrizzjoni tal-annimali u l-oġġetti hija kif ġie stabbilit fil-kolonna tad-deskrizzjoni tan-NM. Bla ħsara għar-regoli għall-interpretazzjoni tan-NM, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-annimali u l-oġġetti fil-kolonna (2) huwa meqjus li jkun ta’ valur indikattiv biss, ladarba l-annimali u l-oġġetti koperti b’dan ir-Regolament huma determinati mill-kodiċijiet NM. |
|
6. |
Kolonna (3) — Kwalifika u spjega
Din il-kolonna tagħti d-dettalji tal-annimali jew l-oġġetti koperti. Aktar informazzjoni dwar l-annimali jew l-oġġetti koperti fil-Kapitoli differenti tan-NM tista’ tinstab fin-Noti ta’ Spjega tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (6). Il-prodotti derivati minn prodotti sekondarji tal-annimali koperti mir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u r-Regolament (UE) Nru 142/2011 mhumiex identifikati b’mod speċifiku fil-liġi tal-Unjoni. Għandhom isiru l-kontrolli uffiċjali fuq prodotti li huma parzjalment proċessati iżda jibqgħu materja prima li għandha tiġi proċessata aktar fi stabbiliment approvat jew irreġistrat fid-destinazzjoni. L-ispetturi uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera għandhom jivvalutaw u jispeċifikaw, meta jkun meħtieġ, jekk prodott derivat huwiex proċessat biżżejjed sabiex ma jkunx jeħtieġ aktar kontrolli uffiċjali previsti fil-liġi tal-Unjoni. |
KAPITOLU 1
ANNIMALI ĦAJJIN
Nota relatata mal-Kapitolu 1 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu jkopri l-annimali ħajjin kollha, ħlief:
|
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“L-intestatura 0106 tinkludi, inter alia, l-annimali domestiċi jew slavaġ li ġejjin:
|
(A) |
Mammiferi
|
|
(B) |
Rettili (inkluż sriep u fkieren) |
|
(C) |
Għasafar
|
|
(D) |
Insetti, bħan-naħal (kemm jekk jivvjaġġaw f’kaxxi jew f’gaġeġ jew f’kaxxi tan-naħal u kemm jekk le). |
|
(E) |
Oħrajn, eż. żrinġijiet. |
Din l-intestatura teskludi annimali li jiffurmaw parti minn ċirkli, minn wirjiet ambulanti ta’ annimali jew minn spettakli ambulanti simili oħra ta’ annimali (intestatura 9508).”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
0101 |
Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula bin il-ħmara ħajjin |
Kollox |
|
0102 |
Annimali bovini ħajjin |
Kollox |
|
0103 |
Ħnieżer ħajjin |
Kollox |
|
0104 |
Nagħaġ u mogħoż ħajjin |
Kollox |
|
0105 |
Pollam ħaj, jiġifieri, tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u farawni |
Kollox |
|
0106 |
Annimali ħajjin oħrajn |
Kollox, tkopri l-annimali kollha mis-subintestaturi li ġejjin: 0106 11 00 (primati) 0106 12 00 (balieni, dniefel u dniefel suwed (mammiferi tal-ordni Cetacea); lamantini u dugongi (mammiferi tas-subordni Sirenia); foki, iljuni tal-baħar u odobeni (mammiferi tas-subordni Pinnipedia) 0106 13 00 (iġmla u kamelidi oħra (Camelidae)) 0106 14 (fniek jew liebri) 0106 19 00 (oħrajn): mammiferi ħlief dawk tal-intestatura 0101 , 0102 , 0103 , 0104 , 0106 11 , 0106 12 , 0106 13 u 0106 14 ; din is-subintestatura tkopri l-klieb u l-qtates 0106 20 00 (rettili, inkluż sriep u fkieren) 0106 31 00 (għasafar: għasafar tal-priża) 0106 32 00 (għasafar: psittaċiformi inkluż pappagalli, parrukketti, makawi u kakatuwi) 0106 33 00 (ngħam; emu (Dromaius novaehollandiae) 0106 39 (oħrajn): tkopri għasafar, għajr dawk tal-intestatura 0105 , 0106 31 , 0106 32 u 0106 33 ; din is-subintestatura tinkludi l-ħamiem 0106 41 00 (naħal) 0106 49 00 (insetti oħra ħlief in-naħal) 0106 90 00 (oħrajn): l-annimali ħajjin l-oħra kollha mhux koperti x’imkien ieħor, ħlief il-mammiferi, l-għasafar u r-rettili. Żrinġijiet ħajjin kemm jekk biex jinżammu ħajjin għall-vivarji, kemm jekk biex jinqatlu għall-konsum uman, huma koperti minn dan il-kodiċi NM. |
KAPITOLU 2
LAĦAM U ĠEWWIENI KOMMESTIBBLI
Nota relatata mal-Kapitolu 2 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
0201 |
Laħam tal-annimali bovini, frisk jew imkessaħ |
Kollox. Madankollu, il-materja prima inadatta għall-konsum uman mhijiex koperta minn din l-intestatura, imma taħt l-intestatura 0511 . |
|
0202 |
Laħam tal-annimali bovini, friżat |
Kollox. Madankollu, il-materja prima mhux maħsuba jew adatta għall-konsum uman mhijiex koperta minn din l-intestatura, imma taħt l-intestatura 0511 . |
|
0203 |
Laħam tal-ħanżir, frisk, imkessaħ jew friżat |
Kollox. Madankollu, il-materja prima mhux maħsuba jew adatta għall-konsum uman mhijiex koperta minn din l-intestatura, imma taħt l-intestatura 0511 . |
|
0204 |
Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew friżat |
Kollox. Madankollu, il-materja prima mhux maħsuba jew adatta għall-konsum uman mhijiex koperta minn din l-intestatura, imma taħt l-intestatura 0511 . |
|
0205 00 |
Laħam taż-żwiemel, tal-ħmir, tal-bgħula jew tal-bgħula bin il-ħmara, frisk, imkessaħ jew friżat |
Kollox. Madankollu, il-materja prima mhux maħsuba jew adatta għall-konsum uman mhijiex koperta minn din l-intestatura, imma taħt l-intestatura 0511 . |
|
0206 |
Ġewwieni kommestibbli tal-annimali bovini, tal-ħnieżer, tan-nagħaġ, tal-mogħoż, taż-żwiemel, tal-ħmir, tal-bgħula jew tal-bgħula bin il-ħmara, frisk, imkessaħ jew friżat |
Kollox. Madankollu, il-materja prima mhux maħsuba jew adatta għall-konsum uman mhijiex koperta minn din l-intestatura, imma taħt l-intestatura 0511 . |
|
0207 |
Laħam u ġewwieni kommestibbli, tal-pollam tal-intestatura 0105 , frisk, imkessaħ jew friżat |
Kollox. Madankollu, il-materja prima mhux maħsuba jew adatta għall-konsum uman mhijiex koperta minn din l-intestatura, imma taħt l-intestatura 0511 . |
|
0208 |
Laħam u ġewwieni tal-laħam kommestibbli ieħor, frisk, imkessaħ jew friżat |
Kollox. Madankollu, il-materja prima mhux maħsuba jew adatta għall-konsum uman mhijiex koperta minn din l-intestatura, imma taħt l-intestatura 0511 . Din l-intestatura tkopri materja prima oħra għall-produzzjoni tal-ġelatina jew tal-kollaġen għall-konsum uman. Tkopri wkoll il-laħam u l-ġewwieni kommestibbli kollu mis-subintestaturi li ġejjin: 0208 10 (tal-fniek jew liebri) 0208 30 00 (ta’ primati) 0208 40 (ta’ balieni, dniefel u dniefel suwed (mammiferi tal-ordni Cetacea); tal-lamantini u dugongi (mammiferi tal-ordni Sirenia); ta’ foki, iljuni tal-baħar u odobeni (mammiferi tas-subordni Pinnipedia)) 0208 50 00 (tar-rettili, inkluż is-sriep u l-fkieren) 0208 60 00 (tal-iġmla u kamelidi oħra (Camelidae)) 0208 90 (oħrajn: tal-ħamiem domestiku; tas-selvaġġina, għajr fniek jew liebri; eċċ.): tkopri l-laħam tas-summien, tar-renni jew ta’ kull speċi oħra ta’ mammiferi. Din is-subintestatura tkopri wkoll is-saqajn taż-żrinġijiet taħt il-kodiċi NM 0208 90 70 . |
|
0209 |
Xaħam tal-ħanżir, mingħajr ebda laħam dgħif, u xaħam tal-pollam, mhux imdewweb jew estratt mod ieħor, frisk, imkessaħ, friżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat |
Kollox, tkopri kemm xaħam kif ukoll xaħam proċessat kif deskritt fil-kolonna (2), anki jekk adattat biss għall-użu industrijali (mhux idonei għall-konsum uman). |
|
0210 |
Laħam u ġewwieni kommestibbli, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u frakass kommestibbli mil-laħam jew mill-ġewwieni tal-laħam |
Kollox, tkopri l-laħam, il-prodotti tal-laħam u prodotti oħra ġejjin mill-annimali. Madankollu, il-materja prima mhux maħsuba jew adatta għall-konsum uman mhijiex koperta minn din l-intestatura, imma taħt l-intestatura 0511 . Tkopri l-proteini proċessati tal-annimali u l-widnejn tal-majjal imnixxfin għall-konsum uman. Anki meta t-tali widnejn tal-majjal imnixxfin jintużaw bħala għalf għall-annimali, l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1125/2006 (*1) jikkjarifika li dawn jistgħu jiġu koperti mill-kodiċi 0210 99 49 . Madankollu, il-ġewwieni li jittiekel imnixxef u l-widnejn tal-majjal imnixxfin mhux idonei għall-konsum uman huma klassifikati taħt il-kodiċi 0511 99 85 . Iz-zalzett huwa kopert taħt l-intestatura 1601 . L-estratti u s-sugu tal-laħam huma koperti taħt l-intestatura 1603 . Il-qrieqeċ huma koperti taħt l-intestatura 2301 . |
KAPITOLU 3
ĦUT U KRUSTAĊJI, MOLLUSKI U INVERTEBRATI AKKWATIĊI OĦRAJN
Kummenti ġenerali
Dan il-kapitolu jkopri kemm ħut ħaj għat-trobbija u għar-riproduzzjoni, il-ħut ornamentali ħaj, u l-ħut ħaj jew il-krustaċji ħajjin li jiġi ttrasportat ħaj iżda li jiġi importat għall-konsum uman.
Il-prodotti kollha f’dan il-kapitolu huma suġġetti għall-kontrolli uffiċjali.
