16.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/454

tal-15 ta' Marzu 2017

li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal erba' produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

A.   IMPENN U MIŻURI EŻISTENTI OĦRAJN

(1)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin (“moduli”) u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”).

(2)

Grupp ta' produtturi esportaturi ta mandat lill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta' Makkinarju u ta' Prodotti Elettroniċi (“CCCME” — China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products) sabiex tippreżenta impenn fuq il-prezz f'isimhom lill-Kummissjoni, kif fil-fatt għamlu. Huwa ċar mit-termini ta' dan l-impenn fuq il-prezz li huwa jikkostitwixxi ġabra ta' impenji individwali fuq il-prezz għal kull produttur esportatur, li hija, għal raġunijiet ta' prattiċità tal-amministrazzjoni, ikkoordinata mis-CCCME.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (4), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013 (5), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 sabiex tintroduċi l-bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju.

(4)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 (6), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli u ta' ċelloli fl-Unjoni li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ (“il-prodotti kkonċernati”). Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 (7), il-Kunsill impona wkoll dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti kkonċernati.

(5)

Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi (“il-produtturi esportaturi”) flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (8), li aċċettat l-impenn fuq il-prezz kif emendat (“l-impenn”) għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE jelenka b'mod partikolari l-produtturi esportaturi li għalihom ġie aċċettat l-impenn, fost l-oħrajn il-kumpaniji li ġejjin:

(a)

GCL System Integration Technology Co. Ltd, flimkien mal-kumpaniji relatati tagħha fir-RPĊ, koperti b'mod konġunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B850 (“GCL Technology”)

(b)

Hareon Solar Technology Co. Ltd, flimkien mal-kumpaniji relatati tagħha fir-RPĊ u fl-Unjoni, koperti b'mod konġunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B842 (“Hareon Solar”)

(c)

Jetion Solar (China) Co. Ltd, flimkien mal-kumpaniji relatati tagħha fir-RPĊ u fl-Unjoni, koperti b'mod konġunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B830 (“Jetion Solar”)

(d)

Zhongli Talesun Solar Co. Ltd, flimkien mal-kumpanija relatata tagħha fl-Unjoni, koperti b'mod konġunt mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B922 (“Talesun Solar”)

(6)

Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE (9), il-Kummissjoni aċċettat proposta mill-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn għall-prodotti kkonċernati koperti mill-impenn, jiġifieri l-moduli u ċ-ċelloli li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8541 40 90 (il-kodiċijiet TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) magħmula mill-produtturi esportaturi (“il-prodott kopert”). Id-dazji antidumping u kumpensatorji msemmija fil-premessa (4) hawn fuq, flimkien mal-impenn, huma flimkien imsejħa, minn hemm il-quddiem, “miżuri”.

(7)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/866 (10) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi.

(8)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1403 (11) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(9)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2018 (12) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi.

(10)

Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (13) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(11)

Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri kompensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (14) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(12)

Il-Kummissjoni bdiet ukoll rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping u l-miżuri kompensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (15) fil-5 ta' Diċembru 2015.

(13)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/115 (16) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(14)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185 (17), il-Kummissjoni estendiet id-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le.

(15)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 (18), il-Kummissjoni estendiet id-dazju kumpensatorju definittiv impost bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew ikkunsinjati minnha għal importazzjonijiet tal-prodott ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le.

(16)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1045 (19) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(17)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1382 (20) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra.

(18)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1402 (21) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi oħra.

(19)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1998 (22) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra.

(20)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2146 (23) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi oħra.

B.   TERMINI TAL-IMPENN

(21)

Skont il-kundizzjonijiet tal-impenn, kull produttur esportatur jista' jirtira volontarjament l-impenn tiegħu fi kwalunkwe ħin matul l-applikazzjoni tiegħu.

C.   IRTIRAR VOLONTARJU

(22)

Jinko Solar, Hareon Solar u GCL Technology innotifikaw lill-Kummissjoni f'Ottubru 2016 li xtaqu jirtiraw mill-impenn tagħhom.

