7.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 53/2022

tat-18 ta’ Marzu 2022

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1121]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1812 tal-1 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli dwar l-iskambju tad-data online u n-notifika tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 104, 25.3.2021, p. 55, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 51a (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/683) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“51b.

32020 R 1812: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1812 tal-1 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli dwar l-iskambju tad-data online u n-notifika tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 404, 2.12.2020, p. 5), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 104, 25.3.2021, p. 55.”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2020/1812, kif rettifikat permezz tal-ĠU L 104, 25.3.2021, p. 55, bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2022 tat-18 ta’ Marzu 2022 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 404, 2.12.2020, p. 5.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)  Ara paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.