Noti relatati mal-Kapitolu 3 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
|
2. |
F’dan il-kapitolu, it-terminu “pellets” ifisser prodotti li ġew agglomerati direttament b’kompressjoni jew biż-żieda ta’ kwantità żgħira ta’ legant. |
|
3. |
L-intestaturi 0305 sa 0308 ma jkoprux id-dqiq, il-frakass u l-pellets, idonei għall-konsum uman (intestatura 0309).” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
0301 |
Ħut ħaj |
Kollox, tkopri t-trot, is-sallur, il-karpjuni, jew kwalunkwe speċi oħra jew kwalunkwe ħuta oħra li tiġi importata għat-trobbija jew għar-riproduzzjoni. Il-ħut ħaj importat għall-konsum uman immedjat jiġi trattat, għal finijiet ta’ kontrolli uffiċjali, daqslikieku kien prodott. Tkopri ħut ornamentali fil-kodiċi NM 0301 11 00 u 0301 19 00 . |
|
0302 |
Ħut, frisk jew imkessaħ, eskluż il-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
Kollox, tkopri l-fwied, il-bajd u l-isperma, friski jew imkessħa, fil-kodiċi NM 0302 91 00 . |
|
0303 |
Ħut, friżat, eskluż il-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
Kollox, tkopri l-fwied, il-bajd u l-isperma, friżati, fis-subintestatura 0303 91 . |
|
0304 |
Fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk kapuljat u kemm jekk le), frisk, imkessaħ jew friżat |
Kollox. |
|
0305 |
Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; ħut affumikat, kemm jekk imsajjar jew le qabel jew waqt il-proċess ta’ affumikar |
Kollox, tkopri rjus, dnub u vexxiki tal-għawm tal-ħut u prodotti kommestibbli tal-ħut oħra. |
|
0306 |
Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; krustaċji affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta’ affumikazzjoni; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma, kemm jekk imkessħin jew le, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura |
Kollox. Krustaċji ħajjin importati għall-konsum uman immedjat jitqiesu u jiġu trattati għal finijiet ta’ kontrolli uffiċjali daqslikieku kienu prodotti. Tkopri xadini marini ornamentali u ċ-ċesti tagħhom għall-użu bħala annimali domestiċi u l-krustaċji ornamentali ħajjin kollha. |
|
0307 |
Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; molluski affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta’ affumikazzjoni |
Din l-intestatura tkopri wkoll molluski affumikati li jkunu diġà msajrin. Il-molluski imsajrin l-oħra huma koperti fl-intestatura 1605 . Tkopri molluski ornamentali ħajjin. Molluski ħajjin importati għall-konsum uman immedjat jitqiesu u jiġu trattati għal finijiet ta’ kontrolli uffiċjali daqslikieku kienu prodotti. Tkopri kollox fis-subintestatura 0307 11 sa 0307 99 , bħalma huma l-eżempji li ġejjin: 0307 60 (bebbux ħlief bebbux tal-baħar): tkopri l-gastropodi terrestri tal-ispeċi Helix pomatia, Helix aspersa, Helix lucorum u speċijiet tal-familja Achatinidae. Tkopri l-bebbux ħaj (inkluż il-bebbux tal-ilma ħelu) għall-konsum uman immedjat u wkoll il-laħam tal-bebbux għall-konsum uman. Tkopri l-bebbux proċessat jew il-bebbux proċessat minn qabel. Prodotti proċessati oħrajn huma koperti fl-intestatura 1605 . 0307 91 00 (molluski oħrajn, ħajjin, friski jew imkessħin, jiġifieri ħlief gajdri, arzelli, maskli (Mytilus spp., Perna spp.), siċċ, klamari, qarnit, bebbux, gandoffli, arzell, arki, widnet il-baħar (Haliotis spp.) u strombi (Strombus spp.): tkopri laħam tal-ispeċi tal-bebbux tal-ilma baħar, kemm jekk fil-qoxra jew le. 0307 99 (molluski oħrajn, ħlief ħajjin, friski, imkessħin, jew friżati, jiġifieri ħlief gajdri, arzelli, maskli (Mytilus spp., Perna spp.), siċċ, klamari, qarnit, bebbux tal-baħar, gandoffli, arzell, arki, widnet il-baħar (Haliotis spp.) u strombi (Strombus spp.). |
|
0308 |
Invertebrati akkwatiċi ħlief krustaċji u molluski, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi affumikati, ħlief krustaċji u molluski, kemm jekk imsajrin qabel jew waqt il-proċess tal-affumikar u kemm jekk le |
Kollox. |
|
0309 |
Dqiq, frakass jew pellets tal-ħut, tal-krustaċji, tal-molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħrajn, idonei għall-konsum uman |
Kollox. |
KAPITOLU 4
PRODOTTI TAL-ĦALIB; BAJD TAL-GĦASAFAR; GĦASEL NATURALI; PRODOTTI KOMMESTIBBLI U LI ĠEJJIN MILL-ANNIMALI, LI MHUMIEX SPEĊIFIKATI JEW INKLUŻI BANDA OĦRA
Noti relatati mal-Kapitolu 4 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
L-espressjoni “ħalib” tfisser ħalib sħiħ jew ħalib parzjalment jew kompletament xkumat. |
|
2. |
Għall-finijiet tal-intestatura 0403, il-jogurt jista’ jkun ikkonċentrat jew imħawwar u jista’ jkun fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor, frott, ġewż, kawkaw, ċikkulata, ħwawar, kafè jew estratti tal-kafè, pjanti, partijiet mill-pjanti, ċereali jew prodotti tal-furnara miżjudin, sakemm kwalunkwe sustanza miżjuda ma tintużax biex tissostitwixxi, kompletament jew parzjalment, kwalunkwe kostitwent tal-ħalib, u sakemm il-prodott iżomm il-karattru essenzjali tal-jogurt. |
|
3. |
Għall-finijiet tal-intestatura 0405:
|
|
4. |
Il-prodotti magħmulin bil-konċentrazzjoni tax-xorrox u biż-żieda tal-ħalib jew tax-xaħam tal-ħalib għandhom ikunu klassifikati bħala ġobon fl-intestatura 0406 sakemm ikollhom dawn it-tliet karatteristiċi:
|
|
5. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
|
6. |
Għall-finijiet tal-intestatura 0410, it-terminu “insetti” ifisser insetti mhux ħajjin kommestibbli, sħaħ jew f’partijiet, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, affumikati, immellħin jew fis-salmura, kif ukoll dqiq u frakass tal-insetti, idonei għall-konsum uman. Madankollu, ma jkoprix l-insetti mhux ħajjin kommestibbli preparati jew preservati mod ieħor (ġeneralment it-Taqsima IV).” |
Estratti min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“L-intestatura 0408 tkopri l-bajd sħiħ mhux fil-qoxra, u l-isfra tal-bajd tal-għasafar kollha. Il-prodotti ta’ dan it-titolu jistgħu jkunu friski, imnixxfin, imsajrin bil-fwar jew mgħollija fl-ilma, furmati (pereżempju “bajd twil” ċilindriku), friżati jew preservat mod ieħor. Dawn kollha jaqgħu taħt din l-intestatura kemm jekk fihom zokkor miżjud jew sustanzi ħelwin oħra u kemm jekk biex jintużaw bħala ikel jew għal finijiet industrijali (pereżempju, fl-ikkunzar).
Din l-intestatura ma tkoprix:
|
(a) |
Żejt tal-isfar tal-bajd (intestatura 1506). |
|
(b) |
Preparati tal-bajd li fihom taħwir, ħwawar jew addittivi oħra (intestatura 2106). |
|
(c) |
Leċitina (intestatura 2923). |
|
(d) |
Abjad tal-bajd separat (albumina tal-bajd) (intestatura 3502). |
(…)
L-intestatura 0409 tkopri l-għasel prodott min-naħal (Apis mellifera) jew minn insetti oħra, ċentrifugat jew fix-xehda jew li fih biċċiet ta’ xehda, sakemm ma jkunx ġie miżjud iz-zokkor jew sustanza oħra. Dan l-għasel jista’ jiġi klassifikat skont is-sors, l-oriġini jew il-kulur tal-fjuri.
L-intestatura 0409 teskludi l-għasel artifiċjali u t-taħlitiet ta’ għasel naturali u artifiċjali (intestatura 1702).
(…)
L-intestatura 0410 tkopri insetti (kif definit fin-Nota 6 ta’ dan il-Kapitolu) u prodotti oħrajn ta’ oriġini mill-annimali adatti għall-konsum uman, li mhumiex speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor fin-Nomenklatura Magħquda. Madankollu, insetti mhux ħajjin mhux idonei għall-konsum uman (inkluż dqiq u frakass tagħhom) huma klassifikati fl-intestatura 0511. Dan jinkludi:
|
(a) |
Il-bajd tal-fkieren. Dawn huma bajd tal-fkieren tax-xmajjar jew tal-baħar; jistgħu jkunu friski, imnixxfa jew preservati mod ieħor. Iż-żejt tal-bajd tal-fekruna huwa eskluż (intestatura 1506). |
|
(b) |
Bejtiet tas-Salanganes (“bejtiet tal-għasafar”). Dawn jikkonsistu minn sustanza li jipproduċu l-għasafar li tissolidifika malajr mal-espożizzjoni għall-arja. Il-bejtiet jistgħu jiġu ppreżentati mhux trattati, jew jistgħu jkunu ġew imnaddfa biex jitneħħewlhom ir-rix, iż-żajbar, it-trab u impuritajiet oħra sabiex isiru adatti għall-konsum. Dawn huma ġeneralment fil-forma ta’ strixxi jew ħajtiet bajdana. Il-bejtiet tas-Salanganes għandhom kontenut għoli ta’ proteini u jintużaw kważi b’mod esklużiv fis-sopop jew fi preparati tal-ikel oħrajn. |
L-intestatura 0410 teskludi d-demm tal-annimali, kommestibbli jew le, likwidu jew imnixxef (intestatura 0511 jew 3002).”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
0401 |
Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud |
Kollox. Ħalib għall-għalf tal-annimali huwa kopert taħt din l-intestatura, filwaqt li l-għalf tal-annimali li fih il-ħalib huwa kopert fl-intestatura 2309 . Ħalib għal użu terapewtiku/profilattiku huwa kopert fl-intestatura 3001 . |
|
0402 |
Ħalib u krema, konċentrati jew biz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud |
Kollox. |
|
0403 |
Jogurt; xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew aċidifikati, kemm jekk ikkonċentrati jew biz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw u kemm jekk le |
Kollox. Tkopri krema, ħalib imħawwar jew bi frott, friżat u fermentat, għall-konsum uman. Il-ġelat huwa kopert fl-intestatura 2105 . Xorb li fih il-ħalib b’togħma ta’ kawkaw jew sustanzi oħra huwa kopert fl-intestatura 2202 . |
|
0404 |
Xorrox u xorrox modifikat, kemm jekk ikkonċentrat jew biz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud u kemm jekk le; prodotti magħmulin minn kostitwenti naturali tal-ħalib, kemm jekk biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew le, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra |
Kollox. Tkopri prodotti tal-ħalib għat-trabi. Il-kodiċi NM 0404 10 48 ikopri l-kolostru bovin, f’forma likwida, bix-xaħam imneħħi u dekaseinat, għall-konsum uman. Il-kodiċi NM 0404 90 21 ikopri trab tal-kolostru, imnixxef bl-isprej, b’xaħam ridott li ma jkunx dekaseinat, għall-konsum uman. |
|
0405 |
Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn magħmulin mill-ħalib; spreads tal-ħalib |
Kollox. |
|
0406 |
Ġobon u baqta |
Kollox. |
|
0407 |
Bajd tat-tjur, fil-qoxra, frisk, preservat jew imsajjar |
Kollox. Tkopri bajd għat-tifqis u bajd speċifikat ħieles minn patoġeni u bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni (0407 11 u 0407 19 ). Tkopri bajd frisk (0407 21 sa 0407 29 ) u bajd ieħor (0407 90 ), kemm mhux idonei kemm idonei għall-konsum uman. Tkopri “bajd ta’ 100 sena”. Kemm albumina tal-bajd mhux idonea kif ukoll dik idonea għall-konsum uman huma koperti bl-intestatura 3502 . |
|
0408 |
Bajd tat-tjur, mhux fil-qoxra, u isfra tal-bajd, friski, imnixxfin, imsajrin bil-fwar jew bit-togħlija, furmati, friżati jew preservati mod ieħor, kemm b’kontenut ta’ zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud u kemm jekk le |
Kollox. Tkopri prodotti tal-bajd kemm jekk ikunu ġew trattati bis-sħana u kemm jekk le u prodotti mhux idonei għall-konsum uman. |
|
0409 00 00 |
Għasel naturali |
Kollox. |
|
0410 10 |
Insetti |
Kollox. Insetti jew bajd tal-insetti għall-konsum uman huma koperti f’din l-intestatura. Insetti mhux ħajjin mhux idonei għall-konsum uman (inkluż dqiq u frakass tagħhom) huma esklużi (intestatura 0511 ) kif ukoll insetti mhux ħajjin kommestibbli preparati jew preservati mod ieħor (ġeneralment Taqsima IV). |
|
0410 90 00 |
Prodotti kommestibbli oħra ta’ oriġini mill-annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra |
Kollox. Dan il-kodiċi NM ikopri r-“royal jelly” u l-propolis (użati fil-manifattura tal-prodotti farmaċewtiċi u supplimenti tal-ikel) u materjal ieħor derivat mill-annimali għall-konsum uman. Dan il-kodiċi NM ikopri għadam kommestibbli u prodotti tal-għadam ikkunsmati direttament (eż. dqiq tal-għadam, għadam trab, għadam tas-soppa), jekk derivati minn karkassi li nqatlu għall-konsum mill-bniedem. |
KAPITOLU 5
PRODOTTI ĠEJJIN MILL-ANNIMALI LI MHUMIEX SPEĊIFIKATI JEW INKLUŻI BANDA OĦRA
Kummenti ġenerali
Rekwiżiti speċifiċi għal ċerti prodotti f’dan il-Kapitolu huma stabbiliti fit-Tabella 2, fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011:
|
Ir-Ringiela 7 |
: |
lanżit tal-ħnieżer; |
|
Ir-Ringiela 8 |
: |
suf u xagħar mhux trattati prodotti minn annimali ħlief dawk mill-ispeċi porċini; |