(23)

Talesun Solar innotifika lill-Kummissjoni f'Jannar 2017 li jixtieq jirtira mill-impenn tiegħu.

D.   IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN U IMPOŻIZZJONIJIET TA' DAZJI DEFINITTIVI

(24)

Għalhekk, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku anti-dumping u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku antisussidji, kif wkoll skont it-termini tal-impenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aċċettazzjoni tal-impenn għal Jetion Solar, Hareon Solar, GCL Technology u Talesun Solar għandha tiġi rtirata.

(25)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, id-dazju antidumping definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u d-dazju kumpensatorju definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 japplikaw awtomatikament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw jew jiġu kkunsinjati mir-RPĊ u li huma magħmula minn Jetion Solar, Talesun Solar, Hareon Solar u GCL Technology mill-ġurnata tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(26)

Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li meta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat f'fattura tal-impriża ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz li fil-fatt tħallas, jenħtieġ li huma jinvestigaw jekk kienx hemm ksur tar-rekwiżit li jiġi inkluż kwalunkwe tnaqqis fl-irċevuti tal-impenn jew jekk il-prezz minimu tal-importazzjoni (MIP) ma jkunx ġie rispettat. Jekk l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jikkonkludu li kien hemm ksur bħal dan jew jekk l-MIP ma ġiex rispettat, jenħtieġ li jiġbru d-dazji bħala konsegwenza ta' dan. Fuq il-bażi tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat, sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, jenħtieġ li f'sitwazzjonijiet bħal dawn il-Kummissjoni taqsam it-test kunfidenzjali u informazzjoni oħra dwar l-impenn għall-iskop uniku ta' proċedimenti nazzjonali.

(27)

Għal skopijiet ta' informazzjoni, it-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament telenka lill-produtturi esportaturi li għalihom l-aċċettazzjoni tal-impenn mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE mhijiex affettwata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tal-kumpaniji li ġejjin hija b'dan irtirata:

Isem tal-kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

GCL System Integration Technology Co. Ltd, Konca Solar Cell Co. Ltd, Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd, Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd, Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd, GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited, GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd, GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED, GCL Solar System (Shuzhou) Limited,

B850

Jiangyin Hareon Power Co. Ltd, Hareon Solar Technology Co. Ltd, Taicang Hareon Solar Co. Ltd, Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd, Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd, Altusvia Energy (Taicang) Co. Ltd, flimkien mal-kumpanija relatata tagħhom fl-Unjoni

B842

Jetion Solar (China) Co. Ltd, Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd, Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd, together with their related company in the Union

B830

Zhongli Talesun Solar Co. Ltd, flimkien mal-kumpanija relatata tagħha fl-Unjoni

B922

Artikolu 2

1.   Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat fuq fattura tal-impenn skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, maħruġa minn waħda mill-kumpaniji li l-impenn ġie inizjalment aċċettat minnha permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE, ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz imħallas u li għalhekk il-kumpaniji setgħu kisru l-impenn, l-awtoritajiet doganali jistgħu, jekk ikun meħtieġ għall-fini tat-twettiq ta' proċedimenti nazzjonali, jitolbu lill-Kummissjoni tiżvelalhom kopja tal-impenn u informazzjoni oħra sabiex jivverifikaw il-prezz ta' importazzjoni minimu (“MIP”) applikabbli fil-jum meta nħarġet il-fattura tal-impenn.

2.   Meta verifika bħal din tiżvela li l-prezz imħallas huwa anqas mill-MIP, id-dazji dovuti bħala konsegwenza skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036 u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament (UE) 2016/1037, għandhom jinġabru.

Meta din il-verifika tiżvela li skonti u tnaqqis ma ġewx inklużi fil-fattura kummerċjali, id-dazji dovuti bħala konsegwenza skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 għandhom jinġabru.

3.   L-informazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 tista' tintuża biss għall-fini ta' infurzar ta' dazji dovuti skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jipprovdu lid-debitur ta' dawn id-dazji b'din l-informazzjoni għall-iskop uniku tas-salvagwardja tad-drittijiet ta' difiża tagħhom. Informazzjoni bħal din ma għandha taħt l-ebda ċirkostanza tiġi żvelata lil partijiet terzi.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(3)   ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5.

