|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3005 |
12.12.2024 |
REGOLAMENT (UE) 2024/3005 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Novembru 2024
dwar it-trasparenza u l-integrità tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG), u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/2088 u (UE) 2023/2859
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta’ Settembru 2015, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat qafas globali ġdid għall-iżvilupp sostenibbli, l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (l-“Aġenda 2030”), li għandha fil-qalba tagħha l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs). Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2016 intitolata “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli: Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà” torbot l-SDGs mal-qafas ta’ politika tal-Unjoni biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet u l-inizjattivi ta’ politika kollha tal-Unjoni, kemm fl-Unjoni kif ukoll globalment, jikkunsidraw l-SDGs mill-bidu nett. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 u t-23 ta’ Ġunju 2017 ikkonfermaw l-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 b’mod sħiħ, koerenti, komprensiv, integrat u effettiv u f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab u ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn. Barra minn hekk, il-Prinċipji għall-Investiment Responsabbli appoġjati min-NU għandhom, saż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, aktar minn 5 300 firmatarju li jirrappreżentaw aktar minn EUR 120 triljun ta’ assi mmaniġġati. Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni ppubblikat il-komunikazzjoni tagħha intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (il-“Patt Ekoloġiku Ewropew”). Fit-30 ta’ Ġunju 2021, il-Liġi Ewropea dwar il-Klima ġiet adottata bħala Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jnaqqax fid-dritt tal-Unjoni l-għan stabbilit fil-Patt Ekoloġiku Ewropew li l-ekonomija u s-soċjetà tal-Unjoni jsiru newtrali għall-klima sal-2050. |
|
(2) |
It-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli hija kruċjali biex jiġu żgurati l-kompetittività u s-sostenibbiltà fit-tul tal-ekonomija tal-Unjoni u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini fl-Unjoni, u biex it-tisħin globali jinżamm sew taħt il-limitu ta’ 1,5 grad Celsius. Is-sostenibbiltà ilha għal żmien twil fil-qalba tal-politiki tal-Unjoni u kemm it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jirrikonoxxu d-dimensjonijiet soċjali u ambjentali tagħha. |
|
(3) |
L-ilħuq tal-objettivi tal-SDGs fl-Unjoni jirrikjedi d-direzzjonar tal-flussi tal-kapital lejn investimenti sostenibbli. Huwa neċessarju li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-suq intern għall-ilħuq ta’ dawk l-objettivi. F’dak il-kuntest, huwa kruċjali li jitneħħew l-ostakli għall-moviment effiċjenti tal-kapital lejn investimenti sostenibbli fis-suq intern, li jiġi evitat li jitfaċċaw ostakli bħal dawn, u li jiġu stabbiliti regoli u standards biex, minn naħa waħda, jiġu promossi finanzi sostenibbli u, min-naħa l-oħra, jiġu diżinċentivati investimenti li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq l-ilħuq tal-objettivi tal-SDGs. |
|
(4) |
L-approċċ tal-Unjoni għal tkabbir sostenibbli u inklużiv huwa ankrat fl-20 prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2017 intitolata “It-Twaqqif ta’ Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali”, li għandu l-għan li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta lejn tali tkabbir u biex jiġu żgurati politiki li ma jħallu lil ħadd jibqa’ lura. Barra minn hekk, l-acquis soċjali tal-Unjoni, li jinkludi l-Istrateġiji tal-Unjoni tal-Ugwaljanza, jipprovdi standards fl-oqsma tal-liġi tax-xogħol, l-ugwaljanza, l-aċċessibbiltà, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. |
|
(5) |
Is-swieq finanzjarji jiżvolġu rwol kruċjali fid-direzzjonar tal-kapital lejn investimenti li huma meħtieġa għall-ilħuq tal-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. Fil-komunikazzjoni tagħha tat-8 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni ppubblikat il-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli, li jniedi l-istrateġija tagħha dwar il-finanzi sostenibbli. L-objettivi ta’ dak il-Pjan ta’ Azzjoni huma li l-fatturi ta’ sostenibbiltà jiġu integrati fl-immaniġġar tar-riskju u li l-flussi tal-kapital jiġu orjentati mill-ġdid lejn investiment sostenibbli sabiex jinkiseb tkabbir sostenibbli u inklużiv. |
|
(6) |
Bħala parti miill-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli, fl-2021, il-Kummissjoni kkummissjonat studju intitolat “Studju dwar il-Klassifikazzjonijiet, id-Data u r-Riċerka Relatati mas-Sostenibbiltà” biex tqis l-iżviluppi fis-suq tal-prodotti u tas-servizzi relatati mas-sostenibbiltà, tidentifika l-parteċipanti ewlenin fis-suq u tenfasizza n-nuqqasijiet potenzjali. Dak l-istudju pprovda inventarju u klassifikazzjoni tal-atturi tas-suq, il-prodotti u s-servizzi ta’ sostenibbiltà disponibbli fis-suq u analiżi tal-użu u tal-kwalità perċepita tal-prodotti u s-servizzi relatati mas-sostenibbiltà mill-parteċipanti fis-suq. L-istudju enfasizza l-eżistenza ta’ kunflitti ta’ interess, in-nuqqas ta’ trasparenza u akkuratezza tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) u n-nuqqas ta’ ċarezza fuq it-terminoloġija u l-operazzjonijiet tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG. |
|
(7) |
Fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni ressqet strateġija ta’ finanzjament sostenibbli aġġornata, li ġiet adottata fil-komunikazzjoni tagħha tas-6 ta’ Lulju 2021 intitolata “Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni għal Ekonomija Sostenibbli”. |
|
(8) |
Bħala segwitu, il-Kummissjoni ħabbret f’dik l-istrateġija konsultazzjoni pubblika dwar il-klassifikazzjonijiet ESG biex tikkontribwixxi għal valutazzjoni tal-impatt. Fil-konsultazzjoni pubblika li saret fl-2022, il-partijiet ikkonċernati kkonfermaw tħassib dwar in-nuqqas ta’ trasparenza tal-metodoloġiji u l-objettivi tal-klassifikazzjonijiet ESG u ċarezza fuq l-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG. Peress li l-fiduċja hija kruċjali għall-funzjonament tas-swieq finanzjarji, tali nuqqas ta’ trasparenza u affidabbiltà tal-klassifikazzjonijiet ESG jenħtieġ li jiġi indirizzat b’mod urġenti. |
|
(9) |
Fil-livell internazzjonali, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) ħarġet rapport f’Novembru 2021 li fih sett ta’ rakkomandazzjonijiet dwar il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet u ta’ prodott tad-data. Il-Kummissjoni u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jenħtieġ li jikkunsidraw l-applikazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet tal-IOSCO meta jivvalutaw il-konformità ta’ ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz jew ta’ fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għall-fini ta’ ekwivalenza, approvazzjoni jew rikonoxximent. |
|
(10) |
Il-klassifikazzjonijiet ESG għandhom rwol importanti fis-swieq kapitali globali, minħabba li l-investituri, il-mutwatarji u l-emittenti qed jużaw dejjem aktar il-klassifikazzjonijiet ESG bħala parti mill-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati relatati ma’ investiment u finanzjament sostenibbli. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment, l-impriżi tal-assigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-impriżi tar-riassigurazzjoni, fost l-oħrajn, ta’ spiss jużaw il-klassifikazzjonijiet ESG bħala referenza għall-prestazzjoni tas-sostenibbiltà jew għar-riskji u l-opportunitajiet tas-sostenibbiltà fl-attività tal-investiment tagħhom. Konsegwentement, il-klassifikazzjonijiet ESG għandhom impatt sinifikanti fuq l-operazzjoni tas-swieq u fuq il-fiduċja u l-kunfidenza tal-investituri u l-konsumaturi. Sabiex jiġi żgurat li l-klassifikazzjonijiet ESG użati fl-Unjoni jkunu indipendenti, komparabbli meta dan ikun possibbli, imparzjali, sistematiċi u ta’ kwalità adegwata, huwa importanti li l-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG jitwettqu f’konformità mal-prinċipji ta’ integrità, trasparenza, responsabbiltà u governanza tajba, filwaqt li jikkontribwixxu għall-aġenda tal-Unjoni dwar il-finanzi sostenibbli. Komparabbiltà aħjar u affidabbiltà akbar tal-klassifikazzjonijiet ESG itejbu l-effiċjenza ta’ dak is-suq li qed jikber malajr, u b’hekk jiffaċilitaw il-progress lejn l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. |
|
(11) |
Il-klassifikazzjonijiet ESG għandhom rwol abilitanti għall-funzjonament xieraq tas-suq tal-finanzi sostenibbli tal-Unjoni billi jipprovdu lill-investituri u istituzzjonijiet finanzjarji b’informazzjoni importanti għall-istrateġiji ta’ investiment, l-immaniġġar tar-riskju u l-obbligi ta’ divulgazzjoni tagħhom. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-klassifikazzjonijiet ESG jipprovdu informazzjoni materjali utli għad-deċiżjonijiet lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG, u li l-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG jifhmu aħjar l-objettivi li jfittxu li jilħqu l-klassifikazzjonijiet ESG u l-kwistjonijiet u metriċi speċifiċi mkejla minn tali klassifikazzjonijiet. |
|
(12) |