|
Ir-Ringiela 9 |
: |
rix trattat, partijiet ta’ rix u żajbar. |
Noti relatati mal-Kapitolu 5 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
(…) |
|
3. |
Fin-nomenklatura, in-nejbiet tal-iljunfanti, tal-ipoppotami, tal-odobeni, tan-narwal u tal-ħalluġ, il-qrun tar-rinoċeronti u s-snien tal-annimali kollha huma meqjusin bħala “avorju”. |
|
4. |
Fin-Nomenklatura, l-espressjoni "krin" tfisser ix-xagħar tal-krinjieri jew tad-dnub tal-annimali ekwini jew bovini. L-intestatura 0511 tkopri, inter alia, il-krin u l-iskart tal-krin, kemm jekk ikun preżentat bħala saff u kemm jekk le b’materjal ta’ appoġġ jew le.” |
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“L-intestatura 0505 tkopri
|
(1) |
Il-ġlud u partijiet oħra minn għasafar (eż., rjus, ġwienaħ) bir-rix jew żajbar tagħhom, u |
|
(2) |
Rix u partijiet tar-rix (bit-truf mirqumin jew le), u żajbar, sakemm ma jkunux maħdumin, jew ikunu sempliċiment imnaddfa, diżinfettati jew trattati għall-preservazzjoni iżda mhux maħdumin jew immuntati mod ieħor. |
L-intestatura 0505 tkopri wkoll trab, frakass u skart mir-rix jew bċejjeċ tar-rix.”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
0502 10 00 |
Lanżit u xagħar tal-ħnieżer, tal-majjali tas-simna jew taċ-ċingjali u skart tagħhom |
Kollox, trattati u mhux trattati. |
|
0504 00 00 |
Imsaren, bżieżaq tal-awrina u stonki tal-annimali (għajr tal-ħut), sħaħ jew partijiet tagħhom, friski, imkessħin, friżati, immellħin, fis-salmura, imnixxfin jew affumikati |
Kollox. Tkopri stonku, bżieżaq u intestini mnaddfin, immellħin, imnixxfin jew imsaħħnin ta’ oriġini bovini, porċini, ovini, kaprini, jew ta’ pollam. |
|
ex 0505 |
Ġlud u partijiet oħrajn tal-għasafar, bir-rix jew biż-żajbar tagħhom, rix u partijiet tar-rix (kemm jekk bit-trufijiet imberflin u kemm jekk le) u żajbar, mhumiex maħdumin aktar minn imnaddfin, diżinfettati jew trattati għall-preservazzjoni; trab u skart mir-rix jew minn partijiet tar-rix |
Kollox, inkluż trofej tal-kaċċa tal-għasafar, iżda eskluż ir-rix dekorattiv trattat, rix trattat li jinġarr minn vjaġġaturi għall-użu privat tagħhom jew kunsinni ta’ rix trattat mibgħuta lil individwi privati għal finijiet mhux industrijali, kif imsemmi fil-Kapitoli II, it-Taqsima 6(a), tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. L-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprojbixxi l-importazzjoni u t-tranżitu mill-Unjoni ta’ rix u partijiet ta’ rix u żajbar mhux trattati. Il-kontrolli uffiċjali japplikaw għar-rix indipendentement mit-trattament tagħhom kif imsemmi fil-Kapitolu VII, il-punt C, tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Hemm aktar rekwiżiti speċifiċi għat-trofej tal-kaċċa tas-selvaġġina stabbiliti fil-Kapitolu II, it-Taqsima 5, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. It-Taqsima 6 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 tkopri r-rix li jintuża għall-mili; żajbar, rix mhux proċessat jew rix ieħor. |
|
0506 |
Għadam u ċ-ċentri tal-qrun, mhux maħduma, bix-xaħam imneħħi, sempliċement preparati (iżda mhux maqtugħin għall-forma), trattati bl-aċidu jew deġelatinizzati; trab u skart minn dawn il-prodotti |
Tkopri l-għadam użat bħala magħda tal-klieb u għadam użat għall-produzzjoni tal-ġelatina. L-għadam u dqiq tal-għadam kommestibbli għall-konsum uman huma koperti taħt il-kodiċi NM 0410 90 00. Ir-rekwiżiti speċifiċi għal prodotti bħal dawn mhux intiżi għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 6 (trofej tal-kaċċa), fir-Ringiela 11 (għadam u prodotti tal-għadam (eskluż frakass tal-għadam), qrun u prodotti tal-qrun (eskluż frakass tal-qrun) u qwieqeb u prodotti tal-qwieqeb (eskluż frakass tal-qwieqeb) għal użi eskluż bħala materjal ta’ għalf, fertilizzant organiku jew materjal li jtejjeb il-ħamrija), u r-Ringiela 12 (magħda tal-klieb) tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
0507 |
Avorju, il-qoxra tal-fekruna, l-għadma tal-balieni u x-xagħar tal-għadam tal-balieni, qrejjen, qrejjen imsaġġra, qwieqeb, dwiefer, dwiefer ippuntati u mnaqar, li mhumiex maħduma jew sempliċement preparati iżda mhumiex maqtugħin għall-forma; trab u skart minn dawn il-prodotti |
Tkopri t-trofej tal-kaċċa trattati minn għasafar u minn annimali bid-dwiefer li jkun biss għadam, qrejjen, qwieqeb, dwiefer ippuntati, qrejjen imsaġġra u snien. Ir-rekwiżiti speċifiċi għat-trofej tal-kaċċa huma stabbiliti fir-Ringiela 6 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 0508 00 |
Qroll u materjali simili, mhux maħdumin jew sempliċiment preparati iżda mhux maħdumin mod ieħor; qxur ta’ molluski, krustaċej jew ekinodermi u għadam tas-siċċ, mhux maħdumin jew sempliċiment preparati iżda mhux maqtugħin għall-forma, trab u skart tagħhom |
Tkopri qxur vojta għall-użu fl-ikel u għall-użu bħala materja prima għall-glukożammina. Barra minn hekk, din l-intestatura tkopri l-qxur, inkluż l-għadam tas-siċċ, b’laħam jew tessut artab, kif imsemmi fil-punt (k)(i) tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. |
|
ex 0510 00 00 |
Ambra griża, kastorew, żibett u misk; kantaridi; bila, niexfa jew le; glandoli u prodotti oħrajn ta’ annimali użati fil-preparazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi, friski, imkessħin, friżati jew preservati mod ieħor provviżorjament |
L-ambra griża u l-kantaridi huma esklużi. Il-glandoli, prodotti oħra tal-annimali u l-bila huma koperti minn dan il-kodiċi NM. Glandoli mnixxfa u l-prodotti tagħhom huma koperti mill-intestatura 3001 . Jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għal prodotti sekondarji mill-annimali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi ħlief l-ikel mhux proċessat għall-annimali domestiċi u prodotti dderivati minnu għal użi barra mill-katina tal-għalf (għall-farmaċewtiċi u prodotti tekniċi oħra). |
|
ex 0511 |
Prodotti tal-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, mhux idonei għall-konsum uman |
Kollox. Tkopri materjal ġenetiku (semen u embrijuni li ġejjin mill-annimali tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, ekwina u porċina) u prodotti sekondarji tal-annimali ta’ materjali tal-Kategoriji 1 u 2, kif imsemmi fl-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ prodotti mill-annimali li jidħlu taħt is-subintestaturi 0511 10 sa 0511 99 : 0511 10 00 (semen bovin). 0511 91 (prodotti tal-ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn; annimali mejtin tal-Kapitlu 3): kollha. Tkopri l-bajd tal-ħut għat-tifqis, l-annimali mejtin, il-prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi u għall-farmaċewtiċi u prodotti tekniċi oħra. Tkopri wkoll l-annimali mejtin inkommestibbli jew klassifikati li mhux idonei għall-konsum uman, pereżempju, id-daphnids jew briegħed tal-ilma, u ostrakoda jew fillopodi oħrajn, imnixxfa, biex jagħlfu lill-ħut tal-akkwarji. Tkopri wkoll il-lixka tal-ħut. ex 0511 99 10 (muskoli jew tenduni; bċejjeċ u skart simili ta’ ġlud mhux proċessati). Huma meħtieġa kontrolli uffiċjali għall-ġlud mhux trattati kif imsemmi fil-punt C.2 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk ikunu konformi mal-punti B.1 jew C.1 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. ex 0511 99 31 (sponoż naturali mhux proċessati ġejjin mill-annimali): kollha, jekk għall-konsum uman; jekk mhux għall-konsum uman, dawk intiżi għall-annimali domestiċi biss. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-konsum mhux uman huma stabbiliti fir-Ringiela 12 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. ex 0511 99 39 (sponoż naturali ta’ oriġini mill-annimali għajr grezzi): kollha, jekk għall-konsum uman; jekk mhux għall-konsum uman, dawk intiżi għall-annimali domestiċi biss. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-konsum mhux uman huma stabbiliti fir-Ringiela 12 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. ex 0511 99 85 (prodotti oħra tal-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1, mhux idonei għall-konsum uman): Tkopri embrijuni, ova, semen u materjal ġenetiku mhux koperti bis-subintestatura 0511 10 . Tkopri embrijuni, ova, semen u materjal ġenetiku ta’ speċijiet oħra għajr bovini. Tkopri l-prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi jew prodotti tekniċi oħrajn. Tkopri x-xagħar taż-żiemel mhux trattat, prodotti tal-apikultura ħlief xama’ għall-apikultura jew użu tekniku, spermaċeti għal użu tekniku, annimali mejta msemmija fil-Kapitolu 1 inkommestibbli jew li mhumiex għall-konsum uman (pereżempju: klieb, qtates, insetti) materjal mill-annimali li l-karatteristiċi essenzjali tiegħu ma jkunux inbidlu, u d-demm tal-annimali kommestibbli li mhux derivat mill-ħut, għall-konsum uman. Tkopri dqiq, frakass u pellets tal-insetti mhux idonei għal konsum uman. |
KAPITOLU 6
SIĠAR ĦAJJIN U PJANTI OĦRAJN; BASAL, GĦERUQ U BĦALHOM; FJURI MAQTUGĦIN U WERAQ ORNAMENTALI
Kummenti ġenerali
Dan il-kapitolu jkopri spawn għall-faqqiegħ f’kompost ta’ demel sterilizzat li ġej mill-annimali.
Estratt min-Noti ta’ Spjega għan-NM
“ 0602 90 10 Spawn għall-faqqiegħ:
It-terminu spawn għall-faqqiegħ huwa referenza għal xibka ta’ ħjut fraġli (Thallus jew Mycelium) li spiss tinsab taħt l-art, li tgħix u tikber fuq is-superfiċi ta’ annimali jew materjal veġetali li jkun qed jiddekomponi u li tiżviluppa fit-tessuti stess u tipproduċi l-faqqiegħ.
Din is-subintestatura tinkludi wkoll prodott magħmul minn spawn għall-faqqiegħ, mhux kompletament żviluppat, imqiegħed f’ammonti mikroskopiċi fuq saff tal-ħabb taċ-ċereali u mgeżwer f’kompost tad-demel taż-żwiemel sterilizzat (taħlita ta’ tiben u demel taż-żwiemel).”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 0602 90 10 |
Spawn għall-faqqiegħ |
Biss jekk ikun fihom demel proċessat ta’ oriġini mill-annimali. Ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fir-Ringiela 1 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 9
KAFÈ, TE, MATÈ U ĦWAWAR
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 0901 |
Kafè inkaljat jew le, jew mingħajr kafeina jew le; ħliefa u qxur tal-kafè; sostituti tal-kafè li fihom kafè fi kwalunkwe proporzjon |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
KAPITOLU 12
ŻRIERAGĦ U FROTT ŻEJTNIN; DIVERSI QMUĦ, ŻRIERAGĦ U FROTT; PJANTI INDUSTRIJALI JEW MEDIĊINALI; TIBEN U MAGĦLEF
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 1212 99 95 |
Prodotti veġetali tat-tip li jintuża primarjament għall-konsum uman, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra |
Il-polline tan-naħal huwa kopert taħt dan il-kodiċi NM. |
|
ex 1213 00 00 |
Tiben u ħliefa taċ-ċereali, mhux preparati, kemm jekk imqattgħin, mitħunin, pressati jew fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le |
Tiben biss. |
|
ex 1214 90 |
Lift tal-Iżvezja, mangolds, għeruq għall-foraġġ, ħuxlief, nifel (alfalfa), xnien, sainfoin, kaboċċi għall-foraġġ, lupini, ġulbiena u prodotti simili tal-foraġġ, kemm jekk fil-forma ta’ pellets u kemm jekk le: għajr frakass u pellets tax-xnien (alfalfa) |
Ħuxlief biss. |
KAPITOLU 15
XAĦMIJIET U ŻJUT TAL-ANNIMALI, VEĠETALI JEW MIKROBIĊI U PRODOTTI MILL-QSIM TAGĦHOM; XAĦMIJIET PREPARATI KOMMESTIBBLI; XAMGĦAT TA’ ANNIMALI JEW ĦXEJJEX
Kummenti ġenerali
Xaħmijiet u żjut kollha dderivati mill-annimali. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti li ġejjin huma stabbiliti fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011:
|
1. |
xaħmijiet imdewba u żjut tal-ħut fir-Ringiela 3 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I; |
|
2. |
xaħmijiet imdewba mill-materjali tal-Kategorija 2 għal ċerti finijiet barra l-katina tal-għalf għal annimali mrobbija fl-irziezet (pereżempju għal finijiet oleokimiċi) fir-Ringiela 17 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II; |
|
3. |
derivattivi tax-xaħam fir-Ringiela 18 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II. |
Id-derivattivi tax-xaħam jinkludu l-prodotti tal-ewwel stadju dderivati minn xaħmijiet u żjut meta jkunu fl-istat pur tagħhom li jiġu prodotti b’metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.
