Official Journal L 031 , 05/02/1976 P. 0008 - 0028
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0010
Greek special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0115
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0010
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0140
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 1 P. 0140
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 1975 li tistabbilixxi proċedura komuni għat-twaqqif u aġġornar kontinwu ta' inventarju ta' sorsi ta' informazzjoni dwar l-ambjent fil-Komunità (76/161/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi l-programm ta' azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-ambjent [3] jipprovdi għall-preparazzjoni ta' inventarju permanenti ta' sorsi ta' informazzjoni dwar l-ambjent u l-integrazzjoni tiegħu, bħala kontribuzzjoni tal-Komunità, fis-Sistema Internazzjonali ta' Referenza (IRS) tal-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti, f'sistemi internazzjonali aktar xierqa u fin-Network ta' Dokumentazzjoni Ewropea li hemm referenza għaliha fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 75/200/KEE tat-18 ta' Marzu 1975 li tadotta pjan ta' azzjoni inizzjali tal-Komunità ta' tliet snin fil-qasam ta' l-informazzjoni xjentifika u teknika u tad-dokumentazzjoni [4]; Billi dan l-inventarju jista’ jiffaċilita l-aċċess għal sorsi eżistenti ta' informazzjoni għall-utenti kollha fil-Komunità, b'mod partikolari għal dawk responsabbli għas-sorveljanza, protezzjoni u ġestjoni ta' l-ambjent; billi dan l-inventarju jagħmilha possibbli wkoll li jiġi stabbilit liema koordinament jew armoniżżazzjoni ta' sorsi ta' informazzjoni jkunu mixtieqa, li jiġu proposti l-ħolqien ta' sistemi ġodda ta' informazzjoni fuq il-bażi ta' ħtiġiet li għadhom mhux koperti u sabiex sorsi bħal dawn jiġu integrati f network Ewropew armoniżżat; Billi jidher li huwa meħtieġ inventarju bħal dan sabiex jintlaħaq, fil-kuntest tat-tħaddim tas-suq komuni, wieħed mill-għanijiet tal-Komunità fil-qasam tal-protezzoni ta' l-ambjent u tal-kwalità tal-ħajja; billi ma kienx hemm ipprovdut għas-saħħa ta' l-azzjoni meħtieġa f'din il-materja fit-Trattat; Billi dan l-inventarju, li sejjer jiġi ppubblikat mill-Kummissjoni fil-għamla ta' inventarju ta' sorsi ta' informazzjoni dwar l-ambjent fil-Komunità, għandu jagħmel magħruf għal kull Stat Membru, l-informazzjoni xjentifika u teknika u ċ-ċentri ta' dokumentazzjoni, iċ-ċentri speċjaliżżati u esperti indipendenti u l-proġetti ta' riċerka preżenti jew li huma maħsubin li jsiru; Billi, sabiex ikun jista’ jitfassal inventarju, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni li għandha x'taqsam mas-sorsi ta' informazzjoni nazzjonali differenti lill-Kummissjoni, billi għandha tiġi stabbilita wkoll proċedura ta' aġġornament għall-inventarju, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 B'dan il-mezz ġiet stabbilita proċedura komuni għat-twaqqif u aġġornament ta' inventarju permanenti ta' sorsi ta' informazzjoni dwar l-ambjent fil-Komunità. Għal kull Stat Membru, dan l-inventarju għandu jinkludi lista: - ta' informazzjoni xjentifika u teknika u ċentri ta' dokumentazzjoni u servizzi; - ta' ċentri speċjaliżżati u esperti indipendenti; - ta' proġetti ta' riċerka preżenti jew skedati. L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni mitluba fil-kwestjonarju stabbilit fl-Anness u għandhom jgħaddu l-informazzjoni lill-Kummissjoni b'mod u f'forma kompatibbli mal-ħtiġiet tal-Kummissjoni. L-informazzjoni għandha tiġi miġbura kull sena sabiex l-inventarju jkun jista’ jiġi aġġornat. Din l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba xhur wara l-aħħar tas-sena ta' referenza. L-Artikolu 3 Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità nazzjonali li tkun responsabbli għall-ġbir u l-ippreżentar lill-Kummissjoni ta' l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikoli 1 u 2, u għandu jinforma lill-Kummissjoni biha. L-Artikolu 4 Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa s-software u l-metodi ta' indiċi u ta' kodifikazzjoni ta' l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikoli 1 u 2. Għandha tagħti bidu għall-ipproċessar awtomatiku ta' din l-informazzjoni u għandha tipprovdi lill-Istati Membri b'kopja ta' l-inventarju fuq tape manjetiku jew fuq kwalunkwe mezz ieħor u bis-software meħtieġ sabiex jintuża. L-Artikolu 5 Il-Kummissjoni għandha tippreżenta tape manjetiku lis-Sistema Internazzjonali ta' Referenza (IRS) tal-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti li jkun fih l-informazzjoni xierqa li l-Istati Membri jixtiequha tipprovdi għas-sistema. L-Artikolu 6 Fid-dawl ta' kwalunkwe esperjenza miksuba, il-lista ta' informazzjoni li tifforma parti mill-inventarju u l-metodi ta' preparazzjoni ta' l-inventarju jistgħu jiġi riveduti mill-Kummissjoni f'kollaborazzjoni ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3, kont meħud tal-miżuri meħudin mill-Komunità għall-armoniżżazzjoni ta' l-inventarji ta' proġetti ta' riċerka. L-Artikolu 7 L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni mitluba fil-kwestjonarju stabbilit fl-Anness għall-ewwel darba fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 8 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Diċembru 1975. Għall-Kunsill Il-President M. Pedini [1] ĠU C 157, ta' l-14.7.1975, p. 93. [2] ĠU C 263, tas-17.11.1975, p. 36. [3] ĠU C 112, ta' l-20.12.1973, p. 3. [4] ĠU L 100, tal-21.4.1975, p. 26. -------------------------------------------------- L-ANNESS INVENTARJU TA' SORSI TA' INFORMAZZJONI FI PROTEZZJONI AMBJENTALI KWESTJONARJU +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------