Huwa meħtieġ li jiġu rikonoxxuti d-diversi mudelli tan-negozju tas-suq tal-klassifikazzjonijiet ESG. L-ewwel mudell tan-negozju huwa l-mudell ta’ ħlas mill-utent, fejn l-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG huma prinċipalment investituri li jixtru klassifikazzjonijiet ESG bil-għan li jagħmlu deċiżjonijiet ta’ investiment. It-tieni mudell tan-negozju huwa l-mudell imħallas mill-emittent, fejn l-impriżi jixtru klassifikazzjonijiet ESG bil-għan li jivvalutaw ir-riskji u l-opportunitajiet fi ħdan l-operazzjonijiet tagħhom. Sabiex tiġi żgurata affidabbiltà akbar tal-klassifikazzjonijiet ESG ipprovduti fl-Unjoni, jenħtieġ li l-elementi kklassifikati jew, fil-każ ta’ strument finanzjarju jew prodott finanzjarju, l-emittenti ta’ elementi kklassifikati jkollhom il-possibbiltà li jivverifikaw id-data użata minn fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG u li jiġi enfasizzat kwalunkwe żball fattwali fis-sett tad-data użat li jista’ potenzjalment ikollu impatt fuq il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet futuri. Għal dak il-fini, element ikklassifikat jew emittent ta’ element ikklassifikat jenħtieġ li jkun jista’, fuq talba, jaċċessa s-sett ta’ data użat biex tinħareġ il-klassifikazzjoni ESG. Il-possibbiltà li jiġi vverifikat dak is-sett tad-data jeħtieġ li tkun għodda purament għall-verifika tal-fatti, u l-element ikklassifikat jew l-emittenti ta’ elementi ikklassifikati jenħtieġ li fl-ebda ċirkostanza ma jkunu jistgħu jinfluwenzaw bi kwalunkwe mod il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni jew l-eżitu tal-klassifikazzjoni. Ir-rekwiżit għal fornitur ta’ klassifikazzjoni ESG li jinnotifika lill-element klassifikat qabel il-ħruġ tal-klassifikazzjoni ESG jenħtieġ li tapplika biss qabel l-ewwel ħruġ tal-klassifikazzjoni u mhux għal kwalunkwe aġġornament sussegwenti. Dak ir-rekwiżit iservi ta’ mezz biex l-element klassifikat jew l-emittent ta’ element klassifikat jiġi informat li huwa se jiġi klassifikat minn fornitur tal-klassifikazzjonijiet ESG. |
|
(13) |
L-Istati Membri la jirregolaw u lanqas jissorveljaw l-attivitajiet tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew il-kundizzjonijiet għall-forniment ta’ klassifikazzjonijiet ESG. Minħabba d-diverġenzi eżistenti, in-nuqqas ta’ trasparenza u n-nuqqas ta’ regoli komuni, huwa probabbli li l-Istati Membri jadottaw miżuri u approċċi diverġenti li jfixklu l-allinjament mal-objettivi tal-SDGs u l-Patt Ekoloġiku Ewropew. Dawk il-miżuri u approċċi diverġenti jkollhom impatt negattiv dirett fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern u joħolqu ostakli għalih, u jkunu ta’ detriment għas-suq tal-klassifikazzjonijiet ESG. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG li joħorġu klassifikazzjonijiet ESG għall-użu ta’ istituzzjonijiet u impriżi finanzjarji fl-Unjoni jkunu soġġetti għal regoli differenti fi Stati Membri differenti. Standards u prattiki tas-suq diverġenti jagħmluha diffiċli li jkun hemm ċarezza fuq il-kostruzzjoni tal-klassifikazzjonijiet ESG u jippermettu t-tqabbil tagħhom, biex b’hekk jinħolqu kundizzjonijiet tas-suq mhux uniformi għall-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG. Dan jikkawża ostakli addizzjonali fis-suq intern, u jirriskja li jfixkel d-deċiżjonijiet ta’ investiment. |
|
(14) |
Dan ir-Regolament jikkomplementa l-atti legali eżistenti tal-Unjoni -fil-qasam tal-finanzi sostenibbli u għandu l-għan lijiffaċilita il-flussi ta’ informazzjoni sabiex jiffaċilita d-deċiżjonijiet ta’ investiment. |
|
(15) |
Sabiex jiġi definit b’mod adegwat il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-kunċett ta’ “operazzjoni fl-Unjoni”, filwaqt li ssir distinzjoni bejn, minn naħa waħda, il-każijiet meta l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikunu stabbiliti fl-Unjoni jew, min-naħa l-oħra, il-każijiet meta l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikunu stabbiliti barra l-Unjoni. Fl-ewwel każ, jenħtieġ li l-fornituri ta’ klassifikazzjoniet ESG stabbiliti fl-Unjoni jitqiesu li joperaw fl-Unjoni meta joħorġu u jippubblikaw il-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom fuq is-sit web tagħhom jew b’mezzi oħra, jew meta joħorġu u jiddistribwixxu l-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom b’sottoskrizzjoni jew relazzjonijiet kuntrattwali oħra lil impriżi finanzjarji regolati fl-Unjoni, lil impriżi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), lil impriżi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), b’mod partikolari fir-rigward ta’ emittenti ta’ pajjiżi terzi li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ fi swieq regolati tal-Unjoni, jew lill-istituzzjoniet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jew awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri. Fit-tieni każ, il-fornituri ta’ klassifikazzjoniet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni jenħtieġ li jitqiesu li joperaw fl-Unjoni biss meta joħorġu u jiddistribwixxu l-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom b’sottoskrizzjoni jew relazzjonijiet kuntrattwali oħra lill-istess entitajiet bħal fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti fl-Unjoni. |
|
(16) |
Dan ir-Regolament huwa mfassal biex jirregola l-ħruġ, id-distribuzzjoni u, meta dan ikun rilevanti, il-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet ESG, mingħajr ma jkun intenzjonat li jirregola l-użu tagħhom. Minħabba li l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ dan ir-Regolament huwa marbut mal-kunċett ta’ “operazzjoni fl-Unjoni”, jenħtieġ li l-utenti ta’ klassifikazzjonijiet ESG jinvolvu ruħhom mal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jkunu awtorizzati jew irreġistrati skont dan ir-Regolament. Madankollu, f’każijiet limitati, utent tal-klassifikazzjonijiet ESG fl-Unjoni jenħtieġ li jkun jista’ jinvolvi ruħu ma’ fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni u mhux awtorizzat jew rikonoxxut skont dan ir-Regolament. Tali każijiet jenħtieġ li jaderixxu strettament ma’ kundizzjonijiet speċifiċi biex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ ċirkomvenzjoni tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
|
(17) |
Biex tiġi definita b’mod adegwat il-firxa ta’ prodotti li għalihom japplika dan ir-Regolament, id-definizzjoni ta’ klassifikazzjoni ESG jenħtieġ li tiġi limitata għal opinjonijiet jew, punteġġi, jew kumbinazzjoni tat-tnejn, li jkunu bbażati kemm fuq metodoloġija stabbilita kif ukoll fuq sistema ta’ klassifikazzjoni definita bħal kategoriji tal-klassifikazzjonijiet. Pereżempju, l-assenjazzjoni ta’ element għal kategorija jew skala li tkun pożittiva jew negattiva, abbażi ta’ metodoloġija stabbilita fir-rigward tad-drittijiet ambjentali, soċjali u tal-bniedem, jew tal-fatturi ta’ governanza jew fir-rigward tal-esponiment għar-riskji, jenħtieġ li titqies sistema ta’ klassifikazzjoni għal fini ta’ dan ir-Regolament. |
|
(18) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-pubblikazzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ data dwar id-drittijiet ambjentali, soċjali u tal-bniedem, u l-fatturi ta’ governanza li ma tirriżultax fl-iżvilupp ta’ klassifikazzjoni ESG. Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx applikabbli għal prodotti jew servizzi li jinkorporaw element ta’ klassifikazzjoni ESG, inkluża r-riċerka dwar l-investiment kif stabbilit fid-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Ir-rieżamijiet esterni tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej kif previsti fir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), u r-rieżamijiet esterni u l-opinjonijiet ta’ tieni parti dwar bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli, bonds marbuta mas-sostenibbiltà, u bonds, self u tipi oħra ta’ strumenti ta’ dejn ikkummerċjalizzati bħala sostenibbli, jenħtieġ li jkunu wkoll jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sal-punt li tali rieżamijiet esterni u opinjonijiet ta’ tieni parti ma jkunx fihom klassifikazzjonijiet ESG maħruġa mir-rieżaminatur estern jew mill-fornitur tal-opinjoni ta’ tieni parti. Ir-rieżamijiet esterni jinkludu rieżamijiet ta’ divulgazzjoni ta’ qabel il-ħruġ, bħal skedi informattivi tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej jewoqfsa ta’ bonds ikkumerċjalizzati bħala sostenibbli, kif ukoll rieżamijiet ta’ divulgazzjoni ta’ wara l-ħruġ, bħal rapporti ta’ allokazzjoni annwali tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej, rapporti tal-impatt tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u rapporti dwar bonds ikkumerċjalizzati bħala sostenibbli. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għal klassifikazzjonijiet żviluppati esklużivament għall-proċessi ta’ akkreditazzjoni jew ċertifikazzjoni, peress li tali klassifikazzjonijiet mhumiex immirati lejn l-analiżi tal-investimenti, l-analiżi finanzjarja, it-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-investimenti jew it-teħid tad-deċiżjonijiet finanzjarji. Fl-aħħar nett, dan ir-Regolamentjenħtieġ li ma jkunx japplika għall-attivitajiet ta’ tikkettar ESG dment lit-tikkettar mogħti lil entitajiet, strumenti finanzjarji jew prodotti ma jinvolvux id-divulgazzjoni ta’ klassifikazzjoni ESG. |
|