Id-derivattivi mħallta ma’ materjali oħra huma suġġetti għall-kontrolli uffiċjali.
Noti relatati mal-Kapitolu 15 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
(…) |
|
3. |
L-intestatura 1518 ma tkoprix ix-xaħmijiet jew iż-żjut jew il-frazzjonijiet tagħhom, żnaturati biss, li għandhom ikunu klassifikati fl-intestatura xierqa għax-xaħmijiet u ż-żjut mhux żnaturati korrispondenti u l-frazzjonijiet tagħhom. |
|
4. |
L-istokkijiet tas-sapun, ir-residwi u s-sedimenti taż-żejt, iż-żift tal-istearina, iż-żift tal-gliċerol u r-residwi tal-grass tas-suf jaqgħu fl-intestatura 1522.” |
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“L-intestatura 1516 tkopri x-xaħmijiet u ż-żjut tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi, li jkunu għaddew minn trasformazzjoni kimika speċifika ta’ tip imsemmi hawn taħt, iżda li ma jkunux ġew preparati ulterjorment.
L-intestatura tkopri wkoll frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi li ġew trattati b’mod simili.
L-idroġenizzazzjoni, li tiġi affettwata billi l-prodotti jiġu f’kuntatt mal-idroġenu pur f’temperatura u taħt pressjoni adatti fil-preżenza ta’ katalista (ġeneralment nikil imfarrak b’mod fin), tgħolli l-punti tat-tidwib tax-xaħmijiet u żżid il-konsistenza taż-żjut billi tittrasforma l-gliċeridi mhux saturati (eż. ta’ aċidi olejki jew linolejki) fi gliċeridi saturati b’punti ta’ tidwib ogħla (eż. ta’ aċidi palmitiċi u steariċi).
L-intestatura 1518 tkopri taħlitiet jew preparati inkommestibbli ta’ xaħmijiet jew żjut tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi jew ta’ frazzjonijiet ta’ xaħmijiet jew żjut differenti tal-Kapitolu, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra.
L-intestatura tkopri wkoll, inter alia, iż-żejt tal-qali użat li fih, pereżempju, żejt tal-kolza, żejt tas-sojja u kwantità żgħira ta’ xaħam tal-annimali, għall-użu fil-preparazzjoni tal-għalf tal-annimali.
L-intestatura tinkludi wkoll xaħmijiet u żjut idroġenati, interesterifikati, riesterifikati jew elajdinizzati jew il-frazzjonijiet tagħhom, meta l-modifika tkun tinvolvi aktar minn xaħam jew żejt wieħed.”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
1501 |
Xaħam tal-ħanżir (inkluż il-lardu) u xaħam tal-pollam, għajr dak tal-intestatura 0209 jew 1503 |
Kollox. |
|
1502 |
Xaħmijiet tal-annimali bovini, tan-nagħaġ u tal-mogħoż, għajr dawk tal-intestatura 1503 |
Kollox. |
|
1503 00 |
Stearina tal-lardu, żejt tal-lardu, oleostearina, oleomarġerina u żejt tax-xaħam ta’ dam, mhux emulsifikati jew imħalltin jew preparati b’xi mod ieħor |
Kollox. |
|
1504 |
Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, tal-ħut jew tal-mammiferi tal-baħar, kemm jekk raffinati u kemm jekk le, iżda mhux modifikati kimikament |
Kollox. Tkopri ż-żjut tal-ħut u ż-żjut minn prodotti tas-sajd u minn mammiferi tal-baħar. Preparati diversi kommestibbli huma koperti taħt l-intestatura 1517 jew il-Kapitolu 21. |
|
1505 00 |
Grass tas-suf u s-sustanzi xaħmin derivati minnu (inkluż lanolina) |
Kollox. Tkopri xaħam tas-suf importat bħala xaħam imdewweb kif stipulat fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jew il-lanolina importata bħala prodott intermedju. |
|
1506 00 00 |
Xaħmijiet u żjut tal-annimali oħrajn u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk raffinati u kemm jekk le, iżda mhux modifikati kimikament |
Kollox. Tkopri xaħmijiet jew żjut mhux maqsumin, u wkoll il-frazzjonijiet inizjali tagħhom prodotti b’metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
1516 10 |
Xaħmijiet u żjut ta’ annimali u l-frazzjonijiet tagħhom |
Xaħmijiet u żjut kollha mill-annimali. Għall-kontrolli uffiċjali d-derivattivi tax-xaħam jinkludu l-prodotti fl-ewwel stadju dderivati minn xaħmijiet u żjut tal-annimali meta fl-istat pur tagħhom prodotti b’metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 1517 |
Marġerina; it-taħlitiet jew il-preparati tajbin għall-ikel tax-xaħmijiet jew taż-żjut tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi jew tal-frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut differenti ta’ dan il-kapitolu, għajr xaħmijiet jew żjut kommestibbli jew il-frazzjonijiet tagħhom tal-intestatura 1516 |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1518 00 91 |
Xaħmijiet u żjut tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi u l-frazzjonijiet tagħhom, mgħollijin, ossidizzati, deidrati, sulfurizzati, minfuħin, polimerizzati bis-sħana ġewwa vakwu jew ġewwa gass inerti jew modifikati kimikament mod ieħor, eskluż dawk tal-intestatura 1516 |
Biss jekk ikun fihom xaħam u żjut mill-annimali. Id-derivattivi tax-xaħam prodotti b’metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 17 (xaħmijiet imdewba) u r-Ringiela 18 (derivattivi tax-xaħam) tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 1518 00 95 |
Taħlitiet jew preparati tax-xaħmijiet u taż-żjut tal-annimali jew ta’ xaħmijiet tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi inkommestibbli u l-frazzjonijiet tagħhom |
Xaħmijiet u preparati ta’ żjut, xaħam imdewweb u derivattivi mill-annimali biss. Tkopri ż-żejt tat-tisjir użat, maħsub biex jintuża skont il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Tkopri d-derivattivi tax-xaħam prodotti b’metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 1518 00 99 |
Xaħmijiet u żjut veġetali jew mikrobiċi oħrajn u l-frazzjonijiet tagħhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra, minbarra xaħmijiet u żjut tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi u l-frazzjonijiet tagħhom, mgħollijin, ossidizzati, deidrati, sulfurizzati, minfuħin, polimerizzati bis-sħana ġewwa vakwu jew f’gass inerti jew modifikati kimikament mod ieħor, ħlief dawk tal-intestatura 1516 u għajr taħlitiet jew preparati inkommestibbli ta’ xaħmijiet tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi u l-frazzjonijiet tagħhom. |
Jekk ikun fihom xaħam li ġej mill-annimali biss. |
|
ex 1520 00 00 |
Gliċerol, mhux raffinat; ilmijiet u soluzzjonijiet tal-gliċerol |
Biss jekk ikun fihom prodotti tal-annimali. |
|
1521 90 91 |
Xama’ tan-naħal u xemgħat oħra tal-insetti grezzi, kemm jekk irfinuti jew ikkuluriti u kemm jekk le |
Kollox. Tkopri xemgħat naturali f’xehdiet naturali, u xama’ tan-naħal mhux proċessat għall-apikultura jew għal finijiet tekniċi. L-Artikolu 25(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprojbixxi l-importazzjoni u t-tranżitu mill-Unjoni ta’ xama’ tan-naħal fil-forma ta’ xehda. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti sekondarji tal-apikultura huma stabbiliti fir-Ringiela 10 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 1521 90 99 |
Xama’ tan-naħal u xemgħat ta’ insetti oħra, għajr grezzi, kemm jekk irfinuti jew ikkuluriti u kemm jekk le |
Kollox. Tkopri xama’, proċessata jew irfinuta, kemm jekk ibbliċjata jew ikkulurita u kemm jekk le, għall-apikultura jew għal finijiet tekniċi. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti sekondarji tal-apikultura huma stabbiliti fir-Ringiela 10 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Prodotti sekondarji tal-apikultura ħlief xama’ tan-naħal għandhom jiġu sottomessi għall-kontrolli uffiċjali taħt il-kodiċi NM 0511 99 85 ‘Oħrajn’. |
|
ex 1522 00 |
Tneħħija ta’ grass; residwi mit-trattament tas-sustanzi xaħmin jew tax-xemgħat tal-annimali jew veġetali |
Biss jekk ikun fihom prodotti tal-annimali. Ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 18 (derivattivi tax-xaħam) tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 16
PREPARATI TA’ LAĦAM, TA’ ĦUT JEW TA’ KRUSTAĊEJ, MOLLUSKI JEW INVERTEBRATI AKKWATIĊI OĦRAJN, JEW TA’ INSETTI
Noti relatati mal-Kapitolu 16 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix il-laħam, il-ġewwieni tal-laħam, il-ħut, il-krustaċji, il-molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, kif ukoll l-insetti, preparati jew preservati bil-proċessi speċifikati fil-Kapitolu 2 jew 3, fin-Nota 6 tal-Kapitolu 4 jew fl-intestatura 0504. |
|
2. |
Il-preparati tal-ikel jaqgħu f’dan il-kapitolu sakemm ikollhom aktar minn 20 % skont il-piż ta’ zalzett, laħam, ġewwieni tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, jew kwalunkwe kombinament tagħhom. Meta l-preparat ikun fih tnejn jew aktar mill-prodotti msemmijin hawn fuq, ikun klassifikat fl-intestatura tal-Kapitolu 16 li jikkorrispondi għall-komponent jew għall-komponenti li jippredominaw skont il-piż. Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għall-prodotti mimlijin tal-intestatura 1902 jew għall-preparati tal-intestatura 2103 jew 2104.
