2002R0546 — MT — 01.05.2004 — 001.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 546/2002

tal-25 ta’ Marzu 2002

li jiffissa l-premiums u l-livelli ta' garanziji għat-tabakk tal-werqa skond il-gruppi ta’ varjetà u l-Istat Membru, għall-ħsad ta’ l-2002, 2003 u 2004 u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2075/92

(ĠU L 084, 28.3.2002, p.4)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003

  L 270

1

21.10.2003


Emendat bi:

►A1

  L 236

33

23.9.2003




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 546/2002

tal-25 ta’ Marzu 2002

li jiffissa l-premiums u l-livelli ta' garanziji għat-tabakk tal-werqa skond il-gruppi ta’ varjetà u l-Istat Membru, għall-ħsad ta’ l-2002, 2003 u 2004 u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2075/92



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mingħand il-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l- organizzazzjoni komuni fis-suq tat-tabakk mhux maħdum ( 4 ) jiddisponi għall-iffissar ta’ l-ammont tal-premium u l-ammonti supplimentari għal kull ħsad ta' tabakk, waqt li jikkunsidra b’mod partikolari possibiltajiet ta' l-imgħoddi u prevedibbli għar-rimi tad-diversi tipi ta’ tabakk, f'kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-premiums għandhom għalhekk ikunu ffissati u marbuta ma’ l-għetiebi ffissati għall-2002, 2003 u l-2004.

(2)

Skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92, l-għetiebi ta' garanzija għal kull grupp ta’ varjetà u Stati Membri għandhom jiġu ffissati għall-ħsad ta’ l-2002, l-2003 u l-2004, waqt li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari l-kondizzjonijiet tas-suq u l-kondizzjonijiet soċjo-ekonomiċi u agronomiċi fl-inħawi kkonċernati ta’ produzzjoni. Il-livelli ta’ l-għetiebi jiġu ffissati kmieni sabiex il-produtturi jistgħu jippjanaw il-produzzjoni tagħhom għall-ħsad in kwistjoni.

(3)

L-Artikolu 6(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 jippermetti lill-Istati Membri li japplikaw skema ta’ rkant għal kuntratt ta’ kultivazzjoni. Skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ fil-preżent, jekk din l-iskema tiġi applikata jkollha tkopri l-gruppi kollha tal-varjetajiet ta' tabakk prodotti fi Stat Membru. Is-sistema għadha ma ġietx applikata għar-raġuni li l-Istati Membri jemmnu li l-irkant huwa ġustifikat biss għal ċerti gruppi ta’ varjetajiet u biss għal kuntratti ta’ gruppi produtturi li juru interess. Bl-iskop li jinkoraġġixxi l-irkanti bħala mezz biex jogħla l-prezz kummerċjali ta’ tabakk mhux maħdum, għandhom jiddaħħlu disposizzjonijiet aktar flessibbli sabiex l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu dan il-mekkaniżmu għal ċerti gruppi ta’ varjetà biss u għal gruppi produtturi li jixtiequ jieħdu sehem.

(4)

Ir-riservi tal-kwota nazzjonali magħmula skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolamenti (KEE) Nru 2075/92 fallew milli jiksbu l-bidla jew l-għanijiet ta’ ristrutturar ta’ l-irziezet li għalihom kienu saru. L-applikazzjoni f’livell nazzjonali, b’mod partikolari l-kriterji stabbiliti mill-Istati Membri għat-tqassim mill-ġdid tar-riservi u l-ammonti żgħar involuti fl-istabbiliment tagħhom, uriet bil-provi li mhumiex biżżejjed biex jiksbu r-riżultat mixtieq. Barra minn hekk, l-arranġamenti amministrattivi għall-ġestjoni tar-riservi nazzjonali ħolqu ammont ta’ xogħol eċċessiv u kkumplikaw b’mod eċċessiv il-ġestjoni tal-kwoti, li rriżultaw f’dewmien serju fit-tqassim tagħhom. Madankollu l-possibbiltà għandha tibqa’ miftuħa għall-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu dan biex jirrikorru għal din is-sistema fejn huma jikkunsidrawha utili.