(19) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għal klassifikazzjonijiet maħruġa minn membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) meta dawn il-klassifikazzjonijiet ma jkunux ippubblikati jew imqassma għal skopijiet kummerċjali. Din il-limitazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni hija sabiex jiġi żgurat li dan ir-Regolament ma jkollux impatt mhux intenzjonat fuq miżuri tas-SEBĊ li jkunu intiżi biex iqisu kunsiderazzjonijiet klimatiċi, jew kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza oħra fil-qafas tal-kollateral tal-politika monetarja tas-SEBĊ meta l-SEBĊ issegwi l-objettiv primarju tagħha li żżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet u, mingħajr preġudizzju għal dak l-objettiv, tappoġġa l-politiki ekonomiċi ġenerali fl-Unjoni. |
|
(20) |
Meta impriża jew istituzzjoni finanzjarja tiddivulga informazzjoni dwar l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet għas-sostenibbiltà tagħha stess, jew dawk tal-katina tal-valur tagħha, jenħtieġ li tali informazzjoni ma titqiesx bħala klassifikazzjoni ESG skont dan ir-Regolament. |
|
(21) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għal klassifikazzjonijiet ESG privati maħruġa fuq ordni individwali u pprovduti esklużivament lill-persuna li tkun għamlet l-ordni u li ma jkunux maħsuba għal divulgazzjoni jew għal distribuzzjoni pubblika b’sottoskrizzjoni jew b’mezzi oħrajn. Jenħtieġ li dan ir-Regolament lanqas ma japplika għal klassifikazzjonijiet ESG maħruġa minn impriżi finanzjarji regolati fl-Unjoni li jintużaw esklużivament għal finijiet interni jew għall-forniment ta’ servizzi jew prodotti finanzjarji interni jew intragrupp. |
|
(22) |
Sabiex ikomplu jissaħħu l-funzjonament tas-suq intern u l-livell ta’ protezzjoni tal-investituri, huwa importanti li tiġi żgurata trasparenza suffiċjenti u konsistenti tal-klassifikazzjonijiet ESG maħruġa minn impriżi finanzjarji regolati fl-Unjoni u inkorporati fil-prodotti jew is-servizzi finanzjarji tagħhom meta tali klassifikazzjonijiet jiġu ddivulgati u għalhekk ikunu viżibbli għal partijiet terzi. L-investituri jenħtieġ li jirċievu informazzjoni adegwata dwar il-metodoloġiji sottostanti għall-klassifikazzjonijiet ESG, li jenħtieġ li jiġu ddivulgati fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkomplementa wkoll l-obbligi ta’ divulgazzjoni relatati mal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni stabbiliti mir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). L-istess informazzjoni jenħtieġ li tkun meħtieġa wkoll minn kwalunkwe impriża finanzjarja regolata oħra fl-Unjoni li tiddivulga klassifikazzjoni ESG maħruġa minn impriża finanzjarja regolata għal parti terza bħala parti mill-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħha, barra meta tkun soġġetta għar-Regolament (UE) 2019/2088. Jenħtieġ li l-investituri jirċievu, permezz ta’ link għad-divulgazzjonijiet fuq is-sit web tal-impriża finanzjarja regolata fl-Unjoni, l-istess informazzjoni bħal dik meħtieġa minn fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG skont il-punt 1 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies il-kontenut ta’ kwalunkwe informazzjoni diġà ddivulgata mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u mill-konsulenti finanzjarji skont ir-Regolament (UE) 2019/2088. Impriżi finanzjarji regolati oħra fl-Unjoni jenħtieġ li jiddivulgaw l-istess informazzjoni, filwaqt li jqisu d-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi tagħhom u d-differenzi bejniethom kif ukoll il-ħtieġa li tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni ta’ informazzjoni diġà ppubblikata skont rekwiżiti regolatorji applikabbli oħra. B’mod ġenerali, kwalunkwe duplikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni applikabbli jenħtieġ li tiġi evitata. B’dak l-istess objettiv, jenħtieġ li l-impriżi finanzjarji regolati fl-Unjoni li joħorġu klassifikazzjonijiet ESG u jinkorporaw dawk il-klassifikazzjonijiet fil-prodotti jew servizzi finanzjarji li joffru lil partijiet terzi jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(23) |
L-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joħorġu klassifikazzjonijiet ESG għal finijiet mhux kummerċjali u li jippubblikaw dawk il-klassifikazzjonijiet mingħajr ħlas, jenħtieġ li ma jitqisux li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jintegraw ir-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti f’dan ir-Regolament meta dan ikun applikabbli. Meta l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jimponu tariffi fuq l-elementi kklassifikati jew l-emittenti ta’ elementi klassifikati biex jirrapportaw data jew biex jassenjawlhom klassifikazzjoni permezz tal-pjattaforma tagħhom, jew meta jimponu tariffi fuq l-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG biex jaċċessaw kwalunkwe informazzjoni dwar il-klassifikazzjonijiet ESG, jenħtieġ li dawn ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(24) |
Il-persuni fiżiċi inklużi l-akkademiċi u l-ġurnalisti li jippubblikaw u jiddistribwixxu klassifikazzjonijiet ESG għal finijiet mhux kummerċjali jenħtieġ li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(25) |
Biex jiġi vvalutat il-profil ESG tal-kumpaniji, u bħala parti mill-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom dwar il-finanzjament u l-investiment sostenibbli, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment, l-impriżi tal-assigurazzjoni u l-impriżi tar-riassigurazzjoni, fost l-oħrajn, jiddependu kemm fuq klassifikazzjonijiet ESG esterni kif ukoll fuq prodotti tad-data ESG esterni. L-istituzzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li jkunu responsabbli fil-każ ta’ akkużi ta’ greenwashing relatati mal-prodotti finanzjarji tagħhom, filwaqt li d-distribuzzjoni unika ta’ informazzjoni ESG dwar entitajiet jew prodotti finanzjarji, ibbażata fuq metodoloġija proprjetarja jew stabbilita, li tinkludi, fost l-oħrajn, settijiet ta’ data dwar l-emissjonijiet u data dwar il-kontroversji ESG, jenħtieġ li ma tkunx koperta minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament biex tivvaluta jekk il-kamp ta’ applikazzjoni identifikat huwiex biżżejjed biex jiżgura l-fiduċja tal-investituri u l-konsumaturi fil-prestazzjoni tas-sostenibbiltà ta’ prodotti u servizzi finanzjarji. Il-Kumissjoni jenħtieġ li tipprevedi, meta jkun meħtieġ, t-twessigħ tas-sett ta’ prodotti tad-data ESG u l-fornituri ta’ prodott tad-data ESG koperti b’dan ir-Regolament. |
|
(26) |
Huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli li jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet ESG ipprovduti mill-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzati fl-Unjoni jkunu ta’ kwalità adegwata, ikunu soġġetti għal rekwiżiti xierqa li jirrikonoxxu l-eżistenza ta’ mudelli ta’ negozju differenti, u jiżguraw l-integrità tas-suq. Dawk ir-regoli jkunu japplikaw għall-klassifikazzjonijiet ESG ġenerali li jkopru fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza, u għal klassifikazzjonijiet li jħarsu biss lejn fattur ambjentali, soċjali jew ta’ governanza uniku jew subkomponent ta’ tali fattur. Jenħtieġ li jiġu pprovduti klassifikazzjonijiet ambjentali (E), soċjali (S) u ta’ governanza (G) separati minflok klassifikazzjoni ESG unika li taggrega l-fatturi E, S u G. Jekk il-fornituri ta’ klassifikazzjoni ESG jiddeċiedu li jipprovdu klassifikazzjonijiet aggregati, jenħtieġ li jiddivulgaw ir-rata u l-ponderazzjoni mogħtija lil kull kategorija E, S u G u jippreżentaw dik l-informazzjoni b’mod li jiżgura li kull waħda minn dawk il-kategorijitkun tista’ titqabbel mal-oħrajn. |
|
(27) |
Minħabba l-użu tal-klassifikazzjonijiet ESG minn fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni, u sabiex jiġu żgurati l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investituri u l-infurzar xieraq ta’ dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti bbażati fuq liema fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fl-Unjoni. Għalhekk, qed jiġu proposti tliet reġimi possibbli għal dawk il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni: ekwivalenza, approvazzjoni u rikonoxximent. Bħala regola, jenħtieġ li s-superviżjoni u r-regolamentazzjoni f’pajjiż terz ikunu ekwivalenti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni tal-Unjoni tal-klassifikazzjonijiet ESG. Għalhekk, il-klassifikazzjonijiet ESG ipprovduti minn fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra l-Unjoni u awtorizzat jew irreġistrat hekk f’pajjiż terz, jenħtieġ li jiġu offruti biss fl-Unjoni meta tkun ittieħdet deċiżjoni pożittiva mill-Kummissjoni dwar l-ekwivalenza tar-reġim tal-pajjiż terz. Madankollu, sabiex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv li jirriżulta minn waqfien f’daqqa possibbli tal-offerta fl-Unjoni tal-klassifikazzjonijiet ESG ipprovduti minn fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu previsti ċerti reġimi oħrajn, jiġifieri dak tal-approvazzjoni u r-rikonoxximent. Kwalunkwe fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG bi struttura ta’ grupp jenħtieġ li jkun jista’ juża r-reġim ta’ approvazzjoni għall-klassifikazzjonijiet ESG żviluppati barra mill-Unjoni. Biex jagħmel dan, jenħtieġ li jistabbilixxi, fi ħdan l-istruttura tal-grupp, fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzat fl-Unjoni. Dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzat jenħtieġ li jiżgura li l-ħruġ u d-distribuzzjoni ta’ klassifikazzjonijiet ESG jissodisfaw rekwiżiti li mill-inqas ikunu stretti daqs ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit fl-Unjoni jenħtieġ li jkollu l-għarfien espert meħtieġ biex jimmonitorja effetivament il-ħruġ u d-distribuzzjoni tal-klassifikazzjonijiet ESG pprovduti mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni u jenħtieġ li jkun hemm raġuni oġġettiva għaliex il-klassifikazzjonijiet approvati jinħarġu minn fornitur stabbilit barra mill-Unjoni. Ir-rekwiżit li tintwera l-konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jiġix ippruvat għal kull klassifikazzjoni ESG individwali approvata iżda pjuttost għall-metodoloġiji u l-proċeduri ġenerali implimentati mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG. Min-naħa tagħhom, fornituri iżgħar ta’ klassifikazzjonijiet ESG li huma kkategorizzati bħala impriżi żgħar jew gruppi żgħar skont il-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2013/34/UE (“fornituri żgħar ta’ klassifikazzjoni ESG”) jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbenefikaw mir-reġim ta’ rikonoxximent. Meta fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni jkun soġġett għal superviżjoni f’pajjiż terz, jenħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni xierqa sabiex jiġi żgurat l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni mal-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz. |