Għall-preparati li fihom il-fwied, id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza ma għandhomx japplikaw biex ikunu determinati s-subintestaturi fl-intestatura 1601 jew 1602.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
1601 00 |
Iz-zalzett u prodotti simili, tal-laħam, tal-ġewwieni tal-laħam, tad-demm jew tal-insetti; preparati tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti |
Kollox. Tkopri laħam preservat f’forom differenti. |
|
1602 |
Laħam, ġewwieni tal-laħam, demm jew insetti preparati jew preservati oħrajn |
Kollox. Tkopri laħam preservat f’forom differenti. |
|
1603 00 |
Estratti u sugu tal-laħam, tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħrajn |
Kollox. Kollha, tkopri l-estratti tal-laħam u konċentrati tal-laħam, il-proteini tal-ħut f’forma ta’ ġel sew jekk imkessħin sew jekk friżati, kif ukoll il-qarquċa tal-klieb il-baħar. |
|
1604 |
Ħut preparat jew preservat; kavjar u sostituti tal-kavjar imħejjija minn bajd tal-ħut |
Kollox. Tkopri preparati kulinari msajra jew imsajra minn qabel li fihom il-ħut jew il-prodotti tas-sajd jew imħallta magħhom. Tkopri preparati tas-surimi taħt il-kodiċi NM 1604 20 05 . Tkopri ħut fil-laned u kavjar fil-laned f’kontenituri ermetiċi, kif ukoll sushi (sakemm dawn ma jridux jiġu klassifikati taħt kodiċi NM imsemmi fil-Kapitolu 19). Prodotti magħrufa bħala skewers tal-ħut (jiġifieri laħam tal-ħut/gambli mhux proċessat bil-ħaxix ippreżentati fuq stikka tal-injam) huma klassifikati bil-kodiċi NM 1604 19 97 . |
|
1605 |
Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, preparati jew preservati |
Kollox, tkopri bebbux preparat b’mod sħiħ jew preparat minn qabel, krustaċji fil-laned, jew invertebrati akkwatiċi oħrajn kif ukoll trab tal-maskli. |
KAPITOLU 17
ZOKKRIJIET U ĦLEWWIET TAZ-ZOKKOR
Noti relatati mal-Kapitolu 17 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 1702 |
Zokkrijiet oħrajn, inkluż laktożju kimikament pur, maltożju, glukożju u fruktożju, f’forma solida; ġuleppi taz-zokkor mhux raffinat li ma fihx miżjudin ħwawar jew sustanza koloranti; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma’ għasel naturali kif ukoll jekk le; karamella |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. Tkopri zokkor u għasel artifiċjali, jekk imħallat ma’ għasel naturali. |
|
ex 1704 |
Ħlewwiet taz-zokkor (inkluż iċ-ċikkulata bajda), li ma fihomx kawkaw |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
KAPITOLU 18
KAWKAW U PREPARATI TAL-KAWKAW
Noti relatati mal-Kapitolu 18 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix
|
|
2. |
L-intestatura 1806 tinkludi ħlewwiet taz-zokkor li fihom il-kawkaw u, soġġetti għan-Nota 1 ta’ dan il-Kapitolu, preparati oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 1806 |
Ċikkulata u preparati oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
KAPITOLU 19
PREPARATI TA’ ĊEREALI, DQIQ, LAMTU JEW ĦALIB; PRODOTTI TA’ KOKI TAL-PASTIĊĊIERA
Noti relatati mal-Kapitolu 19 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 1901 |
Estratt tal-malt; preparati tal-ikel tad-dqiq, ħabb imfesdaq misħuq, grixa, lamtu jew estratt tax-xgħir, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 40 % skont il-piż kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra; preparati tal-ikel ta’ oġġetti tal-intestaturi 0401 sa 0404 , ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 5 % kawkaw skont il-piż ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. Tkopri oġġetti tal-ikel mhux imsajrin (eż. pizez) li jkun fihom prodotti li joriġinaw mill-annimali. Il-preparati kulinari huma koperti mill-Kapitoli 16 u 21. |
|
ex 1902 11 00 |
Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew preparat mod ieħor, li jkun fihom il-bajd |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1902 19 |
Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew preparat mod ieħor, li ma fihx bajd |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1902 20 10 |
Għaġin mimli, imsajjar jew preparat mod ieħor jew le li fih iktar minn 20 % skont il-piż ħut, krustaċej, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1902 20 30 |
Għaġin mimli, kemm imsajjar kif ukoll mhux, jew preparat b’mod ieħor, li fih aktar minn 20 % skont il-piż zalzett u bħalu, laħam u ġewwieni tal-laħam ta’ kwalunkwe tip, inkluż xaħmijiet ta’ kull tip u oriġini |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1902 20 91 |
Għaġin mimli msajjar |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1902 20 99 |
Għaġin mimli, għajr dak imsajjar |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1902 30 |
Għaġin ieħor ħlief l-għaġin tas-subintestaturi 1902 11 , 1902 19 u 1902 20 |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1902 40 |
Kuskus |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1904 10 10 |
Ikel preparat permezz tan-nefħa jew l-inkaljar ta’ qamħirrun |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1904 10 30 |
Ikel preparat permezz tan-nefħa jew l-inkaljar tar-ross |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1904 10 90 |
Ikel preparat miksub min-nefħa jew mill-inkaljar taċ-ċereali jew tal-prodotti taċ-ċereali għajr il-qamħirrum jew ir-ross |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1904 20 |
Ikel preparat miksub minn fjokki taċ-ċereali mhux inkaljati jew minn taħlitiet ta' qxur ta' ċereali mhux inkaljati u qxur taċ-ċereali inklajati jew ċereali minfuħin |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1904 90 10 |
Ross f’forma ta’ ħbub jew f’forma ta’ fjokki jew ħbub oħrajn maħdumin (ħlief dqiq, ħabb imfesdaq misħuq u grixa), imsajrin minn qabel jew preparati mod ieħor, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. Tkopri, pereżempju, sushi (sakemm dawn ma jridux jiġu klassifikati fil-Kapitolu 16). |
|
ex 1904 90 80 |
Ċereali (għajr qamħirrum) f’forma ta’ ħbub jew f’forma ta’ fjokki jew ħbub oħrajn maħdumin (ħlief dqiq, ħabb imfesdaq misħuq u grixa), imsajrin minn qabel jew preparati mod ieħor, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra, ħlief qamħ bulgur u għajr dawk miksuba mir-ross |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 1905 |
Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u prodotti oħrajn tal-furnara, kemm jekk fihom il-kawkaw u kemm jekk le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta li huma adatti għall-użu farmaċewtiku, wafers tas-siġill, karta tar-ross u prodotti simili |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
KAPITOLU 20
PREPARATI TA’ ĦAXIX, FROTT, ĠEWŻ JEW PARTIJIET OĦRAJN TAL-PJANTI
Noti relatati mal-Kapitolu 20 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
(…)
|
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 2001 |
Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta' pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati bil-ħall jew b'aċidu aċetiku |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2004 |
Ħaxix ieħor, preparat jew preservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, friżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006 |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2005 |
Ħaxix ieħor, preparat jew preservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux friżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006 |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2008 99 |
Preparati oħra ta’ frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti kommestibbli, preparati jew preservati mod ieħor, kemm jekk fihom iz-zokkor jew dolċifikant ieħor jew spirtu miżjud u kemm jekk le, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
KAPITOLU 21
PREPARATI KOMMESTIBBLI DIVERSI
Noti relatati mal-Kapitolu 21 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
(…)
(…) |
|
3. |
Għall-finijiet tal-intestatura 2104, l-espressjoni “preparati tal-ikel komposti omoġenizzati” tfisser il-preparati magħmulin minn taħlita omoġenizzata fina ta’ żewġ ingredjenti bażiċi jew aktar bħal-laħam, il-ħut, il-ħaxix, il-frott jew il-ġewż, ippreżentati għall-bejgħ bl-imnut bħala ikel adatt għat-trabi jew għat-tfal żgħar jew għall-finijiet djetetiċi, f’kontenituri b’kontenut ta’ piż nett li ma jaqbiżx il-250 g. Biex tiġi applikata din id-definizzjoni, ma għandhomx jitqiesu l-kwantitajiet żgħar ta’ kwalunkwe ingredjent li setgħu kienu miżjudin mal-preparat għat-taħwir, għall-preservazzjoni jew għal finijiet oħrajn. Dawn il-preparati jista’ jkun fihom kwantità żgħira ta’ partijiet viżibbli ta’ ingredjenti.
Noti addizzjonali (…) |
|
5. |
Preparati oħra tal-ikel ippreżentati f’dożi mkejla, bħal pereżempju kapsuli, tablets, pastilji u pilloli, u li huma intiżi biex jintużaw bħala supplimenti tal-ikel għandhom ikunu klassifikati fl-intestatura 2106, sakemm mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 2101 |
Estratti, essenzi u konċentrati, tal-kafè, tè jew maté, u preparati abbażi ta’ dawn il-prodotti jew abbażi tal-kafè, tè jew maté; ċikwejra inkaljata u sostituti oħrajn tal-kafè inkaljati, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2103 |
Zlazi u preparati għalihom; kondimenti mħalltin u taħwir imħallat; dqiq u grixa tal-mustarda u mustarda preparata |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2104 |
Sopop u brodi u preparati tagħhom; preparati tal-ikel komposti omoġenizzati |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2105 00 |
Ġelati u silġ ieħor kommestibbli, kemm jekk ikunx fihom il-kawkaw u kemm jekk le |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2106 10 |
Konċentrati tal-proteini u s-sustanzi tal-proteini tessurizzati |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2106 90 51 |
Ġulepp tal-lattożju |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2106 90 92 |
Preparati tal-ikel oħrajn mhux speċifikati jew inklużi banda oħra, li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib, sukrożju, isoglukożju, glukożju jew lamtu jew fihom, bil-piż, inqas minn 1,5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrożju jew isoglukożju, 5 % glukożju jew lamtu |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2106 90 98 |
Preparati tal-ikel oħra li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
KAPITOLU 22
XARBIET, SPIRTI U ĦALL
Noti relatati mal-Kapitolu 22 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“3. |
Għall-finijiet tal-intestatura 2202, it-terminu “xarbiet mhux alkoħoliċi” ifisser xarbiet ta’ qawwa alkoħolika skont il-volum li ma taqbiżx 0,5 % vol. Ix-xarbiet alkoħoliċi huma klassifikati fl-intestaturi 2203 sa 2206 jew fl-intestatura 2208 kif xieraq.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 2202 99 91 |
Xarbiet mhux alkoħoliċi, għajr ilmijiet li jkun fihom materjali dolċifikanti jew aromatizzati, li ma jinkludux meraq tal-frott, ġewż jew ħxejjex tat-titolu 2009, u li jkun fihom anqas minn 0,2 % bil-piż ta’ xaħam miksub mill-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404 |
Kollox. |
|
ex 2202 99 95 |
Xarbiet mhux alkoħoliċi, għajr ilmijiet li jkun fihom materjali dolċifikanti jew aromatizzati, li ma jinkludux meraq tal-frott, ġewż jew ħxejjex tat-titolu 2009, u li jkun fihom 0,2 % jew aktar imma anqas minn 2 % bil-piż ta’ xaħam miksub mill-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404 |
Kollox. |
|
ex 2202 99 99 |
Xarbiet mhux alkoħoliċi, għajr ilmijiet li jkun fihom materjali dolċifikanti jew aromatizzati, li ma jinkludux meraq tal-frott, ġewż jew ħxejjex tat-titolu 2009, u li jkun fihom 2 % jew aktar bil-piż ta’ xaħam miksub mill-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404 |
Kollox. |
|
ex 2208 70 |
Likuri u kordjali |
Biss jekk ikun fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali. |
KAPITOLU 23
RESIDWI U SKART MILL-INDUSTRIJI TAL-IKEL; GĦALF TAL-ANNIMALI PREPARAT
Nota relatata mal-Kapitolu 23 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
L-intestatura 2309 tinkludi l-prodotti li jintużaw fl-għalf tal-annimali, mhux speċifikati jew imsemmijin banda oħra, miksubin bil-proċessar ta’ materjali veġetali jew annimali sa tali punt li jkunu tilfu l-karatteristiċi essenzjali tal-materjal oriġinali, għajr l-iskart veġetali, ir-residwi veġetali u l-prodotti sekondarji ta’ dan il-proċessar.” |