(4)   ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.

(5)   ĠU L 209, 3.8.2013, p. 1.

(6)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.

(7)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.

(8)   ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.

(9)   ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6.

(10)   ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30.

(11)   ĠU L 218, 19.8.2015, p. 1.

(12)   ĠU L 295, 12.11.2015, p. 23.

(13)   ĠU C 405, 5.12.2015, p. 8.

(14)   ĠU C 405, 5.12.2015, p. 20.

(15)   ĠU C 405, 5.12.2015, p. 33.

(16)   ĠU L 23, 29.1.2016, p. 47.

(17)   ĠU L 37, 12.2.2016, p. 76.

(18)   ĠU L 37, 12.2.2016, p. 56.

(19)   ĠU L 170, 29.6.2016, p. 5.

(20)   ĠU L 222, 17.8.2016, p. 10.

(21)   ĠU L 228, 23.8.2016, p. 16.

(22)   ĠU L 308, 16.11.2016, p. 8.

(23)   ĠU L 333, 8.12.2016, p. 4.


ANNESS

Lista ta' kumpaniji:

Isem tal-kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd

B798

Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd

B799

Anhui Chaoqun Power Co. Ltd

B800

Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B802

Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd

Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd

B801

Anhui Titan PV Co. Ltd

B803

Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited

TBEA SOLAR CO. LTD

XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT

B804

Changzhou NESL Solartech Co. Ltd

B806

Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd

B807

CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD

B808

ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd

B811

CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD

ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD

HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD

B812

CSG PVtech Co. Ltd

B814

China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd

CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd

CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd

China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd

China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd

B809

Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd

B816

EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd

SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD

B817

Zheijiang Era Solar Co. Ltd

B818

GD Solar Co. Ltd

B820

Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd

Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd

B821

Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd

B822

Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd

B824

Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd

B826

Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd

B827

HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD

B828

Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd

B829

Jiangsu Green Power PV Co. Ltd

B831

Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd

B832

Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B833

Jiangsu Runda PV Co. Ltd

B834

Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd

Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd

B835

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd

B837

Jiangsu Sinski PV Co. Ltd

B838

Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd

B839

Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd

B840

Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd

B841

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd

B793

Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd

B843

Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

B795

Juli New Energy Co. Ltd

B846

Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd

B847

King-PV Technology Co. Ltd

B848

Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan)

B849

Lightway Green New Energy Co. Ltd

Lightway Green New Energy(Zhuozhou) Co. Ltd

B851

Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd

B853

NICE SUN PV CO. LTD

LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD

B854

Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd

B857

Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd

B858

Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd

B861

Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd

B862

Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd

B863

Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd

B864

Perlight Solar Co. Ltd

B865

SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD

SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD

B870

Shanghai BYD Co. Ltd

BYD(Shangluo)Industrial Co. Ltd

B871

Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B872

Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd

Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd

B873

SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

B874

SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD

Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd

Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd

B875

Shanghai ST Solar Co. Ltd

Jiangsu ST Solar Co. Ltd

B876

Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd

B878

Shenzhen Topray Solar Co. Ltd

Shanxi Topray Solar Co. Ltd

Leshan Topray Cell Co. Ltd

B880

Sopray Energy Co. Ltd

Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd

B881

SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd

B882

SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD

B883

TDG Holding Co. Ltd

B884

Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd

Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd

Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd

B885

Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

B886

Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd

B877

Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd

B879

Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd

B889

Wuxi Saijing Solar Co. Ltd

B890

Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd

B891

Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd

B892

Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd

China Machinery Engineering Wuxi Co.Ltd

Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd

B893

Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd

State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation

Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd

B896

Yingli Energy (China) Co. Ltd

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd

B797

Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd

Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd

B899

Yuhuan Sinosola Science & Technology Co. Ltd

B900

Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd

B902

Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd

B903

Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd

B904

Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd

B905

Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd

Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd

B906

Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd

B907

Zhejiang Koly Energy Co. Ltd

B908

Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd

Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd

B910

Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B911

Zhejiang Shinew Photoelectronic Technology Co. Ltd

B912

Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company

Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd

B914

Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd

B915

Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd

B916

Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd

Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd

B917

Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd

WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD

B918

ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD

B920