|
(28) |
Il-kunċett ta’ stabbiliment jestendi għal kwalunkwe attività reali u effettiva eżerċitata permezz ta’ arranġamenti stabbli. Meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk entità bbażata barra mill-Unjoni għandhiex stabbiliment fi Stat Membru, huwa pertinenti li jiġi kkunsidrat il-grad ta’ stabbiltà ta’ dawk l-arranġamenti, l-eżerċizzju effettiv tal-attivitajiet fl-Unjoni, u n-natura speċifika tal-attivitajiet ekonomiċi u s-servizzi pprovduti. |
|
(29) |
L-Unjoni tirrappreżenta wieħed mis-swieq ewlenin għall-klassifikazzjonijiet ESG. Hija wkoll waħda mill-ewwel ġuriżdizzjonijiet li rregolat it-trasparenza u l-integrità tal-klassifikazzjonijiet ESG. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli taħdem mas-sħab internazzjonali biex trawwem il-konverġenza tar-regoli li japplikaw għall-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG. |
|
(30) |
Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ fiduċja tal-investituri u tal-konsumaturi fis-suq intern, jenħtieġ li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jipprovdu klassifikazzjonijiet ESG fl-Unjoni jkunu meħtieġa li jiġu awtorizzati. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet armonizzati għal tali awtorizzazzjoni u l-proċedura għall-għoti jew ir-rifjut, u s-sospensjoni jew l-irtirar ta’ tali awtorizzazzjoni. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzati jinnotifikaw lill-ESMA dwar kwalunkwe bidla materjali fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali tagħhom mingħajr dewmien żejjed. Bidla materjali tinkludi kwalunkwe ftuħ jew għeluq ta’ fergħa fl-Unjoni. Sabiex tipprovdi aktar ċarezza lill-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG, jenħtieġ li l-ESMA tispeċifika x’jikkostitwixxi bidla materjali billi toħroġ linji gwida għal dak l-għan. |
|
(31) |
Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ informazzjoni lill-investituri u lil utenti oħrajn tal-klassifikazzjonijiet ESG, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjonijiet ESG u l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG tkun disponibbli fuq il-Punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
|
(32) |
Sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-affidabbiltà tal-klassifikazzjonijiet ESG, jenħtieġ li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jużaw metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni li jkunu rigorużi, sistematiċi, indipendenti, u kapaċi li jiġu ġġustifikati u li japplikaw b’mod kontinwu u b’mod trasparenti. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jiġu mħeġġa jindirizzaw iż-żewġ aspetti tal-prinċipju ta’ materjalità doppja. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jirrieżaminaw il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni ESG fuq bażi kontinwa u mill-inqas kull sena, filwaqt li jqisu l-iżviluppi tal-Unjoni u dawk internazzjonali li jaffettwaw il-fatturi E, S jew G. Madankollu, huwa importanti li titħalla f’idejn il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stess id-determinazzjoni tal-metodoloġiji proprji tagħhom f’konformità ma’ dawk il-prinċipji. |
|
(33) |
Jenħtieġ li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jiddivulgaw informazzjoni lill-pubbliku dwar il-metodoloġiji, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet ewlenin tal-klassifikazzjoni li dawk il-fornituri jużaw fl-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG tagħhom u f’kull wieħed mill-prodotti ta’ klassifikazzjoni ESG tagħhom. Fid-dawl tal-użi tal-klassifikazzjonijiet ESG mill-investituri, jenħtieġ li prodotti ta’ klassifikazzjoni jiddivulgaw b’mod ċar liema dimensjoni tal-prinċipju ta’ materjalità doppja l-klassifikazzjoni tindirizza, jiġifieri jekk tinvolvix kemm ir-riskju finanzjarju materjali għall-element ikklassifikat jew għall-emittent tal-element ikklassifikat kif ukoll l-impatt materjali tal-element ikklassifikat jew tal-emittent tal-element ikklassifikat fuq l-ambjent u fuq is-soċjetà b’mod ġenerali, jew jekk tindirizzax wieħed biss minn dawk id-dimensjonijiet. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jiddivulgaw b’mod ċar ukoll jekk il-klassifikazzjoni tindirizzax dimensjonijiet oħrajn. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata dwar il-metodoloġiji, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet ewlenin tal-klassifikazzjoni lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tippermetti lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG iwettqu d-diliġenza dovuta tagħhom stess meta jivvalutaw jekk għandhomx jiddependu fuq dawk il-klassifikazzjonijiet ESG. Madankollu, jenħtieġ li d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni li tikkonċerna l-metodoloġiji, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet ewlenin tal-klassifikazzjoni ma tiżvelax informazzjoni kummerċjali sensittiva u ma tfixkilx l-innovazzjoni. Il-fornituri ta’ klassifikazzjoni ESG jenħtieġ li jiddivulgaw ukoll jekk qisux il-fatturi E, S jew G, jew aggregazzjoni tagħhom, il-klassifikazzjoni mogħtija lil kull fattur rilevanti, u l-ponderazzjoni li kull wieħed minn dawk il-fatturi jkun ingħata fl-aggregazzjoni. Il-fornituri ta’ klassifikazzjoni ESG jenħtieġ li jiddivulgaw ukoll il-limitazzjonijiet tal-informazzjoni disponibbli għalihom u l-limitazzjonijiet tal-metodoloġija użata, bħal meta jivvalutaw biss waħda miż-żewġ dimensjonijiet tal-prinċipju ta’ materjalità doppja jew meta l-klassifikazzjoni ESG tiġi espressa f’valur assolut jew relattiv. Huma jenħtieġ ukoll li jiddivulgaw informazzjoni dwar kwalunkwe involviment possibbli ma’ partijiet ikkonċernati tal-element ikklassifikat jew tal-emittent tal-element ikklassifikat. |
|
(34) |
Biex jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ kwalità, huwa rrakkomandat li l-klassifikazzjonijiet ESG iqisu l-objettivi tal-Unjoni u l-istandards internazzjonali għal kull fattur.Għaldaqstant, jenħtieġ li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jipprovdu informazzjoni dwar jekk il-klassifikazzjoni ESG tqisx, fost oħrajn, il-miri u l-objettivi tal-ftehimiet internazzjonali rilevanti, inkluż dawk fil-Ftehim ta’ Pariġi adottat fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-“Ftehim ta’ Pariġi”) approvat mill-Unjoni fil-5 ta’ Ottubru 2016 (11) għall-fattur E, il-konformità mal-konvenzjonijiet ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-dritt għall-organizzazzjoni u n-negozjar kollettiv għall-fattur S, u l-allinjament mal-istandards internazzjonali dwar l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa għall-fattur G. |
|
(35) |
Ir-Regolament (UE) 2019/2088, ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u d-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jirrappreżentaw inizjattivi leġiżlattivi deċiżivi biex jitjiebu d-disponibbiltà, il-kwalità u l-konsistenza tar-rekwiżiti ESG tul il-katina tal-valur sħiħa ta’ parteċipanti fis-suq finanzjarju, li jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità tal-klassifikazzjonijiet ESG. |
|
(36) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jinterferix mal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni ESG jew mal-kontenut tal-klassifikazzjonijiet ESG. Id-diversità fil-metodoloġiji tal-fornituri ta’ klassifikazzjoni ESG tiżgura li jkunu jistgħu jintlaħqu r-rekwiżiti wesgħin tal-utentital-klassifikazzjonijiet ESG u tippromwovi l-kompetizzjoni fis-suq. |
|
(37) |
Filwaqt li fornitur tal-klassifikazzjoni ESG jenħtieġ li jkun jista’ juża l-allinjament mat-tassonomija stabbilita fir-Regolament (UE) 2020/852 bħala fattur rilevanti jew indikatur ewlieni tal-prestazzjoni fil-metodoloġija tal-klassifikazzjoni tiegħu, il-klassifikazzjonijiet ESG fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jitqisux tikketti ESG li jindikaw jew jiggarantixxu l-konformità jew l-allinjament mar-Regolament (UE) 2020/852 jew ma’ kwalunkwe standard ieħor. |
|
(38) |
