<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑312/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0312</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:794">EU:C:2015:794</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20151203">3.12.2015</DATE> – KAWŻA C‑312/14</P><P>BANIF PLUS BANK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20151203">3 ta’ Diċembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/39/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 4(1) u 19(4), (5) u (9)</KEYWORD><KEYWORD>Swieq fl-istrumenti finanzjarji</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Servizzi u attivitajiet ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Dispożizzjonijiet intiżi li jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri</KEYWORD><KEYWORD>Regoli ta’ kondotta meta jiġu pprovduti servizzi ta’ investiment lill-klijenti</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li tiġi evalwata l-adegwatezza jew in-natura xierqa tas-servizz li għandu jingħata</KEYWORD><KEYWORD>Konsegwenzi kuntrattwali tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ kreditu lill-konsumatur</KEYWORD><KEYWORD>Self f’munita barranija</KEYWORD><KEYWORD>Rilaxx u rimbors tas-self fil-munita nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli dwar ir-rati tal-kambju</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑312/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Ráckevei járásbíróság (qorti lokali ta’ Ráckeve, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20140527">27 ta’ Mejju 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20140701">1 ta’ Lulju 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Banif Plus Bank Zrt.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Márton Lantos,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Mártonné Lantos,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tat-Tielet Awla, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, F. Biltgen, J. Malenovský, A. Prechal (Relatur) u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Márton u Mártonné Lantos, minn I. Kriston, ügyvéd,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u G. Szima, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u A. Lippstreu, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn M. Holt, bħala aġent, assistit minn B. Kennelly, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Rogalski u A. Tokár, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 4(1) u 19(4), (5) u (9) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Banif Plus Bank Zrt. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Banif Plus Bank<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Márton u Mártonné Lantos (iktar ’il quddiem, flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>konjuġi Lantos<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar kuntratt ta’ kreditu lill-konsumatur f’munita barranija.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 93/13/KEE</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet negozjata individwalment għandha titqies inġusta jekk, kontra l-ħtieġa ta’ <HT TYPE="ITALIC">buona fede</HT>, tkun tikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-istima tan-natura inġusta tal-klawżoli la għandha tirrelata mad-definizzjoni tal-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt u lanqas mas-suffiċjenza tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra s-servizzi jew il-merkanzija provduti bi tpartit, fuq in-naħa l-oħra, safejn dawn il-klawżoli jkunu f’lingwaġġ sempliċi u ċar.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>l-Artikolu 6(1) tal-istess direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2004/39</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessi 2 u 31 tad-Direttiva 2004/39 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>(2)</NO.P><TXT>[...] huwa meħtieġ li jiġi pprovvdut il-grad ta’ armonizzazzjoni meħtieġ sabiex joffri lill-investituri livell għoli ta’ protezzjoni [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(31)</NO.P><TXT>Wieħed mill-għanijiet ta’ din id-Direttiva huwa li jipproteġi lill-investituri. [...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għad-ditti ta’ l-investiment u s-swieq irregolati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll għall-istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati skond id-Direttiva 2000/12/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20000320">20 ta’ Marzu 2000</DATE>, rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 272)], meta jipprovdu servizz ta’ investiment jew iktar u/jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>[...]</P></ITEM><ITEM><P>Il-Kapitolu II tat-Titolu II bl-esklużjoni tat-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 23(2);</P></ITEM><ITEM><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-punti 2, 6 u 17 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39 jinkludu d-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Servizzi u attivitajiet ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> ifissru kull waħda mis-servizzi u l-attivitjiet elenkati fit-Taqsima A ta’ l-Anness I li għandhom x’jaqsmu ma’ kull wieħed mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima Ċ ta’ l-Anness;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>In-negozjar akkont tagħhom infushom<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> ifisser in-negozjar fuq il-kapital proprjetarju li jirriżulta fil-konklużjoni tat-transazzjonijiet fi strument finanzjarju jew iktar;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>17)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Strument finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> ifisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima Ċ ta’ –L-Anness I<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fost is-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I tal-imsemmija direttiva hemm il-kummerċ akkont tiegħu nnifsu. Skont il-punti 2 u 4 tat-Taqsima B ta’ dan l-anness, jaqgħu taħt il-kategorija ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>servizzi anċillari<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, rispettivament, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>konċessjoni ta’ krediti jew self lil investitur sabiex ikun permess li jwettaq transazzjoni fi strument finanzjarju jew iktar, meta d-ditta li tikkonċedi l-kreditu jew is-self tkun involuta fi transazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, u s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>servizzi tal-kambju barrani meta dawn ikunu konnessi mal-provvediment tas-servizzi ta’ l-investiment<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Fil-punt 4 tat-Taqsima Ċ tal-imsemmi anness, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>L-Istrumenti Finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, hemm iċċitati l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>għażliet, ix-xiri bil-prezz miftiehem imma mħallas wara, it-tpartit, il-ftehimijiet b’rata bil-quddiem u kull kuntratt ieħor tad-derivattivi li għandu x’jaqsam mat-titoli, ir-rati jew ir-riżultat tal-produzzjoni ta’ l-imgħax, jew strumenti oħra tad-derivattivi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tal-istess direttiva jinsab fit-Taqsima 2, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Id-Dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw il-protezzjoni ta’ l-investitur<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, tal-Kapitolu II tat-Titolu II. Huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Il-Kondotta ta’ l-obbligi tal-kummerċ meta jiġu pprovvduti servizzi ta’ investiment lill-klijenti<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Il-paragrafi (4), (5) u 9 ta’ dan l-artikolu jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.004"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>4.</NO.PARAG><ALINEA>Meta tipprovdi pariri dwar l-investiment jew il-ġestjoni ta’ portafoll, id-ditta ta’ l-investiment għandha tikseb it-tagħrif meħtieġ li jirrigwarda l-gherf u l-eperjenza tal-klijent jew tal-klijent potenzali fil-kamp ta’ l-investiment rilevanti għat-tip speċifiku tal-prodott jew tas-servizz, is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u l-għanijiet tagħhom ta’ investiment sabiex jgħinu lid-ditta li tirrakkommanda lill-klijent jew lill-klijent potenzali s-servizzi ta’ investiment u l-istrumenti finanzjarji li jaqblu għalihom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-ditti ta’ investiment, meta jkunu qegħdin jipprovdu servizzi oħra għajr dawk riferiti fil-paragrafu 4, jistaqsu lill-klijent jew lill-klijent potenzali rigward il-għerf u l-esperjenza tagħhom fil-kamp ta’ l-investiment rilevanti għat-tip speċifiku tal-prodott jew tas-servizz offruti jew iddomandati sabiex jgħinu lid-ditta ta’ l-investiment tistma jekk is-servizz jew il-prodott ta’ l-investiment previst ikunux approprjat [adattat] għall-klijent.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="019.009"><NO.PARAG>9.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każijiet meta servizz ta’ investiment jiġi offrut bħala parti minn prodott finanzjarju li jkun diġà bla ħsara għal dispożizzjonijiet oħra tal-leġislazzjoni Komunitarja jew ta’ l-istandards komuni Ewropej li jkollhom x’jaqsmu ma’ istituzzjonijiet tal-kreditu u krediti tal-konsumaturi rigward l-istima tar-riskju tal-klijenti u/jew ħtiġijiet tat-tagħrif, dan is-servizz ma għandux ikun bla ħsara b’mod addizzjonali għall-obbligi ddikjarati f’dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 51(1) tad-Direttiva 2004/39 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw, skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, illi jkunu jistgħu jittieħdu l-miżuri amministrattivi xierqa jew jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi xierqa kontra l-persuni responsabbli minn ksur tad-dispożizzjonijiet adottati b’implementazzjoni ta’ din id-direttiva, liema miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2008/48/KE</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE>, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="133" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2008">ĠU L 133, p. 66</REF.DOC.OJ>, u rettifiki <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="207" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 207, p. 14</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 199, p. 40</REF.DOC.OJ>, u <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="234" PAGE.FIRST="46" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 234, p. 46</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għal ftehim ta’ kreditu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>ftehim ta’ kreditu li huma konklużi ma’ kumpanniji ta’ investiment kif definit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva [2004/39] jew ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE>, rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="239M" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 239M, p. 1</REF.DOC.OJ>)], għall-finijiet li investitur ikun jista’ jwettaq tranżazzjoni relatata ma’ l-istrument wieħed jew aktar elenkati fit-Taqsima C ta’ l-Anness I għad-Direttiva [2004/39], fejn il-kumpannija ta’ investiment jew l-istituzzjoni ta’ kreditu li jagħtu l-kreditu hija involuta f’tali tranżazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ftehim ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> tfisser ftehim li bih kreditur jagħti jew iwiegħed li jagħti lil konsumatur kreditu fil-forma ta’ ħlas differit, self jew akkomodazzjoni finanzjarja simili oħra; ħlief għal ftehim għall-forniment fuq bażi kontinwa ta’ servizzi jew il-forniment ta’ merkanzija ta’ l-istess xorta, fejn il-konsumatur iħallas għal tali servizzi jew merkanzija għat-tul ta’ żmien tal-provvista tagħhom permezz ta’ pagamenti bin-nifs;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-Kapitolu II tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Informazzjoni u prattiki preliminari għall-konklużjonijiet tal-ftehim ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, hemm