26.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/21


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/672

tat-23 ta’ April 2021

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

(2)

L-entrata għal persuna waħda għandha titħassar billi din mietet.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)   ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


ANNESS

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness II (Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(2)), fil-Parti A (Persuni), l-entrata 10 (dwar AL-GAOUD, Abdelmajid) hija mħassra;

(2)

Fl-Anness IV (Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)), fil-Parti A (Persuni), l-entrata 10 (dwar AL-GAOUD, Abdelmajid) hija mħassra.