Jenħtieġ li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jiżguraw li jipprovdu klassifikazzjonijiet ESG li jkunu indipendenti, imparzjali, sistematiċi u ta’ kwalità adegwata. Huwa importanti li jiġu introdotti rekwiżiti organizzazzjonali li jiżguraw il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali. Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom, jenħtieġ li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jevitaw sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess u jimmaniġġaw tali kunflitti b’mod adegwat meta dawn ikunu inevitabbli. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jiddivulgaw il-kunflitti ta’ interess fil-ħin. Jenħtieġ li jżommu wkoll rekords tat-theddid sinifikanti kollu għall-indipendenza tagħhom u dik tal-impjegati tagħhom u ta’ persuni oħrajn involuti fil-proċess ta’ klassifikazzjoni, u tas-salvagwardji applikati biex jittaffa’ dak it-theddid. Barra minn hekk, sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess potenzjali, jenħtieġ li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG ma jitħallewx joffru mill-istess entità għadd ta’ attivitajiet oħrajn, inklużi servizzi ta’ konsulenza, klassifikazzjonijiet tal-kreditu, parametri referenzjarji, attivitajiet ta’ investiment, awditjar, jew attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Fl-aħħar nett, sabiex jiġi evitat, identifikat, eliminat jew immaniġġat u ddivulgat kwalunkwe kunflitt ta’ interess u sabiex jiġu żgurati f’kull ħin il-kwalità, l-integrità u r-reqqa tal-proċess ta’ klassifikazzjoni u rieżami ESG, jenħtieġ li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jistabbilixxu politiki u proċeduri interni xierqa b’rabta mal-impjegati u ma’ persuni oħrajn involuti fil-proċess ta’ klassifikazzjoni. Jenħtieġ li tali politiki u proċeduri, b’mod partikulari, jinkludu mekkaniżmi ta’ kontroll intern u funzjoni ta’ sorveljanza. |
|
(39) |
Sabiex jiġu indirizzati r-riskji ta’ kunflitti ta’ interess, jenħtieġ li xi attivitajiet jiġu offruti minn entitajiet legali separati. Madankollu, xi wħud minn dawk l-attivitajiet jistgħu jiġu offruti mill-istess entità ġuridika meta l-fornitur ta’ klassifikazzjoni ESG kkonċernat jkollu biżżejjed miżuri u proċeduri fis-seħħ biex jiżgura li kull attività tiġi eżerċitata b’mod awtonomu u biex jiġi evitat li jinħolqu riskji potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG tagħha. Jenħtieġ li tali deroga ma tkunx possibbli għal attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u għal attivitajiet ta’ awditjar u konsultazzjoni. L-attivitajiet ta’ konsultazzjoni jinkludu l-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ sostenibbiltà u strateġiji għall-immaniġġar tar-riskji jew tal-impatti għas-sostenibbiltà. Fir-rigward tal-attività tal-provvista tal-parametri referenzjarji, l-ESMA jenħtieġ li tivvaluta jekk il-miżuri proposti mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG humiex xierqa u suffiċjenti fir-rigward tar-riskji potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess. Tali valutazzjoni jenħtieġ li tqis jekk l-amministratur tal-parametru referenzjarju joffrix parametri referenzjarji li jsegwu objettivi ta’ sostenibbiltà u b’mod partikolari Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). |
|
(40) |
Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jenħtieġ li jiżguraw li l-impjegati taħghom u persuni oħra involuti fil-proċess ta’ klassifikazzjoni ma jipparteċipawx fid-determinazzjoni ta’ klassifikazzjoni ESG ta’ kwalunkwe element kklassifikat, jew jinfluwenzawha b’xi mod ieħor, jekk ikun hemm kwalunkwe evidenza ta’ awtorieżami, interess personali, promozzjoni, jew familjarità li jirriżultaw minn relazzjonijiet finanzjarji, personali, kummerċjali, ta’ impjieg jew oħrajn bejn dawk il-persuni u l-element kklassifikat jew l-emittenti tal-element kklassifikat, li b’riżultat tagħhom parti terza oġġettiva, raġonevoli u infurmata, filwaqt li tqis is-salvagwardji applikati, tikkonkludi li l-indipendenza ta’ dawk il-persuni hija kompromessa. Jekk, matul il-perjodu li fih l-impjegati tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew persuni oħra involuti fil-proċess ta’ klassifikazzjoni jkunu parti mill-attivitajiet ta’ valutazzjoni, element kklassifikat jew emittent ta’ element kklassifikat tiġi fuża ma’ entità oħra jew takkwista entità oħra, jenħtieġ li dawk il-persuni jidentifikaw u jevalwaw kwalunkwe interess jew relazzjoni attwali jew reċenti li, filwaqt li jitqiesu s-salvagwardji disponibbli, jistgħu jikkompromettu l-indipendenza u l-kapaċità ta’ dawk il-persuni li jkomplu jkunu involuti fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni wara d-data effettiva tal-fużjoni jew tal-akkwiżizzjoni. |
|
(41) |
Biex ikun hemm aktar ċarezza u tissaħħaħ il-fiduċja fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti għas-superviżjoni kontinwa tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG fl-Unjoni. Fid-dawl tas-similaritajiet sinifikanti bejn l-attivitajiet tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u dawk tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG, l-allinjament mill-qrib relatat tal-aspetti ċentrali tal-qafas regolatorju għall-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG mal-qafas regolatorju għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), u sabiex jiġu żgurati l-applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament kif ukoll is-superviżjoni uniformi, huwa meqjus rakkomandabbli, meta titqies id-deċiżjoni meħuda skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 li s-superviżjoni tiġi fdata lill-ESMA, li s-superviżjoni tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG tiġi fdata wkoll lill-ESMA. Il-fatt li dan ir-Regolament jafda is-superviżjoni lill-ESMA ma jikkostitwixxix preċedent u jenħtieġ li ma jiġix interpretat bħala li jistabbilixxi prattika jew politika dwar l-attribuzzjoni ta’ responsabbiltajiet superviżorji fis-settur tas-servizzi finanzjarji. |
|
(42) |
Minbarra l-użu tagħhom fis-settur tas-servizzi finanzjarji, il-klassifikazzjonijiet ESG jintużaw ukoll fil-kuntest tal-akkwist u tal-katina tal-provvista. Għalhekk jenħtieġ li, fis-superviżjoni tagħha tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG, l-ESMA tqis id-distinzjoni bejn il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG fis-setturi tas-servizzi finanzjarji u dawk fis-setturi tas-servizzi mhux finanzjarji. |
|
(43) |
Jenħtieġ li l-ESMA tkun tista’ titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq il-kompiti superviżorji tagħha b’mod effettiv. Għalhekk jenħtieġ li tkun tista’ titlob tali informazzjoni mingħand il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG, il-persuni involuti f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, l-elementi kklassifikati u l-emittenti ta’ elementi kklassifikati, partijiet terzi li lilhom fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jkunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operattivi, persuni li b’xi mod ieħor huma relatati jew konnessi mill-qrib u sostanzjalment ma’ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew ma’ attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, u rappreżentanti legali nominati taħt ir-reġim ta’ rikonoxximent. |
|
(44) |
Jenħtieġ li l-ESMA tkun tista’ twettaq il-kompiti superviżorji tagħha, u b’mod partikolari tkun tista’ ġġiegħel lill-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG biex itemmu ksur, jipprovdu informazzjoni kompluta u korretta, jew jissottomettu ruħhom għal investigazzjoni jew spezzjoni fuq il-post. Biex jiġi żgurat li tkun tista’ twettaq dawk il-kompiti superviżorji, jenħtieġ li l-ESMA tkun tista’ timponi multijew pagamenti perjodiċi ta’ penali. |
|
(45) |
Minħabba r-rwol tagħha bħala l-awtorità tal-Unjoni li tawtorizza u tissorvelja l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG, jenħtieġ li l-ESMA tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u tippreżentahom lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-ESMA tispeċifika aktar l-informazzjoni meħtieġa għall-awtorizzazzjoni tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290TFUE u f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
|
(46) |
Meta tawtorizza u tissorvelja l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG, jenħtieġ li l-ESMA tkun tista’ titlob lill-entitajiet taħt superviżjoni tariffi superviżorji. Jenħtieġ li dawn it-tariffi jkunu proporzjonati u xierqa għad-daqs tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG u sal-punt tas-superviżjoni tagħhom. |
|
(47) |
Sabiex jiġu speċifikati aktar l-elementi tekniċi ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFEU fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tal-proċedura biex jiġu imposti multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ difiża, dispożizzjonijiet temporali, dispożizzjonijiet dwar il-ġbir ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, u regoli dettaljati dwar il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali u fir-rigward tat-tip ta’ tariffi, il-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi, u l-mod li bih għandhom jitħallsu dawk it-tariffi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (16). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(48) |