inklużi, b’mod partikolari, l-Artikolu 4, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Informazzjoni standard li għandha tiġi inkluża fir-reklamar<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, l-Artikolu 5, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Informazzjoni prekuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, u l-Artikolu 8, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Obbligu li tiġi vvalutata l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Il-Kapitolu IV tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Informazzjoni u drittijiet li jirrigwardaw ftehim ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jinkludi, b’mod partikolari, l-Artikolu 10, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi ftehim ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, u l-Artikolu 11, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Informazzjoni rigward ir-rata tas-self<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru CXXXVIII. tal‑2007 dwar il-kumpanniji ta’ investiment, l-operaturi fis-swieq tal-iskambju ta’ komoditajiet, kif ukoll ir-regoli li jirregolaw l-attivitajiet li jistgħu jeżerċitaw (a befektetési vállalkozásokról és az árutőzsdei szolgáltatókról, valamint az általuk végezhető tevékenységek szabályairól szóló 2007. évi CXXXVIII. törvény) hija intiża, b’mod partikolari, li tittrasponi d-Direttiva 2004/39 fid-dritt Ungeriż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija liġi, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, jinkludi d-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>self għall-investiment: self mogħti għall-finijiet tax-xiri ta’ strument finanzjarju, jekk l-istituzzjoni mutwanti tipparteċipa fl-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>11)</NO.P><TXT>kuntratt ta’ skambju (swap): kull kuntratt kumpless dwar l-iskambju ta’ strument finanzjarju li huwa, bħala prinċipju, kompost jew minn tranżazzjoni ta’ xiri bi flus kontanti u minn tranżazzjoni ta’ xiri bil-quddiem jew minn diversi tranżazzjonijiet bil-quddiem u jimplika b’mod ġenerali skambju ta’ flussi ta’ flus kontanti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>50)</NO.P><TXT>strument finanzjarju: strument li jirrappreżenta dejn pekunjarju, bl-esklużjoni ta’ titoli, maħruġa f’serje, li huma nnegozjati fuq is-suq monetarju;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><?PAGE NO="6"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>60)</NO.P><TXT>kuntratt derivattiv: kuntratt li l-valur tiegħu jiddependi mill-valur ta’ strument finanzjarju sottostanti u li huwa s-suġġett ta’ negozjar proprju;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tad-Direttiva 2004/39 ġie implementat mill-Artikoli 40 sa 45 tal-istess liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 231 tal-Kodiċi Ċivili, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="231.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħlief fil-każ ta’ dispożizzjoni kuntrarja, dejn monetarju għandu jitħallas fil-munita legali fil-post tal-ħlas.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="231.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dejn iddeterminat f’munita oħra jew fid-deheb għandu jinqaleb bir-rata tal-kambju applikata fil-post u fid-data tal-ħlas.<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 523 tal-imsemmija Kodiċi huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="523.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Skont kuntratt ta’ self, l-istabbiliment finanzjarju jew kull kreditur ieħor għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni ta’ min jissellef l-ammont miftihem; min jissellef għandu jirrimborsa l-imsemmi ammont konformement mal-kuntratt.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="523.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet kuntrarji, jekk il-kreditur huwa stabbiliment finanzjarju, id-debitur għandu jħallas imgħaxxijiet (self bankarju).<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20080611">11 ta’ Ġunju 2008</DATE>, Márton Lantos ikkonkluda ma’ Banif Plus Bank kuntratt ta’ kreditu lill-konsumatur, magħmul għax-xiri ta’ karozza, f’munita barranija. Mártonné Lantos, fil-kwalità tagħha ta’ konjuġi ta’ Márton Lantos, hija responsabbli għall-obbligi li jitnisslu minn dan il-kuntratt. L-imsemmi kuntratt huwa kklassifikat, mill-qorti tar-rinviju, bħala kuntratt ta’ self fis-sens tal-Artikolu 523 tal-Kodiċi Ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-imsemmi kuntratt jinkludi b’mod partikolari ċerti klawżoli dwar xi flussi msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>fittizji<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> f’munita barranija u dwar xi flussi msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>reali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fil-munita nazzjonali, f’dan il-każ f’forint (HUF).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tiddeskrivi l-mekkaniżmu kuntrattwali ta’ konverżjoni ta’ flussi f’munita barranija kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Fiż-żmien li fih ingħata s-self, [Banif Plus Bank] ikkalkola l-ammont ekwivalenti f’munita barranija tal-ammont li kien ser jagħti f’forinti, skont ir-rata tal-kambju applikabbli f’data li kienet ġiet iffissata minn qabel u skont l-Artikolu 231 tal-Kodiċi Ċivili. [Imbagħad,] il-bank xtara mingħand il-klijent dik il-munita, li (kienet ġiet irreġistrata bħala) li kellha titħallas minnu, billi uża r-rata tal-kambju attwali għal xiri ta’ munita barranija li kienet applikabbli fiż-żmien meta ngħata s-self (tranżazzjoni bir-rata tal-kambju prevalenti) u ħallas l-ammont ekwivalenti f’forinti lill-klijent. [Wara,] [Banif Plus Bank] biegħ lill-klijent il-munita rreġistrata bi skambju tal-forinti, billi uża r-rata tal-kambju attwali għal xiri ta’ munita barranija li kienet applikabbli fiż-żmien tal-ħlas lura tas-self (tranżazzjoni bir-rata tal-kambju futura applikabbli fiż-żmien tal-ħlas lura), biex il-klijent ikun jista’ jissodisfa, f’munita barranija, il-ħlas lura tal-obbligazzjoni tiegħu, li kien irreġistrat f’munita barranija.