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“Qrieqeċ, it-tessuti tal-membrana li jifdal wara li jkunu ddewbu ix-xaħmijiet tal-ħnieżer jew ta’ annimali oħra. Dawn jintużaw prinċipalment fil-preparazzjoni tal-ikel tal-annimali (eż., gallettini tal-klieb), iżda dawn jibqgħu taħt l-intestatura 2301, anki jekk ikunu adatti għall-konsum uman.”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
2301 |
Dqiq, frakass u pellets, tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-laħam, tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħrajn, mhux idonei għall-konsum uman; qrieqeċ |
Kollox. Tkopri l-proteini proċessati mill-annimali mhux għall-konsum uman, frakass tal-laħam mhux għall-konsum uman, u qrieqeċ, għall-konsum uman jew le. Dqiq, frakass u pellets tal-insetti, mhux idonei għall-konsum uman huma esklużi minn din l-intestatura. Dawn huma koperti taħt l-intestatura 0511 . Frakass tar-rix kopert fl-intestatura 0505 . Ir-rekwiżiti speċifiċi għal proteina proċessata mill-annimali huma mniżżla fir-Ringiela 1 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 2309 |
Preparati li jintużaw fl-għalf tal-annimali |
Kollox, jekk ikun fihom prodotti tal-annimali, ħlief il-kodiċijiet NM 2309 90 20 u 2309 90 91 . Tkopri, fost affarijiet oħra, ikel tal-klieb jew tal-qtates, ippreżentat għal bejgħ bl-imnut (subintestatura 2309 10 ), li jkun fih prodotti ġejjin mill-annimali u sustanzi li jinħallu tal-ħut jew tal-mammiferi tal-baħar (kodiċi NM 2309 90 10 ). Tkopri wkoll prodotti tal-annimali għal finijiet ta’ għalf tal-annimali, inkluż taħlitiet ta’ frakass (bħal qawqab u qrun). Din l-intestatura tkopri ħalib likwidu, kolostru u prodotti li fihom prodotti tal-ħalib, kolostru mhux dekaseinat, jew karboidrati, kollha adatti għall-għalf tal-annimali iżda mhux idonei għall-konsum uman (kolostru dekaseinat idoneu għall-għalf tal-annimali huwa kopert fl-intestatura 3001 ). Din l-intestatura tkopri wkoll l-ikel tal-annimali domestiċi, il-magħda tal-klieb u t-taħlitiet ta’ frakassi (taħlitiet jistgħu jinkludu insetti mejta). Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ikel tal-annimali domestiċi inkluż il-magħda tal-klieb huma stabbiliti fir-Ringiela 12 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Din l-intestatura tkopri l-prodotti proċessati tal-bajd mhux għall-konsum uman u prodotti proċessati oħra tal-annimali mhux għall-konsum uman. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti tal-bajd huma stabbiliti fir-Ringiela 9 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 28
SUSTANZI KIMIĊI INORGANIĊI; KOMPOSTI ORGANIĊI JEW INORGANIĊI TA’ METALLI PREZZJUŻI, TA’ METALLI TAL-MATERJALI TAL-ART RARI, TA’ ELEMENTI RADJUATTIVI JEW TA’ ISOTOPI
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 2835 25 00 |
Idroġenortofosfat kalċiku (“fosfat dikalċiku”) |
Biss ta’ oriġini mill-annimali. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-fosfat dikalċiku huma stabbiliti fir-Ringiela 6 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 2835 26 00 |
Fosfati tal-kalċju, għajr l-idroġenortofosfat kalċiku (“fosfat dikalċiku”) |
Biss fosfat trikalċiku ta’ oriġini mill-annimali. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-fosfat tat-trikalċju huma stabbiliti fir-Ringiela 7 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 29
SUSTANZI KIMIĊI ORGANIĊI
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 2906 |
Alkoħoli ċikliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom |
Biss kolesterol ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2922 41 |
Lisina u l-esteri tagħha; melħ tagħhom |
Biss ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2922 42 |
Aċidu glutamiku u mlieħ tiegħu |
Biss ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2922 43 |
Aċidu antraniliku u mlieħ tiegħu |
Biss ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2922 49 |
Amminoaċidi oħra, għajr dawk li fihom aktar minn tip wieħed ta’ funzjoni ta’ ossiġenu, u esteri tagħhom; imluħ tagħhom; imluħ tagħhom (għajr il-liżina u l-esteri tagħha; imluħ tagħhom, aċidu glutamiku u l-imluħ tiegħu, aċidu antraniliku u l-imluħ tiegħu, tilidine (INN) u l-imluħ tiegħu) |
Biss ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2925 29 00 |
Imini oħra u d-derivattivi tagħhom ħlief il-klordimeformi (ISO); imluħ tagħhom (għajr il-klordimeform (ISO)) |
Tkopri kreatina ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2930 |
Komposti organiċi tal-kubrit |
Tkopri amminoaċidi ta’ oriġini mill-annimali bħal: ex 2930 90 13 ċistejn u ċistin; ex 2930 90 16 derivattivi ta’ ċistejn jew ċistin. |
|
ex 2932 99 00 |
Komposti eteroċikliċi b'etero-atom(i) tal-ossiġenu biss, għajr komposti li fihom furan b'ċirku mhux fuż (idroġenat jew le) fl-istruttura, u għajr lattoni jew Isosafrole, 1-(1,3-Benżodijossol-5-il)propan-2-on, Piperonal, Safrol, Tetraidrokannabinoli (isomeri kollha) u Karbofuran (ISO)) |
Biss ta’ oriġini mill-annimali, pereżempju, glukożammina, glukożammina-6-fosfat u s-sulfati tagħhom. |
|
ex 2936 |
Provitamini u vitamini, naturali jew riprodotti b’sintesi (inkluż konċentrati naturali), derivattivi tagħhom użati primarjament bħala vitamini, u intertaħlitiet ta’ dawn li ssemmew fuq, f’xi solvent jew le |
Vitamina D3 biss u l-prekursuri tagħha ta’ oriġini mill-annimali. |
|
ex 2942 00 00 |
Komposti organiċi oħrajn |
Biss ta’ oriġini mill-annimali. |
KAPITOLU 30
PRODOTTI FARMAĊEWTIĊI
Kummenti ġenerali
Il-prodotti lesti (prodotti kożmetiċi, apparati mediċi attivi impjantabbli, apparati mediċi, apparati mediċi dijanjostiċi in vitro, prodotti mediċinali veterinarji, prodotti mediċinali) kif definiti fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 huma esklużi mil-lista.
Il-prodotti intermedji huma inklużi.
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3001 20 90 |
Estratti ta’ glandoli jew ta’ organi oħrajn jew tat-tnixxijiet tagħhom, ta’ oriġini mhux mill-bniedem |
Biss prodotti derivati mill-annimali. Tkopri prodott li jaġixxi bħala sostitut għall-kolostru matern u użat fl-għalf ta’ għoġġiela. |
|
ex 3001 90 91 |
Sustanzi tal-annimali preparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi: eparina u mlieħ tagħha |
Biss il-prodotti devrivati mill-annimali ddestinati għal ipproċessar ulterjuri, f’konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, għall-manifattura tal-prodotti derivati msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 33, tal-istess Regolament. |
|
ex 3001 90 98 |
Sustanzi oħrajn mill-annimali ħlief il-ħeparina u l-melħ tagħha preparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra |
Biss prodotti derivati mill-annimali. Bħala żieda għall-glandoli u l-organi l-oħrajn imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 3001 , dan il-kodiċi NM ikopri l-ipofisi, il-kapsuli surrenali u l-glandola tat-tirojde. |
|
ex 3002 12 00 |
Antiseri u frazzjonijiet oħrajn tad-demm |
Biss prodotti derivati mill-annimali. Teskludi l-antikorpi u d-DNA. Taħt l-intestatura 3002 , ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti għall-prodotti sekondarji mill-prodotti koperti bit-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u speċifikati fir-ringieli li ġejjin: Ir-Ringiela 2: prodotti tad-demm ħlief mill-ekwidi; Ir-Ringiela 3: demm u prodotti tad-demm mill-ekwidi. |
|
ex 3002 49 00 |
Tossini, kulturi ta’ mikroorganiżmi (għajr ħmira) u prodotti simili |
Patoġeni u kolturi ta’ patoġeni għall-annimali biss. |
|
ex 3002 51 00 |
Prodotti tat-terapija taċ-ċelloli |
Patoġeni u kolturi ta’ patoġeni għall-annimali biss. |
|
ex 3002 59 00 |
Kulturi taċ-ċelloli, modifikati jew le, għajr prodotti tat-terapija taċ-ċelloli |
Patoġeni u kolturi ta’ patoġeni għall-annimali biss. |
|
3002 90 30 |
Demm tal-annimali preparat għall-użi terapewtiċi, profilattiċi jew dijanjostiċi |
Kollox. |
|
ex 3002 90 90 |
Oħrajn |
Patoġeni u kolturi ta’ patoġeni għall-annimali biss. |
|
ex 3006 92 00 |
Farmaċewtiċi ta’ skart |
Biss prodotti derivati mill-annimali. Tkopri skart farmaċewtiku u prodotti farmaċewtiċi mhux idonei għall-iskop oriġinali tagħhom. |
KAPITOLU 31
FERTILIZZANTI
Noti relatati mal-Kapitolu 31 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3101 00 00 |
Fertilizzanti ta’ annimali jew veġetali, imħalltin flimkien jew trattati kimikament jew le; fertlizzanti magħmulin bit-taħlit jew trattament kimiku ta’ prodotti ta’ annimali jew veġetali |
Prodotti dderivati mill-annimali biss f’forma mhux adulterata. Tkopri l-gwanu, għajr il-gwanu mineralizzat. Tkopri d-demel imħallat bi proteina proċessata mill-annimali, jekk jintuża bħala fertilizzant; iżda t-taħlitiet tad-demel u tas-sustanzi kimiċi użati bħala fertilizzanti huma esklużi (ara l-intestatura 3105 , li tkopri biss il-fertilizzanti minerali jew kimiċi). Ir-rekwiżiti speċifiċi għal demel, demel proċessat jew prodotti tad-demel proċessati huma stabbiliti fir-Ringiela 1 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 3105 10 00 |
Oġġetti ta’ dan il-kapitolu f’forma ta’ pilloli jew forom simili jew f’pakketti ta’ piż gross li ma jaqbiżx l-10 kg |
Biss fertilizzanti li jkun fihom prodotti dderivati mill-annimali. Ir-rekwiżiti speċifiċi għal demel, demel proċessat jew prodotti tad-demel proċessati huma stabbiliti fir-Ringiela 1 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 32
ESTRATTI GĦALL-IKKUNZAR JEW GĦAŻ-ŻBIGĦ; TANNINI U DERIVATTIVI TAGĦHOM; ŻEBGĦA, PIGMENTI U MATERJAL IEĦOR TAŻ-ŻBIGĦ; ŻEBGĦA U VERNIĊI; STOKK U GOMOM OĦRAJN; LINEK
Noti relatati mal-Kapitolu 32 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“3. |
L-intestaturi 3203, 3204, 3205 u 3206 japplikaw ukoll għall-preparati ibbażati fuq il-materja koloranti (inkluż, fil-każ tal-intestatura 3206, il-pigmenti koloranti tal-intestatura 2530 jew tal-Kapitolu 28, fjokki tal-metall u trab tal-metall), li jintużaw għaż-żbigħ ta’ kwalunkwe materjal jew li jintużaw bħala ingredjenti fil-manifattura tal-preparati koloranti. Madankollu l-intestaturi ma japplikawx għall-pigmenti dispersi f’media mhux milwiema, f’forma likwida jew ta’ pejst, li jintużaw fil-manifattura taż-żebgħa, inkluż l-iżmalti (intestatura 3212), jew għal preparati oħrajn tal-intestaturi 3207, 3208, 3209, 3210, 3212, 3213 jew 3215.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3203 00 |
Materjal taż-żbigħ ta’ oriġni mill-annimali (inkluż estratti taż-żbigħ iżda eskluż iswed ta’ annimali), definiti kimikament jew le; preparati kif speċifikat fin-nota 3 ta’ dan il-kapitolu bbażati fuq materjal taż-żbigħ ta’ oriġni mill-annimali |
Id-dispersjonijiet tal-kulur fil-bażi tax-xaħam fil-ħalib biss, użati għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf. |
|
ex 3204 |
Materjal taż-żbigħ organiku sintetiku, definit kimikament jew le; preparati kif speċifikati fin-nota 3 għal dan il-kapitolu bbażati fuq materjal taż-żbigħ organiku sintetiku; prodotti organiċi sintetiċi ta’ tip użati bħala aġenti li jdawlu fluworexxenti jew bħala luminofori, definiti kimikament jew le |
Id-dispersjonijiet tal-kulur fil-bażi tax-xaħam fil-ħalib biss, użati għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf. |
KAPITOLU 33
ŻJUT ESSENZJALI U REŻINOJDI; PREPARATI TA’ FWEJJAĦ, KOSMETIĊI JEW TAT-TWALETTA
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3302 |
Taħlit ta’ sustanzi li jfuħu u taħlit (inkluż soluzzjonijiet alkoħoliċi) b’bażi ta’ waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta’ tip użati bħala materja prima fl-industrija; preparati oħrajn ibbażati fuq sustanzi li jfuħu, ta’ tip użati għall-manifattura tax-xorb |
It-taħwir fil-bażi tax-xaħam fil-ħalib biss, użat għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf. |
KAPITOLU 35
SUSTANZI ALBUMINOJDALI; LAMTI MODIFIKATI; KOLOL; ENZIMI
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3501 |
Kaseina, kaseinati u derivattivi oħrajn tal-kaseina; kolol tal-kaseina |
Tkopri kaseina għall-konsum uman, għall-għalf tal-annimali jew għall-finijiet tekniċi. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ħalib, għall-prodotti bbażati fuq il-ħalib u għall-kolostru li mhumiex tajbin għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 4 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 3502 |
Albumini (inkluż konċentrati ta’ żewġ proteini jew aktar tax-xorrox, li fihom skont il-piż aktar minn 80 % proteini tax-xorrox, ikkalkolat fuq il-materja niexfa), albuminati u derivattivi oħrajn tal-albumina |