Huwa meħtieġ li jkun hemm fis-seħħ għadd ta’ miżuri li jappoġġaw fornituri żgħar ta’ klassifikazzjonijiet ESG biex ikunu jistgħu jkomplu l-attivitajiet tagħhom, jew jidħlu fis-suq wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. F’dak l-isfond, jenħtieġ li jiġi introdott reġim temporanju biex jiffaċilita d-dħul fis-suq ta’ fornituri żgħar ta’ klassifikazzjonijiet ESG u jappoġġa l-iżvilupp ta’ fornituri żgħar eżistenti ta’ klassifikazzjonijiet ESG li diġà joperaw fl-Unjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Skont dak ir-reġim temporanju, il-fornituri żgħar ta’ klassifikazzjonijiet ESGjenħtieġ li jirreġistraw mal-ESMA, mingħajr il-ħtieġa li jingħataw awtorizzazzjoni biex joperaw fl-Unjoni, u jenħtieġ li jkunu soġġetti biss għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar ir-rekwiżiti organizzazzjonali u ta’ trasparenza. Jenħtieġ li l-ESMA jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni u li twettaq investigazzjonijiet ġenerali u spezzjonijiet fuq il-post kif ukoll li tadotta miżuri amministrattivi. Jenħtieġ li l-ESMA tiżgura li r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġu evitati, b’mod partikolari billi jiġi evitat li impriżi żgħar fi gruppi ta’ daqs medju jew kbar skont il-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2013/34/UE jibbenefikaw mir-reġim temporanju. Ladarba jintemm ir-reġim temporanju, il-fornituri żgħar ta’ klassifikazzjonijiet ESG jenħtieġ li japplikaw għall-awtorizzazzjoni biex joperaw fl-Unjoni u jibbenefikaw mir--rekwiżiti ta’ governanza proporzjonati, utariffi superviżorji proporzjonati mal-fatturat nett annwali tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikkonċernat. |
|
(49) |
Meta element, emittent ta’ element jew investitur ifittxu klassifikazzjoni ESG mingħand tal-inqas żewġ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG, dawn jistgħu jqisu li jaħtru mill-inqas fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG wieħed b’sehem mis-suq għal attivitajiet tal-klassifikazzjonijiet ESG ta’ mhux aktar minn 10 % fl-Unjoni. |
|
(50) |
Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi reġim konsistenti u effettiv biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet u l-vulnerabbiltajiet li joħolqu l-klassifikazzjonijiet ESG, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
|
(51) |
Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. |
|
(52) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew ta l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tiegħu fl-4 ta’ Ottubru 2023, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jintroduċi approċċ regolatorju komuni biex jittejbu l-integrità, it-trasparenza, il-komparabbiltà meta dan ikun possibbli, ir-responsabbiltà, l-affidabbiltà, il-governanza tajba u l-indipendenza tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, b’hekk jikkontribwixxi għat-trasparenza u l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet ESG u għall-aġenda dwar il-finanzi sostenibbli tal-Unjoni. Huwa għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, filwaqt li jikseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u tal-investituri u jipprevjeni l-greenwashing utipi oħrajn ta’ miżinformazzjoni, inklużi l-ħasil soċjali, bl-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ trasparenza relatati mal-klassifikazzjonijiet ESG u r-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kondotta tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament japplika għall-klassifikazzjonijiet ESG maħruġa minn fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG li joperaw fl-Unjoni.
Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jitqiesu li qed joperaw fl-Unjoni fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
għall-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti fl-Unjoni:
|
|
(b) |
għall-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni, meta joħorġu u jiddistribwixxu l-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom permezz ta’ sottoskrizzjoni jew relazzjonijiet kuntrattwali oħra lil impriżi finanzjarji regolati fl-Unjoni, lil impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/34/UE, lil impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/109/KE jew lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jew lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri. |
2. Dan ir-Regolament ma japplika għall-ebda waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
klassifikazzjonijiet ESG privati li ma humiex maħsuba għad-divulgazzjoni pubblika jew għad-distribuzzjoni; |
|
(b) |
klassifikazzjonijiet ESG maħruġa minn impriżi finanzjarji regolati fl-Unjoni li jintużaw esklużivament għal skopijiet interni jew għall-forniment ta’ servizzi jew prodotti finanzjarji interni jew intragrupp; |
|
(c) |
klassifikazzjonijiet ESG maħruġa minn impriżi finanzjarji regolati fl-Unjoni li:
Fis-sitwazzjonijiet koperti bl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt, meta impriża finanzjarja regolata fl-Unjoni tiddivulga klassifikazzjoni ESG lil partijiet terzi bħala parti mill-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħha, hija għandha tinkludi fuq is-sit web tagħha l-istess informazzjoni bħal dik meħtieġa mill-punt 1 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament u għandha tiddivulga f’dawk il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni link għal dawk id-divulgazzjonijiet tas-sit web, ħlief meta tkun soġġetta għall-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) 2019/2088. L-awtoritajiet kompetenti maħtura f’konformità mal-atti leġiżlattivi settorjali kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt għandhom jimmonitorjaw il-konformità mill-impriżi finanzjarji regolati fl-Unjoni mar-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt, f’konformità mas-setgħat mogħtija b’dawk il-atti leġiżlattivi settorjali; |
|
(d) |
klassifikazzjonijiet ESG maħruġa minn fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni li mhumiex awtorizzati jew rikonoxxuti skont it-Titolu II u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(e) |
il-pubblikazzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ data dwar id-drittijiet ambjentali, soċjali u tal-bniedem, u l-fatturi ta’ governanza; |
|
(f) |
klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, u kwalunkwe punteġġi jew valutazzjonijiet relatati mal-ESG li jiġu prodotti jew ippubblikati bħala parti mill-metodoloġiji għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jew bħala input jew output tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja; |
|
(g) |
prodotti jew servizzi li jinkorporaw element ta’ klassifikazzjoni ESG, inkluża r-riċerka dwar l-investiment kif stabbilit fid-Direttiva 2014/65/UE; |
|
(h) |
rieżamijiet esterni tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej, kif previst fir-Regolament (UE) 2023/2631; |
|
(i) |
rieżamijiet esterni jew opinjonijiet ta’ tieni parti dwar bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli, bonds marbuta mas-sostenibbiltà, u bonds, self u tipi oħra ta’ strumenti ta’ dejn ikkumerċjalizzati bħala sostenibbli, sal-punt li tali rieżamijiet esterni u opinjonijiet ta’ tieni parti ma jkunx fihom klassifikazzjonijiet ESG maħruġa mir-rieżaminatur estern jew mill-fornitur tal-opinjoni ta’ tieni parti; |
|
(j) |
klassifikazzjonijiet ESG maħruġa mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri meta tali klassifikazzjonijiet ma jiġux ippubblikati jew distribwiti għal finijiet kummerċjali; |
|
(k) |
klassifikazzjonijiet ESG maħruġa minn fornitur awtorizzat ta’ klassifikazzjonijiet ESG meta tali klassifikazzjonijiet jiġu ppublikati jew distribwiti minn parti terza; |
|
(l) |
klassifikazzjonijiet ESG maħruġa minn membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali meta tali klassifikazzjonijiet ma jiġux ippubblikati jew distribwiti għal skopijiet kummerċjali; |
|
(m) |
divulgazzjonijiet obbligatorji skont l-Artikoli 6, 8, 9, 10, 11 u 13 tar-Regolament (UE) 2019/2088; |
|
(n) |
divulgazzjonijiet skont l-Artikoli 5, 6 u 8 tar-Regolament (UE) 2020/852; |
|
(o) |
klassifikazzjonijiet ESG żviluppati esklużivament għall-proċessi ta’ akkreditazzjoni jew ċertifikazzjoni, li ma jkollhomx fil-mira analiżi ta’ investimenti, analiżi finanzjarja, teħid ta’ deċiżjonijiet dwar investimenti jew teħid ta’ deċiżjonijiet finanzjarji; |
|
(p) |
attivitajiet ta’ tikkettar dment li t-tikketti mogħtija lill-entitajiet, lill-istrumenti finanzjarji jew lill-prodotti finanzjarji rilevanti ma jinvolvux id-divulgazzjoni ta’ klassifikazzjoni ESG; |
|
(q) |
klassifikazzjonijiet ESG ippubblikati jew distribwiti minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ għal finijiet mhux kummerċjali. |
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (q), meta l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jimponu tariffi fuq l-elementi kklassifikati jew l-emittenti tal-elementi kklassifikati biex jirrapportaw data jew biex jassenjawlhom klassifikazzjoni permezz tal-pjattaforma tagħhom, jew meta jimponu tariffi fuq l-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG biex jaċċessaw kwalunkwe informazzjoni dwar il-klassifikazzjonijiet ESG, dawn għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
3. L-ESMA, l-Awtorità Superviżorja Ewropea, (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25), u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) (magħrufin kollettivament bħala “Awtoritajiet Superviżorji Ewropej” jew “ESAs”) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw id-dettalji tal-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), it-tieni subparagrafu, filwaqt li jqisu d-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi tagħhom u d-differenzi bejniethom, u l-ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-informazzjoni diġà ppubblikata f’konformità mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli.