<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tirrileva barra minn hekk li, fid-Deċiżjoni Nru 6/2013 PJE, mogħtija fl-interess ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt ċivili, il-Kúria (qorti suprema) qieset li l-kuntratti ta’ self f’munita barranija kellhom jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>self f’munita barranija<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> fis-sens tal-Artikolu 231 tal-Kodiċi Ċivili. Skont din il-qorti tal-aħħar, tali kuntratti jiġġeneraw dejn f’munita<?PAGE NO="7"?> barranija. Madankollu, f’dawn il-kuntratti, kuntrarjament għall-kuntratti ta’ self li permezz tagħhom ikun hemm konsenja effettiva ta’ munita, il-munita kkunsidrata tkun użata bħala sempliċi unità tal-kont filwaqt li l-ħlasijiet isiru fil-munita nazzjonali. Konsegwentement, il-fluss monetarju f’munita barranija jkun fittizju filwaqt li l-fluss monetarju f’munita nazzjonali jkun reali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tgħid li Banif Plus Bank kkonferma li ma pprovda ebda servizz ta’ investiment, u lanqas ebda servizz anċillari għal tali attività jew ebda servizz relatat mas-swieq tal-iskambju ta’ komoditajiet. Il-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa kuntratt ta’ kreditu lill-konsumatur sottoskritt mal-Banif Plus Bank fil-kuntest tal-attività ta’ self tiegħu, irregolat b’mod iddettaljat mil-Liġi Nru CCXXXVII. tal‑2013 dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-kumpanniji finanzjarji (a hitelintézetekről és a pénzügyi vállalkozásokról szóló 2013. evi CCXXXVIII. törvény), b’mod li l-validità tiegħu ma tista’ tiġi evalwata la fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru CXXXVIII. tal‑2007 u lanqas dawk tad-Direttiva 2004/39.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-konjuġi Lantos sostnew, quddiem il-qorti tar-rinviju, li, sabiex tinkiseb interpretazzjoni konformi tal-Liġi Nru CXXXVIII. tal‑2007 mal-imsemmija direttiva, huwa meħtieġ rinviju għal deċiżjoni preliminari sa fejn il-Kúria (qorti suprema) ibbażat ruħha, fid-Deċiżjoni Nru 6/2013 PJE tagħha, fuq id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili, b’mod partikolari fuq l-Artikolu 231 tiegħu, li ma ġiex affettwat bit-traspożizzjoni tal-istess direttiva, sabiex tqis li l-kuntratti ta’ kreditu f’munita barranija kienu jaqgħu fil-qasam tas-suq tal-kapital.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Ráckevei járásbíróság (qorti lokali ta’ Ráckeve) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>1)</NO.P><TXT>Il-fatt li klijent jiġi propost, taħt titolu ta’ kuntratt ta’ self [irreġistrat] f’munita barranija, tranżazzjoni (ta’ kambju), li timplika kambju fi forint Ungeriż [HUF] ta’ ammont f’munita barranija, u li tikkonsisti fi spot transaction fil-mument tar-radd ta’ fondi u bil-prezz miftiehem imma mħallas wara fil-mument tal-ħlas lura, li permezz tagħha s-self mogħti lill-klijent jesponieh għall-varjazzjonijiet tas-suq tal-kapital u għar-riskji li jirriżultaw minnu (riskju ta’ kambju) għandha tiġi kkunsidrata bħala li taqa’ taħt il-kunċett ta’ strument finanzjarju, fis-sens tad-definizzjonijiet li jinsabu fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) (servizzi u attivitajiet ta’ investiment) u fil-punt 17 tal-Artikolu 4(1) (strument finanzjarju), kif ukoll fil-punt (4) tat-Taqsima Ċ tal-Anness I (ix-xiri [kuntratti] bil-prezz miftiehem imma mħallas wara, strumenti tad-derivattivi) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/39/KE?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk l-istrument finanzjarju li għalih isir riferiment fl-ewwel domanda jagħmel parti mit-twettiq ta’ attività kummerċjali akkont tagħha nnifisha, għandu jiġi kkunsidrat bħala servizz jew bħala attività ta’ investiment fis-sens tad-definizzjonijiet li jinsabu fil-punt (6) tal-Artikolu 4(1) (in-negozjar akkont tagħhom infushom) u fil-punt (3) tat-Taqsima A tal-Anness I (il-kummerċ akkont tiegħu innifsu) tad-Direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-istabbiliment finanzjarju għandu l-obbligu li jwettaq l-evalwazzjoni tal-adegwatezza prevista fl-Artikolu 19(4) u (5) tad-Direttiva, peress illi t-tranżazzjoni bil-prezz miftiehem imma mħallas wara f’munita barranija, inkwantu servizz ta’ investiment li jirrigwarda strument finanzjarju derivattiv, ġiet proposta fil-kuntest ta’ prodott finanzjarju ieħor (is-self) u li l-istrument derivattiv huwa, minnu nnifsu, strument finanzjarju kumpless? L-applikazzjoni tal-Artikolu 19(9) tad-[Direttiva 2004/39] hija eskluża fid‑dawl tal-fatt li r-riskji inerenti għas-self u għall-istrument finanzjarju jvarjaw fundamentalment, meta l-imsemmija evalwazzjoni tal-adegwatezza tidher indispensabbli fid-dawl tas-suġġett tat-tranżazzjoni mwettqa mill-istrument derivattiv?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-evitar tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(4) u (5) tad-[Direttiva 2004/39] jimplika, waħdu, il-konstatazzjoni tan-nullità tal-kuntratt ta’ self konkluż bejn [Banif Plus Bank] u l-[persuni li jissellfu]?<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba intiża għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Wara l-għeluq tal-fażi orali ta’ din il-proċedura, fis‑<DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, wara l-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, il-konjuġi Lantos talbu l-ftuħ mill-ġdid ta’ din il-fażi orali b’ittra tal-<DATE ISO="20150920">20 ta’ Settembru 2015</DATE>, ippreżentata fir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-25 ta’ Settembru ta’ wara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Insostenn ta’ din it-talba, huma jsostnu li l-imsemmija konklużjonijiet huma vvizzjati bi żbalji u b’inkoerenzi u li l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura huwa meħtieġ sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ titlob kjarifiki mill-qorti tar-rinviju skont l-Artikolu 101 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha fir-rigward tal-fatti u tar-regoli ta’ dritt nazzjonali