Tkopri prodotti derivati mill-bajd u derivati mill-ħalib kemm jekk għall-konsum uman jew mhux għall-konsum uman (inkluż għal finijiet tal-għalf tal-annimali). Albumina għall-produzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi hija koperta mill-intestatura 3002 . Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ħalib, għall-prodotti bbażati fuq il-ħalib, il-kolostru u prodotti tal-kolostru li mhumiex tajbin għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 4 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u dawk għall-prodotti tal-bajd li mhumiex tajbin għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 9 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
3503 00 |
Ġelatina (inkluż ġelatina f’folji rettangolari (inkluż kwadri), kemm jekk bil-wiċċ maħdum jew ikkulurit jew le) u derivattivi tal-ġelatina; isinglass; kolol oħrajn ta’ oriġni ta’ annimali, eskluż kolol tal-kaseina tal-intestatura 3501 |
Tkopri l-ġelatina għall-konsum uman, għall-għalf tal-annimali u għall-użu tekniku. Il-ġelatina klassifikata taħt l-intestatura 3913 (proteini mwebbsin) u ġelatina klassifikata taħt l-intestatura 9602 (ġelatina maħduma, mhux imwebbsa u oġġetti tal-ġelatina mhux imwebbsa) (pereżempju, kapsuli vojta jekk mhux maħsuba għall-konsum uman jew mill-annimali), huma esklużi mill-kontrolli uffiċjali. Huma stabbiliti rekwiżiti speċifiċi fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għall-ġelatina u għall-proteina idrolizzata mhux għall-konsum uman huma stabbiliti fit-Taqsima 11 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għal dak ir-Regolament għall-fotoġelatina. |
|
ex 3504 00 |
Peptoni u derivattivi tagħhom; sustanzi oħrajn ta’ proteini u derivattivi tagħhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra; trab għal ġilda, kromat jew le |
Tkopri l-kollaġen u l-proteini idrolizzati għall-konsum uman, għall-għalf tal-annimali u għall-użu tekniku. Tkopri prodotti ta’ kollaġini b’bażi ta' proteina ġejjin minn ġlud, għadam u għeruq tal-ġisem tal-annimali. Tkopri l-proteini idrolizzati li jikkonsistu minn polipeptidi, peptidi jew amminoaċidi, u taħlitiet tagħhom, miksuba permezz tal-idroliżi tal-prodotti sekondarji tal-annimali. L-oġġetti inklużi f’din l-intestatura huma esklużi minn kontrolli uffiċjali meta jintużaw bħala addittivi alimentari fil-preparati tal-ikel (intestatura 2106 ). Tkopri kwalunkwe prodotti sekondarji tal-ħalib għall-konsum uman fil-każ li ma jkunux koperti fl-intestatura 0404 . Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-kollaġen huma stabbiliti fir-Ringiela 8 u għall-proteina idrolizzata fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 3507 10 00 |
Ilma tat-tames u konċentrati tiegħu |
Tames u konċentrati għall-konsum uman, derivati minn prodotti tal-annimali biss. |
|
ex 3507 90 90 |
Enzimi oħra u enzimi preparati, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra, għajr tames u konċentrati magħmula minnu jew lipażi tal-lipoproteina jew proteażi alkalina tal-aspergillus |
Biss ta’ oriġini mill-annimali. |
KAPITOLU 38
DIVERSI PRODOTTI KIMIĊI
Noti relatati mal-Kapitolu 38 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“4. |
Fin-nomenklatura kollha, “skart muniċipali” tfisser l-iskart li jinġabar mill-unitajiet domestiċi, mil-lukandi, mir-ristoranti, mill-isptarijiet, mill-ħwienet, mill-uffiċċji, eċċ., il-ġbir mill-knis tat-triq u tal-bankina, kif ukoll l-iskart tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni. L-iskart muniċipali ġeneralment ikun fih varjetà kbira ta’ materjali bħal plastik, lastiku, injam, karti, tessuti, ħġieġ, metalli, materjali tal-ikel, għamara miksura u oġġetti oħrajn miksurin jew mormijin.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3822 |
Ir-reaġenti dijanjostiċi jew tal-laboratorju fuq rifda, ir-reaġenti preparati dijanjostiċi jew tal-laboratorju kemm jekk fuq rifda u kemm jekk le, kemm jekk ippreżentati fil-forma ta’ kits u kemm jekk le, għajr dawk tal-intestatura 3006 ; materjali ta’ referenza ċertifikati |
Biss prodotti derivati mill-annimali, għajr apparati mediċi kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro kif definit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3). |
|
ex 3825 10 00 |
Skart muniċipali |
Biss l-iskart tal-catering li fih prodotti tal-annimali, jekk dan ikun fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (g) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, għajr l-iskart tal-catering li joriġina direttament minn mezzi ta’ trasport li joperaw internazzjonalment u li jintrema skont l-Artikolu 12(d) tal-istess Regolament. Iż-żejt tal-ikel użat maħsub biex jintuża fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, (pereżempju, għall-fertilizzanti organiċi, bijogass, bijodiesel jew fjuwil), jista’ jkun kopert minn dan il-kodiċi NM. |
KAPITOLU 39
PLASTIK U OĠĠETTI MAGĦMULA MINNU; GOMMA U OĠĠETTI MAGĦMULA MINNHA
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3913 90 00 |
Polimeri naturali u polimeri naturali modifikati, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra, f’forom primarji, għajr aċidu alġiniku, imluħ u esteri tiegħu |
Biss prodotti dderivati mill-annimali (pereżempju, sulfat tal-kondrojtin, kitosan, ġelatina mwebbsa). |
|
ex 3917 10 |
Imsaren artifiċjali (budellati) tal-proteini mwebbsa jew tal-materjali ċellulożiċi |
Biss prodotti derivati mill-annimali. |
|
ex 3926 90 97 |
Oġġetti oħrajn tal-plastik u oġġetti ta’ materjali oħrajn tal-intestaturi 3901 sa 3914 , għajr dawk tas-subintestaturi/kodiċijiet 3926 10 00 , 3926 20 00 , 3926 30 00 , 3926 40 00 , 3926 90 , 3926 90 50 u 3926 90 60 |
Tkopri kapsuli vojta tal-ġelatina mwebbsa għall-ikel u għall-konsum mill-annimali. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ġelatina huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 41
ĠLUD GREZZI (GĦAJR IL-ĠLUD TAL-PELLIĊĊERIJA) U L-ĠILDA
Kummenti ġenerali
Ġlud tal-ungulati koperti fl-intestaturi 4101, 4102 u 4103 biss għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali.
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ġlud tal-ungulati huma stabbiliti fir-Ringieli 4 u 5 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.
Noti relatati mal-Kapitolu 41 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 4101 |
Ġlud grezzi tal-annimali bovini (inkluż tal-buflu) jew ekwini (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, piklati jew preservati b’mod ieħor, iżda mhux konzati, parċminati jew preparati mod ieħor), kemm jekk imxerrħa jew bix-xagħar imneħħi kemm jekk le |
Ġlud u qxur friski, imkessħin jew trattati biss, inkluż imnixxfin, immellħin fix-xott, jew preservati bi proċess ħlief bi proċess ta’ konzar jew proċess ekwivalenti. Tista’ tkun possibbli l-importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet għall-ġlud trattati kif imsemmi fil-punt C.2 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk ikunu konformi mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, b’mod partikolari għall-ex 4101 20 80 u l-ex 4101 50 90 . |
|
ex 4102 |
Ġlud grezzi tan-nagħaġ jew tal-ħrief (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, piklati jew preservati b’mod ieħor, iżda mhux konzati, parċminati jew preparati mod ieħor), kemm dawk imġiżża, jew imxerrħa, kif ukoll dawk li mhumiex, għajr dawk esklużi bin-nota 1 (c) ta’ dan il-kapitolu |
Ġlud u qxur friski, imkessħin jew trattati biss, inkluż imnixxfin, immellħin fix-xott, jew preservati bi proċess ħlief bi proċess ta’ konzar jew proċess ekwivalenti. Tista’ tkun possibbli l-importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet għall-ġlud trattati kif imsemmi fil-punt C 2 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk ikunu konformi mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, b’mod partikolari għall-ex 4102 21 00 u l-ex 4102 29 00 . |
|
ex 4103 |
Ġlud grezzi oħrajn (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, immarinati jew preservati b’mod ieħor, iżda mhux konzati, parċminati jew preparati mod ieħor), kemm jekk imxerrħa jew bix-xagħar imneħħi kemm jekk le, għajr dawk esklużi bin-nota 1 (b) jew 1 (c) ta’ dan il-kapitolu |
Ġlud u qxur friski, imkessħin jew trattati biss, inkluż imnixxfin, immellħin fix-xott, jew preservati bi proċess ħlief bi proċess ta’ konzar jew proċess ekwivalenti. Tista’ tkun possibbli l-importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet għall-ġlud trattati kif imsemmi fil-punt C.2 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk ikunu konformi mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, b’mod partikolari għall-ex 4103 90 00 . |
KAPITOLU 42
OĠĠETTI TAL-ĠILDA; SILLARIJA U ARNES; OĠĠETTI GĦAS-SAFAR, HANDBAGS U KONTENITURI SIMILI; OĠĠETTI TAL-MUSRANA TA’ ANNIMALI (ĦLIEF MUSRANA TAD-DUDU TAL-ĦARIR)
Noti relatati mal-Kapitolu 42 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“2. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
(…)
|
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 4205 00 90 |
Oġġetti tal-ġilda oħrajn jew ta’ ġilda artifiċjali, ta’ tip użati fil-magni jew f’għodod mekkaniċi jew għal użi tekniċi oħrajn |
Magħda tal-klieb u materjal greżż biss għall-manifattura tal-magħda tal-klieb. |
|
ex 4206 00 00 |
Oġġetti magħmulin mill-imsaren (għajr il-musrana tad-dudu tal-ħarir), ġilda tal-battilor, mill-bżieżaq tal-awrina jew mit-tenduni |
Ikel għall-annimali domestiċi u materjal greżż biss għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi proċessat. |
KAPITOLU 43
FERIJIET U FER ARTIFIĊJALI; MANIFATTURI TAGĦHOM
Noti relatati mal-Kapitolu 43 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Fin-nomenklatura kollha, ir-referenzi għal “ġlud tal-pelliċċerija”, għajr il-ġlud tal-pelliċċerija grezzi tal-intestatura 4301, japplikaw għall-ġlud tal-annimali kollha li jkunu ġew konzati jew preparati bix-xagħar jew bis-suf b’kollox. |
|
2. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“Intestatura 4301: Il-ferijiet jitqiesu bħala mhux maħduma u jaqgħu taħt dan it-titolu mhux biss meta jkunu fl-istat naturali, iżda wkoll jekk ikunu mnaddfin u preservati minn deterjorazzjoni, eż., billi jiġu mnixxfin jew immellħin (fin-niedi jew fin-niexef). Il-fer jista’ wkoll ikun “miġbud” jew “imqaxxar”, jiġifieri, ix-xagħar oħxon estratt jew maqtugħ, jew il-wiċċ tal-ġilda jista’ “jinteħħilu l-laħħam” jew jinbarax.”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 4301 |
Ġlud tal-pelliċċerija grezzi (bl-irjus, bid-dnub, bis-saqajn u partijiet jew qatgħat oħrajn, adatti biex jintużaw mill-pelliċċier), għajr il-ġlud grezzi u l-ġlud tal-intestaturi 4101 , 4102 jew 4103 |
Kollox, esklużi ferijiet trattati skont il-Kapitolu VIII tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk f'konformità mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Tkopri s-subintestaturi li ġejjin: ex 4301 10 00 (tal-mink, sħiħ, bir-ras, bid-denb, bis-saqajn jew mingħajrhom): ir-rekwiżiti speċifiċi għal prodotti derivati għal użi barra mill-katina tal-għalf (fer) huma stabbiliti fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. ex 4301 30 00 (tal-ħaruf, kif ġejjin: Astrakhan, Broadtail, Karakul, Persjan u ħrief simili, il-ħrief Indjani, Ċiniżi, Mongoljani jew Tibetani, sħaħ, bir-ras, bid-denb, bis-saqajn jew mingħajrhom): ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ġlud tal-ungulati huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. ex 4301 60 00 (tal-volpi, sħaħ, bir-ras, bid-denb, bis-saqajn, jew mingħajrhom): ir-rekwiżiti speċifiċi għal prodotti derivati għal użi barra mill-katina tal-għalf (fer) huma stabbiliti fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. ex 4301 80 00 (ġlud tal-pelliċċerija oħrajn, sħaħ, bir-ras, bid-denb jew bis-saqajn jew mingħajrhom): ħlief ungulati, pereżempju firien il-ġebel, felini slavaġ, foki, nutria. Ir-rekwiżiti speċifiċi għal prodotti derivati għal użi barra mill-katina tal-għalf (fer) huma stabbiliti fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. ex 4301 90 00 (irjus, dnub, saqajn l-annimali u partijiet jew qatgħat oħrajn, adatti biex jintużaw mill-pelliċċier): ir-rekwiżiti speċifiċi għal prodotti derivati għal użi barra mill-katina tal-għalf (fer) huma stabbiliti fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 51
SUF, XAGĦAR FIN JEW AĦRAX TA’ ANNIMALI; RADEN U DRAPP MINSUĠIN MINN KRIN
Kummenti ġenerali
Għall-intestaturi minn 5101 sa 5103 huma stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għal suf u xagħar mhux trattat fir-Ringiela 8 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.