L-ESMA għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“klassifikazzjoni ESG” tfisser opinjoni jew punteġġ, jew kombinazzjoni tat-tnejn, fir-rigward tal-profil jew il-karatteristiċi ta’ element ikklassifikat fir-rigward tad-drittijiet ambjentali, soċjali u tal-bniedem, jew il-fatturi ta’ governanza, jew fir-rigward tal-iskopertura ta’ element ikklassifikat għar-riskji jew impatt fuq d-drittijiet ambjentali, soċjali u tal-bniedem, jew il-fatturi ta’ governanza, li tkun bbażata kemm fuq metodoloġija stabbilita kif ukoll fuq sistema ta’ klassifikazzjoni definita tal-kategoriji ta’ klassifikazzjoni, irrispettivament minn jekk tali klassifikazzjoni ESG tkunx ittikkettata bħala “klassifikazzjoni ESG”, “opinjoni ESG” jew “punteġġ ESG”; |
|
(2) |
“opinjoni ESG” tfisser valutazzjoni ESG li hija bbażata fuq metodoloġija bbażata fuq ir-regoli u sistema ta’ klassifikazzjoni definita tal-kategoriji ta’ klassifikazzjoni, li tinvolvi direttament analist ta’ klassifikazzjoni fil-proċess tal-klassifikazzjoni; |
|
(3) |
“punteġġ ESG” tfisser miżura ESG derivata mid-data, bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq ir-regoli, u bbażata biss fuq sistema jew mudell statistiku jew algoritmiku stabbilit minn qabel, mingħajr ebda input analitiku sostanzjali addizzjonali minn analist ta’ klassifikazzjoni; |
|
(4) |
“fornitur ta’ klassifikazzjoni ESG” tfisser persuna ġuridika li l-attivitajiet tagħha jinkludu: il-ħruġ, u il-pubblikazzjoni jew id-distribuzzjoni, ta’ klassifikazzjonijiet ESG fuq bażi professjonali; |
|
(5) |
“impriża finanzjarja regolata fl-Unjoni” tfisser impriża, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li hija:
|
|
(6) |
“analist ta’ klassifikazzjoni” tfisser persuna li twettaq funzjonijiet analitiċi bil-għan li toħroġ klassifikazzjonijiet ESG; |
|
(7) |
“element ikklassifikat” tfisser persuna ġuridika, strument finanzjarju, prodott finanzjarju, awtorità pubblika jew korp irregolat bil-liġi pubblika li huwa espliċitament jew impliċitament ikklassifikat fil-klassifikazzjoni ESG, irrispettivament minn jekk tali klassifikazzjoni tkunx ġiet mitluba u irrispettivament minn jekk il-persuna ġuridika, awtorità pubblika jew korp irregolat bil-liġi pubblika tkunx ipprovdiet informazzjoni għal tali klassifikazzjoni ESG; |
|
(8) |
“strument finanzjarju” tfisser kwalunkwe strument minn dawk elenkati fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE; |
|
(9) |
“utent tal-klassifikazzjonijiet ESG” tfisser persuna fiżika jew ġuridika,awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor irregolat bil-liġi pubblika, li lilha tiġi distribwita klassifikazzjoni ESG permezz ta’ sottoskrizzjoni jew relazzjonijiet kuntrattwali oħra; |
|
(10) |
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(11) |
“korp maniġerjali” tfisser il-korp jew il-korpi ta’ fornitur ta’ klassifikazzjoni ESG, li jinħatru f’konformità mal-liġi nazzjonali, li għandhom is-setgħa li jistabbilixxu l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-fornitur ta’ klassifikazzjoni ESG, li jissorveljaw u jimmonitorjaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali fil-fornitur ta’ klassifikazzjoni ESG, u li jinkludu l-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG; |
|
(12) |
“maniġment superjuri” tfisser il-persuna jew il-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG u l-membru jew il-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG; |
|
(13) |
“grupp ta’ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG” tfisser grupp ta’ impriżi stabbiliti fl-Unjoni li jikkonsisti minn impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji tagħha fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE, u impriżi marbuta ma’ xulxin b’relazzjoni, li l-attivitajiet tagħhom jinkludu l-forniment ta’ klassifikazzjonijiet ESG. |
TITOLU II
FORNIMENT TA’ KLASSIFIKAZZJONIJIET ESG FL-UNJONI
Artikolu 4
Rekwiżiti biex wieħed jopera fl-Unjoni
Kwalunkwe persuna ġuridika li tixtieq topera bħala fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG fl-Unjoni għandha tkun soġġetta għal waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
awtorizzazzjoni maħruġa mill-ESMA kif imsemmi fl-Artikolu 6; |
|
(b) |
deċiżjoni ta’ ekwivalenza kif imsemmija fl-Artikolu 10 u l-issodisfar tal-kundizzjonijiet imsemmija f’dak l-Artikolu; |
|
(c) |
awtorizzazzjoni għall-approvazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 11; |
|
(d) |
rikonoxximent kif imsemmi fl-Artikolu 12. |
Artikolu 5
Reġim temporanju għall-fornituri żgħar ta’ klassifikazzjonijiet ESG
1. B’deroga mill-Artikolu 4, fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG kkategorizzat bħala impriża żgħira jew bħala grupp żgħir skont it-tifsira fl-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, jew l-Artikolu 3(5), l-ewwel subparagrafu, rispettivament, tad-Direttiva 2013/34/UE (il-“fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG żgħir”) li huwa stabbilit fl-Unjoni u jixtieq jopera fl-Unjoni, għandu jkun soġġett biss għall-Artikolu 15(1), (5) u (7), l-Artikoli 23 u 24 u l-Artikoli 32 sa 37 ta’ dan ir-Regolament, dment li:
|
(a) |
jinnotifika lill-ESMA bl-intenzjoni tiegħu li jopera fl-Unjoni; u |
|
(b) |
ikun ġie rreġistrat mill-ESMA qabel ma jibda jopera fl-Unjoni. |
2. Fi żmien 90 jum tax-xogħol minn meta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), l-ESMA għandha tiddeċiedi jekk tirreġistrax lin-notifikant bħala fornitur ta’ klassifikazzjoni ESG żgħir. L-ESMA għandha tinforma lin-notifikant bid-deċiżjoni tagħha fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol b’dan.
3. Meta fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jibqax ikkategorizzat bħala fornitur ta’ klassifikazzjoni ESG żgħir, jew tliet snin wara r-reġistrazzjoni tiegħu f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, skont liema minn dawn il-possibbiltajiet isseħħ l-ewwel, il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jsir soġġett għad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament u għandu fi żmien sitt xhur japplika għal awtorizzazzjoni biex jopera fl-Unjoni skont il-Kapitolu 1 ta’ dan it-Titolu.
4. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw f’dan ir-Regolament billi japplikaw mal-ESMA għall-awtorizazzjoni skont l-Artikolu 6. Meta l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jagħżlu li jagħmlu dan, dan ir-Regolament għandu jsir applikabbli għalihom fl-intier tiegħu.
KAPITOLU 1
Awtorizzazzjoni tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti fl-Unjoni biex joperaw fl-Unjoni
Artikolu 6
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex wieħed jopera fl-Unjoni
1. Il-persuni ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni li jixtiequ joperaw fl-Unjoni skont l-Artikolu 2(1), il-punt (a), għandhom japplikaw mal-ESMA għall-awtorizzazzjoni.
2. Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha elenkata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament u għandha tiġi sottomessa bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 (37) għandu japplika mutatis mutandis għal kwalunkwe komunikazzjoni oħra bejn l-ESMA u l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG u l-persunal tagħhom.
3. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar l-informazzjoni elenkata fl-Anness I.
L-ESMA għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Ottubru 2025.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
4. Fornitur awtorizzat ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jikkonforma f’kull ħin mar-rekwiżiti skont liema l-awtorizzazzjoni inizjali tkun ingħatat.
5. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jinnotifikaw lill-ESMA dwar kwalunkwe bidla materjali fiċ-ċirkostanzi skont liema l-awtorizzazzjoni inizjal tkun ingħatati, inkluż kwalunkwe ftuħ jew għeluq ta’ fergħa fl-Unjoni, mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 7
Eżami mill-ESMA tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni biex topera fl-Unjoni bħala fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG
1. Fi żmien 25 jum tax-xogħol minn meta tirċievi applikazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 6(2), l-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta. Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tistabbilixxi data tal-għeluq sa meta l-applikant għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni nieqsa.
2. Ladarba tevalwa li applikazzjoni hija kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant b’dan.
3. Fi żmien 90 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tadotta deċiżjoni motivata bis-sħiħ, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni li jopera bħala fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG fl-Unjoni.