li, skont l-Avukat Ġenerali, huma nieqsa u li l-assenza tagħhom tagħmel it-talba għal deċiżjoni preliminari inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari jekk hija tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tkun ippreżentat, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża abbażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet jew mill-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-każ, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li hija għandha biżżejjed informazzjoni sabiex tagħti deċiżjoni u li din il-kawża ma teħtieġx li tiġi deċiża abbażi ta’ argumenti li ma ġewx diskussi bejn dawn il-partijiet ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma ġiex sostnut li wieħed mill-imsemmija partijiet ikkonċernati ssottometta, wara l-għeluq tal-fażi orali ta’ din il-kawża, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-possibbiltà li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja sabiex titlob kjarifiki lil qorti tar-rinviju skont l-Artikolu 101 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha tikkostitwixxi biss sempliċi possibbiltà li l-użu tagħha huwa evalwat mill-Qorti tal-Ġustizzja b’mod diskrezzjonarju f’kull każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE, l-Avukat Ġenerali għandu d-dmir li jippreżenta pubblikament, bl-ikbar imparzjalità u b’indipendenza sħiħa, konklużjonijiet immotivati dwar il-kawżi li, skont l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, jeżiġu l-intervent tiegħu. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex marbuta la mill-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali u lanqas mill-motivazzjoni li twassal għalihom (ara, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Parker Hannifin Manufacturing u Parker-Hannifin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑434/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2456">EU:C:2014:2456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Sa fejn il-gvernijiet tal-Istati Membri li għamlu osservazzjonijiet bil-miktub iqajmu l-inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari jew qajmu dubji fir-rigward tal-ammissibbiltà ta’ wħud mid-domandi preliminari, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta d-domandi magħmula mill-qrati nazzjonali jirrigwardaw l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, bħala prinċipju, tagħti deċiżjoni, sakemm ma jidhirx manifestament li t-talba għal deċiżjoni preliminari fil-verità hija intiża li twassalha biex tagħti deċiżjoni<?PAGE NO="9"?> permezz ta’ kawża fittizja jew li tagħti opinjonijiet konsultattivi fuq domandi ġenerali jew ipotetiċi, li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha l-ebda relazzjoni mal-fatti jew mas-suġġett tal-kawża, jew inkella li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex punti ta’ fatt jew ta’ liġi meħtieġa biex twieġeb b’mod utli għad-domandi li jsirulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Les Vergers du Vieux Tauves</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑48/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:758">EU:C:2008:758</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju jirrigwardaw l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri l-Artikoli 4(1) u 19(4), (5) u (9) tad-Direttiva 2004/39.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minkejja li d-deċiżjoni tar-rinviju tidher kemxejn qasira u titfa’ ċerti ambigwitajiet li jirriżultaw, b’mod partikolari, mill-fatt li l-qorti tar-rinviju tidher li adottat, bħala premessa għad-domandi magħmula, l-argumentazzjoni tal-konjuġi Lantos, xorta jibqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tagħti risposta utli għal dawn id-domandi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, kemm mid-deċiżjoni tar-rinviju kif ukoll mill-osservazzjonijiet bil-miktub mibgħuta lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kuntratt ta’ self inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa kkaratterizzat mill-fatt li l-kapital misluf u l-ħlasijiet mensili pagabbli huma ddeterminati f’munita barranija, filwaqt li dan il-kapital tħallas fil-munita nazzjonali u li r-rimborsi għandhom isiru f’din il-munita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Bħalma tindika l-qorti tar-rinviju, l-imsemmi kuntratt ma jagħtix lok għal flussi jew għal skambji effettivi ta’ muniti bejn Banif Plus Bank u l-konjuġi Lantos, peress li l-munita nazzjonali hija l-unika munita ta’ ħlas kemm għal dan il-kreditur kif ukoll għal min jissellef filwaqt li munita barranija sservi bħala unità tal-kont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Mill-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li hemm stipulati fl-istess kuntratt klawżoli dwar il-konverżjoni f’munita nazzjonali tal-kapital misluf u tal-pagamenti mensili. Dawn il-klawżoli jipprevedu li l-ammont ta’ dan il-kapital huwa stabbilit abbażi tal-prezz tax-xiri ta’ munita fid-data tar-rilaxx tal-fondi filwaqt li l-ammont ta’ kull pagament mensili huwa ddeterminat abbażi tal-prezz tal-bejgħ ta’ din il-munita fid-data tal-kalkolu ta’ kull pagament mensili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja prinċiparjament dwar jekk, bħalma jsostnu l-konjuġi Lantos, tali kuntratt, f’dak li jinkludi xi klawżoli dwar ir-rati tal-kambju li għandhom bħala effett li jittrasferixxu r-riskju ta’ kambju għal min jissellef, jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/39, peress li, skont dawn il-klawżoli, Banif Bank Plus jipprovdi servizz ta’ investiment, b’mod li, bħala istituzzjoni ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, huwa kellu jevalwa b’mod partikolari l-adegwatezza jew in-natura xierqa tas-servizz li għandu jingħata, skont id-dispożizzjoni rilevanti tal-Artikolu 19 tal-imsemmija direttiva. Barra minn hekk, il-konjuġi Lantos isostnu li, peress li tali evalwazzjoni ma seħħitx, il-kuntratt għandu jiġi annullat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Osservazzjonijiet preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi osservat li, fil-kuntest tal-kawża li wasslet għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kásler u Káslerné Rábai</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑26/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:282">EU:C:2014:282</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ġiet mistoqsija mill-Kúria (qorti suprema) dwar il-kundizzjonijiet ta’ implementazzjoni tad-Direttiva 93/13 fil-kuntest speċifiku ta’ kuntratti ta’ self lill-konsumatur f’munita barranija. F’dan ir-rigward, il-Kúria (qorti suprema), bid-Deċiżjoni Nru 2/2014 PJE, mogħtija fl-interess ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt ċivili, ikkunsidrat li l-klawżoli dwar ir-rata tal-kambju, sakemm huma jistabbilixxu assimetrija bejn il-prezz tax-xiri tal-munita, applikata meta jiġi rrilaxxat is-self, u l-prezz tal-bejgħ tagħha, applikat<?PAGE NO="10"?