Nota relatata mal-Kapitolu 51 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Fin-nomenklatura kollha:
|
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“Matul in-nomenklatura, l-espressjoni “xagħar aħrax tal-annimali” tfisser ix-xagħar kollu tal-annimali li mhux “xagħar fin tal-annimali” ħlief suf (intestatura 5101), xagħar tal-krinieri jew tad-dnub ta’ annimali ekwini jew bovini (ikklassifikati bħala ‘krin“ intestatura 0511), lanżit u xagħar tal-ħnieżer, hogs jew ċingjali; xagħar tal-baġer u xagħar ieħor għall-manifattura tal-ixkupilji (intestatura 0502) (ara n-Nota tal-Kapitolu 1(c)).”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 5101 |
Suf, mhux imqardax jew mimxut |
Tkopri suf mhux trattat. |
|
ex 5102 |
Xagħar fin jew aħrax tal-annimali, mhux imqardax jew mimxut |
Tkopri xagħar fin jew aħrax mhux trattat tal-annimali, inkluż xagħar aħrax mit-taħrika tal-falda tal-annimali bovini jew ekwini. |
|
ex 5103 |
Skart tas-suf jew tax-xagħar fin jew aħrax tal-annimali, inkluż l-iskart tar-raden iżda minbarra l-materjal imrixtel |
Tkopri suf jew xagħar fin jew aħrax mhux trattati tal-annimali. |
KAPITOLU 67
RIX U ŻAJBAR PREPARATI U OĠĠETTI MAGĦMULIN MINN RIX JEW MIŻ-ŻAJBAR; FJURI ARTIFIĊJALI; OĠĠETTI TAX-XAGĦAR UMAN
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“L-intestatura 6701 tkopri:
|
(A) |
Ġlud u partijiet oħrajn minn għasafar bir-rix jew biż-żajbar tagħhom, ir-rix u ż-żajbar, u partijiet mir-rix, li għalkemm għadhom ma jikkostitwixxux oġġetti magħmula, għaddew minn proċess ħlief trattament sempliċi ta’ tindif, diżinfettar jew preservazzjoni (ara n-Nota ta’ Spjega għall-intestatura 0505); l-oġġetti ta’ din is-subintestatura jistgħu, pereżempju, ikunu bbliċjati, miżbugħa, innukklati jew mibruma. |
|
(B) |
Oġġetti magħmula minn ġlud jew partijiet oħra ta’ għasafar bir-rix jew ż-żajbar tagħhom, oġġetti magħmulin mir-rix jew iż-żajbar jew partijiet mir-rix, anke jekk ir-rix jew iż-żajbar, eċċ., mhumiex maħdumin iżda sempliċement imnaddfin, iżda dawn ma jinkludux oġġetti magħmulin minn zkuk jew rix. L-intestatura għalhekk tinkludi:
|
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 6701 00 00 |
Ġlud u partijiet oħrajn tal-għasafar bir-rix jew biż-żajbar, rix, partijiet tar-rix, żajbar u oġġetti magħmulin minnhom (għajr l-oġġetti tal-intestatura 0505 u pinen tal-ġwienaħ u qasab tar-rix maħdumin) |
Ġlud u partijiet oħrajn ta’ għasafar bir-rix jew biż-żajbar tagħhom, bir-rix u biż-żajbar, u partijiet mir-rix. Tkopri oġġetti ta’ ġlud mhux maħdumin jew sempliċiment imnaddfa, rix jew żajbar, u partijiet mir-rix. Eskluż ir-rix dekorattiv trattat, rix trattat li jinġarr minn vjaġġaturi għall-użu privat tagħhom jew kunsinni ta’ rix trattat mibgħuta lil individwi privati għal finijiet mhux industrijali, kif imsemmi fil-Kapitoli II, it-Taqsima 6(a), tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Ir-rekwiżiti speċifiċi għar-rix huma stabbiliti fir-Ringiela 9 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 71
PERLI NATURALI JEW KULTIVATI, ĦAĠAR PREZZJUŻ JEW SEMI-PREZZJUŻ, METALLI PREZZJUŻI, METALLI MIKSIJIN B’METALL PREZZJUŻ, U OĠĠETTI TAGĦHOM; BIĠOTTERIJA; MUNITI
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 7101 21 00 |
Perli kultivati mhux maħdumin |
Jinkludu gajdri mhux idonei għall-konsum uman, li fihom perla kultivata waħda jew aktar, preservati fis-salmura jew b’metodi differenti, ippakkjati f’kontenituri ermetiċi. Tkopri perli kultivati mhux maħduma kif riferut fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 sakemm ma jkunux esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 kif stipulat fil-punt (f) tal-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament. |
KAPITOLU 95
ĠUGARELLI, LOGĦOB U REKWIŻITI TAL-ISPORTS; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“Divertiment tal-fieri, ċirkli ambulanti, wirjiet ambulanti ta’ annimali u teatri ambulanti jaqgħu taħt l-intestatura 9508 sakemm dawn jinkludu l-unitajiet essenzjali kollha meħtieġa għall-operazzjoni normali tagħhom. L-intestatura tinkludi wkoll oġġetti ta’ tagħmir awżiljarju sakemm dawn ikunu preżentati ma’ dawn id-diversi forom ta’ divertiment, u bħala komponenti tagħhom, minkejja li meta jiġu preżentati separatament, dawn l-oġġetti (eż. tined, annimali, strumenti mużikali, impjanti tal-enerġija, muturi, fittings tad-dawl, sits u armi u munizzjon) jaqgħu taħt intestaturi oħra tan-Nomenklatura.”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 9508 10 00 |
Ċirkli u wirjiet ambulanti ta’ annimali |
Annimali ħajjin biss. |
|
ex 9508 30 |
Divertimenti tal-fieri |
Annimali ħajjin biss. |
|
ex 9508 40 |
Teatri ambulanti |
Annimali ħajjin biss. |
KAPITOLU 96
OĠĠETTI MANIFATTURATI VARJI
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“Għall-finijiet tal-intestatura 9601, l-espressjoni “maħdum” tirreferi għall-materjali li jkunu għaddew minn proċessi li jestendu lil hinn mill-preparati sempliċi permessi fl-intestatura għall-materja prima inkwistjoni (ara n-Noti ta’ Spjega tal-intestaturi 0505 sa 0508). L-intestatura 9601 għalhekk tkopri biċċiet ta’ avorju, vireg, eċċ., maqtugħin għall-forma (inkluż kwadru jew rettangolari) jew polixxjati jew maħdumin mod ieħor bi tħin, titqib, tidwir, eċċ. Madankollu, il-biċċiet li huma identifikabbli bħala partijiet ta’ oġġetti huma esklużi mill-intestatura 9601 jekk tali partijiet ikunu koperti minn intestatura oħra tan-Nomenklatura. Għalhekk, il-pjanċi fil-qafas tat-tasti tal-pjanu u l-pjanċi li jiddaħħlu fil-manku tal-armi tan-nar jidħlu taħt l-intestaturi 9209 u 9305 rispettivament. Madankollu, materjali maħduma mhux identifikabbli bħala komponenti minn oġġetti jibqgħu klassifikati fl-intestatura 9601 (eż. diski sempliċi, pjanċi jew strixxi għall-interzjar, eċċ., jew għall-użu sussegwenti fil-manifattura tat-tasti tal-pjanu).
L-intestatura 9602 tinkludi l-folji tal-ġelatina mhux imwebbsa maqtugħin għal forma mhux kwadra jew rettangolari. Folji maqtugħin f’forma rettangolari (inkluż forma kwadra), kemm jekk bil-wiċċ maħdum sew jekk le, jidħlu taħt l-intestatura 3503 jew taħt il-Kapitolu 49 (eż. kartolini) (ara n-Noti ta’ Spjega għall-intestatura 3503). L-oġġetti tal-ġelatina mhux imwebbsa jinkludu, pereżempju:
|
(i) |
Diski żgħar biex jitwaħħlu l-ponot tal-istikek tal-biljard. |
|
(ii) |
Kapsuli għal prodotti farmaċewtiċi u għal fjuwil mekkaniku eħfef.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 9602 00 00 |
Materjal veġetali jew minerali għall-intaljar maħdum u oġġetti ta’ dawn il-materjali; oġġetti ffurmati jew intaljati ta’ xemgħa, ta’ stearina, ta’ gomom naturali jew ta’ reżini naturali jew ta’ pasti tal-immudellar, u oġġetti ffurmati jew intaljati oħrajn, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra; ġelatina maħduma, mhux imwebbsa (għajr ġelatina tal-intestatura 3503 ) u oġġetti tal-ġelatina mhux imwebbsa |
Tkopri kapsuli vojta tal-ġelatina mhux imwebbsa għall-ikel jew għall-konsum mill-annimali; ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għall-konsum mill-annimali. |
KAPITOLU 97
XOGĦLIJIET TAL-ARTI, BĊEJJEĊ TAL-KOLLEZZJONI U ANTIKITAJIET
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“(A) L-intestatura tinkludi l-kollezzjonijiet u l-biċċiet tal-kollezzjoni ta’ interess żooloġiku, botaniku, tal-mineraloġija jew anatomiku, bħal:
|
(1) |
Annimali mejtin ta’ kwalunkwe speċi, preservati fin-niexef jew f’likwidu; annimali bbalzmati għall-kollezzjonijiet. |
|
(2) |
Bajd żvujtat bl-infiħ jew bl-aspirazzjoni; insetti f’kaxxi, frejmijiet, eċċ. (ħlief oġġetti mmuntati li jikkostitwixxu ġojjelli artifiċjali); qxur vojta, ħlief dawk ta’ tip adatt għal użu industrijali. |
|
(3) |
Żrieragħ jew pjanti, imnixxfin jew preservati f’likwidu; erbarji. |
|
(4) |
Kampjuni ta’ minerali (li mhumiex ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż li jaqgħu taħt il-Kapitolu 71); kampjuni ta’ petrifikazzjoni. |
|
(5) |
Kampjuni osteoloġiċi (skanetri, irjus ta’ skanetri, għadam). |
|
(6) |
Kampjuni anatomiċi u patoloġiċi.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 9705 |
Kollezzjonijiet u biċċiet tal-kollezzjoni ta’ interess arkeoloġiku, etnografiku, storiku, żooloġiku, botaniku, mineraloġiku, anatomiku, paleontoloġiku jew numismatiku |
Biss prodotti derivati mill-annimali. Teskludi trofej tal-kaċċa u preparati oħra ta’ kwalunkwe speċi ta’ annimali li jkunu għaddew minn trattament komplut ta’ bbalzmar li jiżgura l-preservazzjoni tagħhom f’temperaturi ambjentali. Teskludi trofej tal-kaċċa u preparati oħra ta’ speċijiet ħlief annimali ungulati u għasafar (kemm jekk trattati kif ukoll jekk le). Ir-rekwiżiti speċifiċi għat-trofej tal-kaċċa huma stabbiliti fir-Ringiela 6 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 99
KODIĊI SPEĊJALI TAN-NOMENKLATURA MAGĦQUDA
SUBKAPITOLU II
Kodiċijiet statistiċi għal ċerti movimenti speċifiċi ta’ oġġetti
Kummenti ġenerali
Dan il-kapitolu jkopri oġġetti li joriġinaw minn pajjiżi terzi u jitwasslu lil bastimenti u inġenji tal-ajru fl-Unjoni Ewropea taħt proċedura ta’ tranżitu doganali (T1).
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjegazzjoni |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 9930 24 00 |
L-oġġetti tal-Kapitoli 1 sa 24 tan-NM li jitwasslu lill-bastimenti u lill-inġenji tal-ajru |
Tkopri prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti destinati għall-provvista ta’ bastimenti kif previst fl-Artikoli 21 u 29 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 (*4). |
|
ex 9930 99 00 |
Oġġetti klassifikati banda oħra li jitwasslu lill-bastimenti u lill-inġenji tal-ajru |
Tkopri prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti destinati għall-provvista ta’ bastimenti kif previst fl-Artikoli 21 u 29 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2124. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum uman u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/630 tas-16 ta’ Frar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 17).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta’ April 1987 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha (ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(6) ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1.
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew idderivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum uman u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1125/2006 tal-21 ta’ Lulju 2006 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 3).
(*2) Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
(*3) Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).
(*4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 73).