|
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/44 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1053
tat-30 ta’ Mejju 2023
li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/588 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti operazzjonali għas-servizzi governattivi pprovduti fil-qafas tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura u l-portafoll tas-servizzi tiegħu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/588 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għall-perjodu 2023–2027 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10(4) u (5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/588, għandu l-objettiv li jiżgura l-forniment u d-disponibbiltà fit-tul ta’ aċċess globali mingħajr interruzzjoni għal servizzi ta’ komunikazzjoni governattivi bis-satellita siguri, awtonomi, affidabbli u kosteffettivi għall-utenti governattivi billi jistabbilixxi sistema ta’ konnettività sigura taħt kontroll ċivili. |
|
(2) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti operazzjonali tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, fil-forma ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u pjanijiet ta’ implimentazzjoni għas-servizzi governattivi relatati b’mod partikolari mal-ġestjoni tal-kriżijiet, mas-sorveljanza u mal-ġestjoni tal-infrastruttura ewlenija, inkluż in-networks ta’ komunikazzjoni diplomatiċi u ta’ difiża u l-ħtiġijiet ta’ utenti governattivi oħra. |
|
(3) |
Jenħtieġ li jiġi stabbilit il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi governattivi, inkluż is-servizzi ristretti għall-utenti awtorizzati mill-gvern ibbażati fuq l-infrastruttura governattiva, kif ukoll servizzi għall-utenti governattivi bbażati fuq l-infrastruttura kummerċjali, bħas-servizz assigurat ta’ latenza baxxa madwar id-dinja jew s-servizz narrowband madwar id-dinja. Il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi governattivi jenħtieġ li jqis il-portafoll tas-servizzi tal-komunikazzjoni governattiva bis-satellita (“GOVSATCOM”) stabbiliti fil-qafas tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-kumitat tal-Programm stabbilit bl-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) 2021/696, fil-konfigurazzjoni ta’ GOVSATCOM. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi governattivi pprovduti fil-qafas tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura
1. Is-sistema li timplimenta l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għandha titfassal biex tipprovdi jew tippermetti s-servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita li ġejjin:
|
(a) |
is-servizzi li ġejjin offruti lill-utenti governattivi abbażi tal-infrastruttura governattiva:
|
|
(b) |
is-servizzi li ġejjin offruti lill-utenti governattivi abbażi tal-infrastruttura kummerċjali:
|
Is-servizzi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-profili predefiniti għal dawk is-servizzi stabbiliti fl-Anness.
2. Il-portafoll tas-servizzi tas-sistema li timplimenta l-programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għandu jitfassal apposta għal kull servizz u jitwassal lill-utenti finali f’konformità mal-iskemi ta’ akkwist li ġejjin:
|
(a) |
skema ta’ servizz minn tarf sa tarf, fejn is-servizz jiġi pprovdut mir-router/mill-kommutatur fuq in-naħa tal-istazzjon ta’ ankraġġ, għar-router/għall-kommutatur fuq in-naħa tat-terminal tal-utent, inkluż il-possibbiltà li n-network estern jiġi pprovdut fuq in-naħa tal-istazzjon tal-ankraġġ; |
|
(b) |
skema ta’ servizzi ġestiti, fejn il-forniment tas-servizz ikun iggarantit bl-esklużjoni tat-terminal. |
Artikolu 2
Regoli u Rekwiżiti Operazzjonali għall-Forniment ta’ Servizzi Governattivi
Ir-regoli u r-rekwiżiti operazzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għall-forniment ta’ servizzi governattivi:
|
(1) |
F’termini ta’ riżorsi u ishma tal-parteċipanti:
|
|
(2) |
F’termini ta’ allokazzjoni tas-servizzi:
|
|
(3) |
F’termini tal-profili ta’ servizz, tat-talbiet u tal-prijoritizzazzjoni:
|
|
(4) |
F’termini ta’ loġika ta’ twettiq:
|
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1055 tat-30 ta’ Mejju 2023 li tistabbilixxi r-regoli dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-kapaċitajiet, tas-servizzi, u tat-tagħmir tal-utenti ta’ komunikazzjoni bis-satellita biex tiġi ssodisfata l-funzjoni msemmija fl-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara paġna 57 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
Profili predefiniti għas-servizzi governattivi pprovduti fil-qafas tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura
Tabella 1
Servizz #1: Servizz Robust Madwar id-Dinja b’Latenza Baxxa
|
Karatteristika |
Speċifikazzjonijiet tekniċi |
||||||||
|
Banda tal-frekwenzi |
Ka-Gov; oħrajn |
||||||||
|
Rata tad-data |
Livell tas-servizz espress permezz tat-throughput tal-link ta’ Trażmissjoni (FWD)/Ritorn (RTN) għal kull utent:
|
||||||||
|
Kopertura ġeografika |
Globali |
||||||||
|
Disponibbiltà (aktar minn sena) |
99,5 % |
||||||||
|
Latenza |
|
||||||||
|
Terminal tal-utent |
Fiss/Mobbli/Nomadiku |
||||||||
|
Robustezza u karatteristiċi ta’ sigurtà |
Robustezza |
Tabella 2
Servizz #2: Rilej tad-Data Spazjali
|
Karatteristika |
Speċifikazzjonijiet tekniċi |
||||||||
|
Banda tal-frekwenzi |
Ottika |
||||||||
|
Rata tad-data |
Skont ix-xenarju tal-konnettività (taħlita ta’ entitajiet ta’ utenti u ta’ destinazzjoni):
|
||||||||
|
Kopertura ġeografika |
Globali |
||||||||
|
Entità ta’ utent/entità ta’ destinazzjoni |
|
||||||||
|
Robustezza u karatteristiċi ta’ sigurtà |
Robustezza |
Tabella 3
Servizz #3: Servizz Assigurat Madwar id-Dinja b’Latenza Baxxa
|
Karatteristika |
Speċifikazzjonijiet tekniċi |
||||||||
|
Rata tad-data |
Livell tas-servizz espress permezz tat-throughput tal-link ta’ Trażmissjoni (FWD)/Ritorn (RTN) għal kull utent:
|
||||||||
|
Kopertura ġeografika |
Globali |
||||||||
|
Disponibbiltà (aktar minn sena) |
99,5 % |
||||||||
|
Latenza |
|
||||||||
|
Terminal tal-utent |
Fiss/Mobbli/Nomadiku |
||||||||
|
Robustezza u karatteristiċi ta’ sigurtà |
Assigurat |
Tabella 4
Servizz #4: Servizz Assigurat Narrowband Madwar id-Dinja
|
Karatteristika |
Speċifikazzjonijiet tekniċi |
|
Rata tad-data |
Throughput tal-link ta’ Trażmissjoni (FWD)/Ritorn (RTN) għal kull utent: Minn 2 Kbps sa 1 Mbps |
|
Kopertura ġeografika |
Globali |
|
Disponibbiltà (aktar minn sena) |
98 % |
|
Terminal tal-utent |
Internet tal-Oġġetti (IOT) u tagħmir ieħor tal-utenti narrowband |
|
Robustezza u karatteristiċi ta’ sigurtà |
Assigurat |