> għall-kalkolu tal-pagamenti mensili, jistgħu jkunu s-suġġett ta’ stħarriġ fir-rigward tan-natura inġusta tagħhom u jistgħu effettivament jitqiesu li huma inġusti peress li, b’mod partikolari, il-bank idaħħal remunerazzjoni mill-konsumatur li hija daqs id-differenza bejn dawn ir-rati tal-kambju mingħajr ma huwa jipprovdi lura servizz lill-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, f’din l-istess deċiżjoni, il-Kúria (qorti suprema) iddeċidiet li, bħala prinċipju, il-klawżoli ta’ kuntratt ta’ self f’munita barranija, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandu bħala effett li, għal rata ta’ interessi iktar vantaġġjuża minn dik offruta għas-self iddeterminat fil-munita nazzjonali, ir-riskju ta’ evalwazzjoni tal-munita jaqa’ totalment fuq il-konsumatur, jirrigwardaw is-suġġett prinċipali tal-kuntratt fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali intiża li tittrasponi l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, b’mod li dawn il-klawżoli ma jkunux jistgħu jiġu mistħarrġa fir-rigward tan-natura inġusta tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-Deċiżjoni Nru 6/2013 PJE tagħha, mogħtija fl-interess ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt ċivili, il-Kúria (qorti suprema) iddeċidiet li l-konklużjoni ta’ tali kuntratt ta’ self f’munita barranija ma jagħtix lok għall-applikazzjoni tal-obbligi ta’ informazzjoni previsti fl-Artikoli 40 sa 42 tal-Liġi Nru CXXXVIII. tal‑2007, intiżi li jittrasponu l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2004/39, peress li, fil-kuntest ta’ tali kuntratt, il-kreditur ma jipprovdi ebda wieħed mis-servizzi ta’ investiment elenkati fl-Artikolu 5 tal-imsemmija liġi, iżda jħallas kapital allokat jew le lil finanzjament partikolari. Madankollu, l-Artikoli 40 u 42 tal-Liġi Nru CXXXVIII. tal‑2007 japplikaw fis-sitwazzjoni meta tali self jikkostitwixxi wkoll tranżazzjoni ta’ investiment sa fejn servizzi ta’ investiment li jirrigwardaw strument finanzjarju jingħataw permezz ta’ fondi ta’ min jissellef.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/39 biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, għandu jiġi rrilevat li xi dispożizzjonijiet ta’ atti oħrajn tad-dritt tal-Unjoni intiżi għall-protezzjoni tal-konsumaturi jistgħu jkunu rilevanti f’kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, bid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13 li jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ stħarriġ tal-mertu tal-klawżoli inġusti fil-kuntest tas-sistema ta’ protezzjoni tal-konsumaturi implementata minn din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kásler u Káslerné Rábai</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑26/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:282">EU:C:2014:282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hemm lok li jsir riferiment għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kreditu lill-konsumatur, f’dan il-każ id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, tat‑22 ta’ Dicembru 1986, għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 326) u d-Direttiva 2008/48, li jinkludu numru ta’ dispożizzjonijiet intiżi li jipproteġu lill-konsumatur billi jiġu imposti fuq il-kreditur ċerti obbligi dwar, b’mod partikolari, l-informazzjoni lill-konsumatur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u t-tieni domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39 għandux jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu servizz jew attività ta’ investiment fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ċerti tranżazzjonijiet ta’ kambju, magħmula minn istituzzjoni ta’ kreditu skont klawżoli ta’ kuntratt ta’ self f’munita barranija bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsisti f’li jiġi stabbilit l-ammont tas-self abbażi tal-prezz tax-xiri tal-munita applikabbli meta jiġu rrilaxxati l-fondi u li jiġu ddeterminati l-ammonti tal-pagamenti mensili abbażi tal-prezz tal-bejgħ ta’ din il-munita applikabbli matul il-kalkolu ta’ kull pagament mensili.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm hija biss il-qorti tar-rinviju li għandha tagħti deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-imsemmija tranżazzjonijiet skont iċ-ċirkustanzi proprji tal-każ fil-kawża prinċipali, xorta jibqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tislet mid-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva, f’dan il-każ tal-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tagħha, il-kriterji li din il-qorti tista’ jew għandha tapplika għal dan il-għan (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Genil 48 u Comercial Hostelera de Grandes Vinos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑604/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:344">EU:C:2013:344</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, ma hemm xejn li jżomm lil qorti nazzjonali milli titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni dwar tali klassifikazzjoni, bħalma għamlet il-qorti tar-rinviju bl-ewwel u t-tieni domandi tagħha, sakemm madankollu, fid-dawl tal-elementi kollha tal-proċess li għandha din il-qorti nazzjonali, hija tipproċedi għall-konstatazzjoni u għall-evalwazzjoni