(5)

It-Trattat jirrikjedi li livell għoli ta’ ħarsien ta’ saħħet il-bniedem ikun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet kollha tal-Komunità. Fil-qafas ta’ l-istrateġija għal żvilupp sostenibbli fl-Unjoni Ewropea, il-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta’ kull politika għandhom jiġu kkunsidrati. Fir-reġjuni li jipproduċu tabakk mhux maħdum, ikun aħjar minħabba f’hekk li jimplimentaw azzjonijiet bl-għan li jiżviluppaw għejun ġodda ta’ dħul u attività ekonomika għal dawk li jkabbruh. Sabiex jinkiseb dan l-għan, huwa propost li l-attivitajiet tal-Fond Komunitarju tat-Tabakk ikunu emendati u r-riċerka agronomika għandha tinbidel b’miżura biex twieżen inizjattivi speċifiċi li jippermettu lil dawk li jkabbru t-tabakk li jaqilbu mit-tabakk għal uċuħ u attivitajiet ekonomiċi oħra li joħolqu l-impjiegi.

(6)

Ta’ min ukoll iżid it-tnaqqis użat biex jiffinanzja l-Fond għal 3 % fl-2003 sabiex jissaħħu l-mezzi tan-nefqa disponibbli għall-iffinanzjar tal-miżuri ta’ informazzjoni fuq l-effetti ta’ ħsara tal-konsum tat-tabakk u inizjattivi biex jibdlu l-produzzjoni. Din il-miżura ta’ l-aħħar, li hija prijorità ġdida, tista’ tkun implimentata b’mod nazzjonali bħala parti minn miżuri ta’ konverżjoni speċifiċi u tkun takkumpanja u tiżviluppa sinerġiji mal-programm ta’ kwoti tax-xiri għall-ħażna. Għall-ħsad ta’ l-2004, jekk ikun hemm bżonn, it-tnaqqis jista’ jiżdied sa 5 % skond l-użu ta’ l-approprijazzjonijiet tal-Fond, fuq il-bażi ta’ rapport magħmul mill-Kummissjoni.

(7)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2075/92 għandu għalhekk jiġi emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għall- ►M1   ►  ħsad 2002, 2003, 2004 u 2005 ◄  ◄ , l-ammonti tal-premiums għal kull wieħed mill-gruppi ta’ tabakk mhux maħdum u l-ammonti supplimentari msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 għandhom ikunu kif murija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għall-ħsad ta’ l- ►M1   ►  ħsad 2002, 2003, 2004 u 2005 ◄  ◄ , l-għetiebi ta' garanziji msemmija fl-Artikoli 8 u 9 tar- Regolament (KEE) Nru 2075/92 minn grupp ta’ varjetà u mill-Istati Membri għandhom ikunu kif murija fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KEE) Nru 2075/92 hu emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 6 (5) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“5.  L-Istati Membri jistgħu, jekk l-istrutturi jagħmluha xieraq, li japplikaw lill-gruppi ta’ produtturi li jixtiequ jieħdu sehem fiha skema ta’ rkant għal kuntratt ta’ kultivazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 għal grupp ta’ varjetà partikolari fejn tingħalaq qabel id-data li fiha tibda l-konsenja tat-tabakk.”

2. L-Artikolu 9 (5) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“5.  Stati Membri produtturi għandhom ikunu intitolati li joħolqu riserva ta’ kwota nazzjonali, li r-regoli ta’ l-operat tagħha għandhom ikunu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 23.”

3. L-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13

1.  Għandu jitwaqqaf Fond Komunitarju tat-Tabakk ( minn hawn 'il quddiem 'Fond') iffinanzjat minn tnaqqis ta’:

— 2 % tal-premium għall-ħsad ta’ l-2002,

— 3 % tal-premium għall-ħsad ta’ l-2003,

Il-Kummissjoni għandha tibgħat qabel il-31 ta’ Diċembru 2003 rapport fuq l-użu ta’ l-approprjazzjonijiet mill-Fond, li jista' jkun akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, bi proposta għal perċentwal tat-tnaqqis għall-Fond li għandu jiżdied b'sa 5 % għall-ħsad ta’ l-2004.

2.  Il-Fond għandu jiffinanzja azzjoni fl-oqsma li ġejjin:

(a) titjib fl-għarfien tal-pubbliku ta’ l-effetti ta’ ħsara tal-forom kollha tal-konsum tat-tabakk, b’mod partikolari permezz ta’ informazzjoni u edukazzjoni, appoġġ għall-ġbir ta’ data biex jiġu stabbiliti modi ta’ konsum tat-tabakk u biex jitwettqu studji epidemjoloġiċi fuq in-nikotiniżmu fil-Komunità, u studju fuq il-prevenzjoni tan-nikotiniżmu;

(b) bħala parti mill-programm imsemmi fl-Artikolu 14(1), miżuri speċifiċi biex jgħinu lil dawk li jkabbru t-tabakk biex jaqilbu għal uċuħ oħra jew għal attivitajiet ekonomiċi oħra li joħolqu impjiegi u studji tal-possibbilitajiet għal dawk li jkabbru t-tabakk li jagħmlu dan.”