tal-fatti neċessarji għal din il-klassifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-każ, tqum il-kwistjoni ta’ jekk it-tranżazzjonijiet magħmula minn istituzzjoni ta’ kreditu, li jikkonsistu fil-konverżjoni fil-munita nazzjonali ta’ ammonti espressi f’munita barranija, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ self u tar-rimborsi tagħhom, konformement mal-klawżoli ta’ kuntratt ta’ self dwar ir-rata tal-kambju, jistgħux jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>servizzi<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>attivitajiet ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Konformement ma’ din id-dispożizzjoni, kull wieħed mis-servizzi u l-attivitjiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I ta’ din id-direttiva u li jirrigwarda kwalunkwe strument imsemmi fit-Taqsima Ċ tal-istess anness jikkostitwixxi servizzi u attivitajiet ta’ investiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li t-tranżazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn huma jikkostitwixxu attivitajiet ta’ kambju li huma purament inċidentali għall-għoti u għar-rimbors ta’ self lill-konsumatur f’munita barranija, ma jaqgħux taħt l-imsemmija Taqsima A.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-fatt, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, dawn it-tranżazzjonijiet huma limitati għall-konverżjoni, abbażi tar-rata tal-kambju tax-xiri jew tal-bejgħ tal-munita kkunsidrata, tal-ammonti tas-self u tal-pagamenti mensili ddeterminati f’din il-munita (munita ta’ kalkolu) fil-munita nazzjonali (munita ta’ ħlas).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Tali tranżazzjonijiet ma għandhomx funzjoni oħra ħlief dik li jservu ta’ modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi essenzjali ta’ ħlas tal-kuntratt ta’ self, jiġifieri t-tpoġġija għad-dispożizzjoni tal-kapital mill-kreditur u r-rimbors ta’ dan il-kapital flimkien mal-interessi minn min jissellef. Dawn it-tranżazzjonijiet ma għandhomx bħala għan it-twettiq ta’ investiment, peress li l-konsumatur huwa intiż biss li jikseb fondi għall-finijiet tax-xiri ta’ prodott għall-konsumatur jew biex jiġi pprovdut servizz u mhux biex, pereżempju, jamministra riskju ta’ kambju jew biex jispekula fuq ir-rata tal-kambju ta’ munita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-konjuġi Lantos, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-imsemmija tranżazzjonijiet jaqgħu b’mod partikolari taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>kummerċ akkont tiegħu inifsu<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, imsemmija fil-punt 3 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Konformement mal-punt 6 tal-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva, l-imsemmi kunċett jiddeskrivi l-fatt ta’ negozjar, fuq il-kapital proprjetarju, li jirriżulta fil-konklużjoni tat-tranżazzjonijiet fi strument finanzjarju jew iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, ma jidhirx li t-tranżazzjonijiet ta’ kambju li tagħmel istituzzjoni ta’ kreditu b’eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ self bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirrigwardaw in-negozjar ta’ strument finanzjarju wieħed jew iktar sabiex jiġu konklużi tranżazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali tranżazzjonijiet tal-kambju jidher li għandhom l-għan biss li jippermettu l-għoti u r-rimbors tas-self.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jistax jiġi sostnut li t-tranżazzjonijiet magħmula fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ self bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħu fil-kategorija ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>servizzi anċillari<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> ċirkoskritti fit-Taqsima B tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minkejja li, konformement mal-punt 2 tat-Taqsima B ta’ dan l-Anness I, l-għoti ta’ kreditu jew ta’ self jista’ jikkostitwixxi servizz anċillari, dan huwa l-każ biss jekk dan il-kreditu jew dan is-self jingħata lil investitur sabiex ikun jista’ jagħmel tranżazzjoni fi strument finanzjarju wieħed jew iktar, li fihom tintervjeni l-kumpannija li tagħti l-imsemmi kreditu jew l-imsemmi self. Issa, huwa stabbilit li s-self inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma għandux bħala għan li jippermetti li sseħħ tali tranżazzjoni futura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-kuntratti ta’ kreditu mogħtija minn istituzzjoni ta’ kreditu li jaqgħu taħt l-imsemmi punt 2, peress li għandhom tali għan, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48 skont l-Artikolu 2(2)(h) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huma msemmija fil-punt 4 tat-Taqsima B tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39 is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>servizzi tal-kambju barrani meta dawn ikunu konnessi mal-provvediment tas-servizzi ta’ l-investiment<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Minn din ir-referenza jirriżulta li servizzi tal-kambju ma jikkostitwixxux, fihom innifishom, servizzi ta’ investiment li jaqgħu taħt it-Taqsima A tal-Anness I tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Issa, it-tranżazzjonijiet tal-kambju inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma marbuta mhux ma’ servizz ta’ investiment, fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39, iżda ma’ tranżazzjoni li ma tikkostitwixxix fiha nnifisha strument finanzjarju, fis-sens tal-punt 17 tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fil-fatt, meta jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi tal-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja, u dejjem bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-konjuġi Lantos, ma jidhirx li t-tranżazzjonijiet tal-kambju li tagħmel istituzzjoni ta’ kreditu fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ self bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirrigwardaw wieħed mill-istrumenti finanzjarji msemmija fit-Taqsima C tal-Anness