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-ħsad ta’ l-2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



Premiums għat-tabakk tal-werqa mill- ►M1   ►  ħsad 2002, 2003, 2004 u 2005 ◄  ◄

 

I

Imqadded bi sħana artifiċjali minn tubu

II

Ċar

III

Skur

IV

Imqadded bin-nar

V

Imqadded bix-xemx

VI

Basmas

VII

Katerini

VIII

Kaba Koulak

EUR/kg

2,98062

2,38423

2,38423

2,62199

2,14581

4,12957

3,50395

2,50377



AMMONTI SUPPLIMENTARI

Varjetajiet

EUR/kg

Badischer Geudertheimer, Pereg, Korso

0,5509

Badischer Burley E u l-ibridi tiegħu

0,8822

Virgin D u l-ibridi tiegħu, Virginia u l-ibridi tiegħu

0,5039

Paragwaj u l-ibridi tiegħu, Dragon Vert u l-ibridi tiegħu, Filippin, Petit Grammont (Flobecq), Semois, Appelterre

0,4112




ANNESS II



Għetiebi għall-ħsad ta' l-2002

(tunnellati metriċi)

Stat Membru

I

Imqadded bi sħana artifiċjali minn tubu

II

Ċar imqadded fl-arja

III

Skur imqadded fl-arja

IV

Imqadded bin-nar

V

Imqadded bix-xemx

Oħrajn

Total

VI

Basmas

VII

Katerini

VIII

K. Koulak

L-Italja

49 002

49 436

16 256

6 255

9 157

 

498

 

130604

Il-Greċja

35 781

12 276

 
 

7 192

27 114

24 014

16 696

123073

Spanja

29 472

5 748

6 622

30

 
 
 
 

41872

Il-Portugall:

4 981

1 066

 
 
 
 
 
 

6047

Franza

10 650

9 602

5 359

 
 
 
 
 

25611

Il-Ġermanja

4 800

2 683

3 868

 
 
 
 
 

11351

Il-Belġju

 

154

1 455

 
 
 
 
 

1609

l-Awstrija

30

442

99

 
 
 
 
 

571

 

134 716

81 407

33 659

6 285

16 349

27 114

24 512

16 696

340738



Il-limiti garantiti għall-ħsad 2003, 2004 u 2005

(tunnellati metriċi)

Stat Membru

I

Imqadded bi sħana artifiċjali minn tubu

II

Ċar imqadded fl-arja

III

Skur imqadded fl-arja

IV

Imqaddedbin-nar

V

Imqadded bix-xemx

Oħrajn

Total

VI

Basmas

VII

Katerini

VIII

K. Koulak

L-Italja

48 263

47 689

15 682

6 255

8 833

 

498

 

127220

Greċja

35 242

11 842

 
 

6 938

27 114

24 014

16 696

121846

Spanja

29 028

5 545

6 388

30

 
 
 
 

40991

Il-Portugall:

4 906

1 028

 
 
 
 
 
 

5934

Franza

10 490

9 262

5 170

 
 
 
 
 

24922

Il-Ġermanja

4 728

2 588

3 731

 
 
 
 
 

11047

Il-Belġju

 

149

1 404

 
 
 
 
 

1553

l-Awstrija

29

426

96

 
 
 
 
 

551

►A1  Ċipru ◄

►A1  350 ◄

 
 
 
 
 
 
 

►A1  350 ◄

►A1  L-Ungerija ◄

►A1  5 768 ◄

►A1  6 587 ◄

 
 
 
 
 
 

►A1  12355 ◄

►A1  Il-Polonja ◄

►A1  22 200 ◄

►A1  12 633 ◄

►A1  1 867 ◄

►A1  1 233 ◄

 
 
 
 

►A1  37933 ◄

►A1  Is-Slovakkja ◄

►A1  1 598 ◄

►A1  117 ◄

 
 
 
 
 
 

►A1  1715 ◄

 

►A1  162 602 ◄

►A1  97 866 ◄

►A1  34 338 ◄

►A1  7 518 ◄

►A1  15 771 ◄

►A1  27 114 ◄

►A1  24 512 ◄

►A1  16 696 ◄

►A1  386417 ◄



( 1 ) ĠU Ċ 51 E, tas-26.2.2002, p. 382.

( 2 ) Fehma mogħtija fl-14 ta’ Marzu 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 3 ) Fehma mogħtija fl-20 ta’ Frar 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 4 ) ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 70. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1336/2000 (ĠU L 154, tas-27.6.2000, p. 2).