I tal-imsemmija direttiva, fosthom, b’mod partikolari, il-kuntratt bil-quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Skont it-tifsira abitwali tiegħu fid-dritt finanzjarju, il-kuntratt bil-quddiem huwa tip ta’ kuntratt derivattiv li permezz tiegħu żewġ partijiet jorbtu lilhom innifishom, wieħed li jixtri u l-ieħor li jbigħ, f’data ulterjuri, attiv imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>sottostanti<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> għal prezz li huwa stabbilit mal-konklużjoni tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Issa, kuntratt ta’ self lill-konsumatur bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma għandux bħala għan il-bejgħ ta’ attiv finanzjarju għal prezz li huwa stabbilit matul il-konklużjoni tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, f’kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tistax issir distinzjoni bejn il-kuntratt ta’ self innifsu u tranżazzjoni ta’ bejgħ ta’ muniti bil-quddiem peress li l-għan uniku tiegħu huwa l-eżekuzzjoni tal-obbligi essenzjali ta’ dan il-kuntratt, jiġifieri dawk tal-ħlas tal-kapital u tal-iskadenzi, peress li tali tranżazzjoni ma tikkostitwixxix fiha nnifisha strument finanzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Il-klawżoli ta’ tali kuntratt ta’ self dwar il-konverżjoni ta’ munita jikkostitwixxu b’hekk mhux strument finanzjarju distint mit-tranżazzjoni li tikkostitwixxi s-suġġett ta’ dan il-kuntratt, iżda biss modalità inseparabbli mill-eżekuzzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>B’hekk, kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija fundamentalment differenti minn dik li wasslet għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Genil 48 u Comercial Hostelera de Grandes Vinos</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑604/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:344">EU:C:2013:344</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li kienet tirrigwarda strument finanzjarju bil-quddiem, jiġifieri kuntratt ta’ kambju msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>swap<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> intiż li jipproteġi l-klijenti ta’ banek mill-varjazzjonijiet tar-rata ta’ interessi varjabbli li għaliha huma kienu esposti minħabba s-sottoskrizzjoni ta’ ċerti prodotti finanzjarji ma’ dawn il-banek.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ self bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-valur tal-muniti li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tar-rimborsi ma huwiex stabbilit minn qabel peress li huwa ddeterminat abbażi tal-prezz tal-bejgħ ta’ dawn il-muniti fid-data tal-iskadenza ta’ kull pagament mensili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, li t-tranżazzjonijiet tal-kambju li tagħmel istituzzjoni ta’ kreditu fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ self f’munita barranija bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala servizzi ta’ investiment, b’mod li din l-istituzzjoni ma hijiex b’mod partikolari suġġetta għall-obbligi fil-qasam tal-evalwazzjoni tal-adegwatezza jew tan-natura xierqa tas-servizz li għandu jiġi pprovdut previst fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2004/39.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għall-ewwel u t-tieni domanda għandha tkun li l-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39 għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, ma jikkostitwixxux servizz jew attività ta’ investiment fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ċerti tranżazzjonijiet ta’ kambju, magħmula minn istituzzjoni ta’ kreditu skont klawżoli ta’ kuntratt ta’ self f’munita barranija bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsisti f’li jiġi stabbilit l-ammont tas-self abbażi tal-prezz tax-xiri tal-munita applikabbli meta jiġu rrilaxxati l-fondi u li jiġu ddeterminati l-ammonti tal-pagamenti mensili abbażi tal-prezz tal-bejgħ ta’ din il-munita applikabbli matul il-kalkolu ta’ kull pagament mensili.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet u r-raba’ domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposti mogħtija għall-ewwel u għat-tieni domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tielet u r-raba’ domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fil-fatt, dawn id-domandi tal-aħħar jassumu li t-tranżazzjonijiet ta’ kambju inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jiġu kklassifikati bħala servizzi jew attivitajiet ta’ investiment fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Għal kull fini, fir-rigward tar-raba’ domanda, jista’ jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonfermat li huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jirregola l-konsegwenzi kuntrattwali li għandhom jitnisslu min-nuqqas ta’ osservanza, minn kumpannija ta’ investiment li toffri servizz ta’ investiment, tar-rekwiżiti fil-qasam tal-evalwazzjoni previsti fl-Artikolu 19(4) u (5) tal-imsemmija direttiva, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji tal-ekwivalenza u tal-effettività (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Genil 48 u Comercial Hostelera de Grandes Vinos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑604/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:344">EU:C:2013:344</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal‑osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, ma jikkostitwixxux servizz jew attività ta’ investiment fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ċerti tranżazzjonijiet ta’ kambju, magħmula minn istituzzjoni ta’ kreditu skont klawżoli ta’ kuntratt ta’ self f’munita barranija bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsistu f’li jiġi stabbilit l-ammont tas-self abbażi tal-prezz tax-xiri tal-munita applikabbli meta jiġu rrilaxxati l-fondi u li jiġu ddeterminati l-ammonti tal-pagamenti mensili abbażi tal-prezz tal-bejgħ ta’ din il-munita applikabbli matul il-kalkolu ta’ kull pagament mensili.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>