4. L-ESMA tista’ testendi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għal 120 jum tax-xogħol, b’mod partikolari meta l-applikant:
|
(a) |
jipprevedi l-approvazzjoni tal-klassifikazzjonijiet ESG kif imsemmi fl-Artikolu 11; |
|
(b) |
jipprevedi l-użu ta’ esternalizzazzjoni; jew |
|
(c) |
jitlob eżenzjoni mill-konformità skont l-Artikolu 22. |
5. Id-deċiżjoni adottata mill-ESMA skont il-paragrafu 3 għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha.
6. Jekk l-applikant ma jipprovdix kwalunkwe informazzjoni nieqsa mitluba sal-iskadenza tad-data tal-għeluq imsemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tirrifjuta l-applikazzjoni.
Jekk l-ebda deċiżjoni ma tiġi adottata mill-ESMA fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 3 jew 4, l-applikazzjoni għandha titqies li ġiet irrifjutata.
Artikolu 8
Deċiżjoni li tingħata jew tiġi rrifjutata l-awtorizzazzjoni biex wieħed jopera fl-Unjoni u n-notifika ta’ dik id-deċiżjoni
1. L-ESMA għandha tadotta deċiżjoni motivata bis-sħiħ li tawtorizza applikant biex jopera fl-Unjoni bħala fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG meta wara l-eżami tagħha tal-applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 7 tikkonkludi li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti għall-forniment tal-klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Fejn l-ESMA, wara li teżamina l-applikazzjoni, tikkonkludi li l-applikant ma jissodisfax ir-rekwiżiti għall-forniment ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandha tadotta deċiżjoni motivata bis-sħiħ li tirrifjuta dik l-awtorizzazzjoni.
2. L-ESMA għandha tinforma lill-applikant fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.
3. L-ESMA għandha tinforma lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-EIOPA bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 1.
4. L-awtorizzazzjoni għandha tkun effettiva għat-territorju kollu tal-Unjoni.
Artikolu 9
Sospensjoni jew irtirar tal-awtorizzazzjoni
1. L-ESMA għandha tadotta deċiżjoni li tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG imsemmi fl-Artikolu 8(1), l-ewwelsubparagrafu, meta l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG:
|
(a) |
ikun irrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew ma jkun ipprovda l-ebda klassifikazzjoni ESG għal 12-il xahar qabel; |
|
(b) |
ikun kiseb l-awtorizzazzjoni tiegħu billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor; |
|
(c) |
ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom kien awtorizzat; jew |
|
(d) |
ikun kiser serjament jew ripetutament dan ir-Regolament. |
2. L-ESMA għandha tinforma lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 1. Id-deċiżjoni dwar l-irtirar jew is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ b’mod immedjat fl-Unjoni kollha
3. L-ESMA għandha tinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-EIOPA bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 1.
KAPITOLU 2
Ekwivalenza, approvazzjoni u rikonoxximent ta’ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni biex joperaw fl-Unjoni
Artikolu 10
Reġim tal-ekwivalenza
1. Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni li jixtieq jopera fl-Unjoni skont l-Artikolu 2(1), il-punt (b), għandu jkun jista’ jagħmel dan biss meta jkun inkluż fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 14 u dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni ikun awtorizzat jew irreġistrat bħala fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG fil-pajjiż terz ikkonċernat u jkun soġġett għal superviżjoni f’dak il-pajjiż terz; |
|
(b) |
il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni jkun innotifika lill-ESMA li huwa jixtieq jopera fl-Unjoni u jkun issottometta lill-ESMA prova tal-awtorizzazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tiegħu bħala fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, id-dokumenti meħtieġa għal tali awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni fil-pajjiż terz kkonċernat, kif ukoll l-isem tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz responsabbli għas-superviżjoni tiegħu u jkun irċieva konferma mill-ESMA dwar il-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta; |
|
(c) |
il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont il-paragrafu 2; |
|
(d) |
l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ikunu operattivi. |
2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni ta’ ekwivalenza permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jiddikjara li l-qafas legali u l-prattika superviżorja ta’ pajjiż terz jiżguraw li:
|
(a) |
il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzati jew irreġistrati f’dak il-pajjiż terz ikunu konformi mar-rekwiżiti vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
il-konformità mar-rekwiżiti vinkolanti msemmija fil-punt (a) tkun soġġetta għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa f’dak il-pajjiż terz. |
Tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48.
3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 47 biex tispeċifika l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni tista’ tissoġġetta l-applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għal:
|
(a) |
l-issodisfar effettiv fuq bażi kontinwa mill-pajjiż terz kkonċernat ta’ kwalunkwe kundizzjoni stabbilita f’dak l-att ta’ implimentazzjoni li għandu l-għan li jiżgura standards superviżorji u regolatorji ekwivalenti; |
|
(b) |
il-kapaċità tal-ESMA li teżerċita b’mod effettiv ir-responsabbiltajiet ta’ monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
4. L-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi li l-qafas legali u l-prassi superviżorji tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti f’konformità mal-paragrafu 2. Tali arranġamenti għandhom jispeċifikaw mill-inqas dan li ġej:
|
(a) |
il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni fuq bażi regolari u ad hoc bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha mitluba mill-ESMA rigward il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzat jew irreġistrat f’dak il-pajjiż terz; |
|
(b) |
il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tqis li l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzat jew irreġistrat f’dak il-pajjiż terz u ssorveljat minn dik l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz ikun qed jikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tiegħu, jew dispożizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali oħra f’dak il-pajjiż terz; |
|
(c) |
il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji, inklużi spezzjonijiet fuq il-post; |
|
(d) |
il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tieħu kwalunkwe azzjoni regolatorja jew superviżorja fir-rigward tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzat jew irreġistrat f’dak il-pajjiż terz, inkluż kwalunkwe bidla li jista’ jkollha impatt fuq il-konformità kontinwa tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli; |
|
(e) |
il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz meta l-ESMA toħroġ avviż pubbliku f’konformità mal-Artikolu 35 lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzat jew irreġistrat f’dak il-pajjiż terz. |
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta l-ESMA tiġi infurmata li fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni ma għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jiġi awtorizzat jew reġistrat fil-pajjiż ta’ awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni tiegħu, l-ESMA għandha tneħħih mir-reġistru msemmi fl-Artikolu 14.
5. Għall-fini tal-paragrafu 1, il-punt (b), l-ESMA għandha tivvaluta jekk l-informazzjoni hijiex kompluta fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tirċeviha. Jekk l-ESMA tqis li dik l-informazzjoni ma hijiex kompluta, l-ESMA għandha tistabbilixxi data ta’ għeluq sa meta l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni nieqsa. Ladarba tivvaluta li s-sottomissjoni hija kompluta, l-ESMA għandha tinforma lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG dwar l-eżitu tal-proċess mhux aktar tard minn 60 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika inizjali.
Artikolu 11
Approvazzjoni ta’ klassifikazzjonijiet ESG provvduti minn fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni
1. Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit fl-Unjoni u awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 8 jista’ japprova klassifikazzjonijiet ESG ipprovduti minn fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni u li jappartjeni għall-istess grupp dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit fl-Unjoni jkun applika mal-ESMA għall-awtorizzazzjoni ta’ tali approvazzjoni; |
|
(b) |
il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit fl-Unjoni jkun jissodisfa l-indikaturi tas-sustanza minima li ġejjin:
|
|
(c) |
l-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni ESG ma tfixkilx il-kwalità tal-valutazzjoni tal-element kklassifikat, jew l-emittent tal-element kklassifikat, jew l-arranġament ta’ rieżamijiet jew żjarat fuq il-post, meta dawn ikunu previsti fil-metodoloġija tal-klassifikazzjoni ESG użata mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni; |
|
(d) |
il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit fl-Unjoni jkun ivverifika u jkun jista’ juri fuq bażi kontinwa lill-ESMA li l-ħruġ u d-distribuzzjoni ta’ klassifikazzjonijiet ESG approvati jissodisfaw rekwiżiti li huma mill-inqas stretti daqs ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit fl-Unjoni għandu jkun permess li juri konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti mingħajr ma jkun mitlub jirreferi għall-proċess speċifiku segwit għal kull klassifikazzjoni individwali; |
|
(e) |
il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit fl-Unjoni jkollu l-għarfien espert meħtieġ biex effettivament jimmonitorja l-klassifikazzjonijiet ESG provvduti mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni, sabiex jimmaniġġa kwalunkwe riskju assoċjat; |
|
(f) |
ikun hemm raġuni oġġettiva għaliex il-klassifikazzjonijiet ESG hemm bżonn jiġu approvati għall-użu tagħhom fl-Unjoni, u dan jista’ jinkludi fatturi bħall-ispeċifiċitajiet tal-klassifikazzjonijiet ESG, il-ħtieġa tal-prossimità tal-produzzjoni tal-klassifikazzjonijiet ESG għall-emittent jew għal realtà ekonomika speċifika, industrija partikolari, ċentri ta’ eċċellenza għas-subkomponenti tad-drittijiet ambjentali, soċjali u tal-bniedem, jew il-fatturi ta’ governanza, id-disponibbiltà ta’ ħiliet speċifiċi meħtieġa għall-produzzjoni tal-klassifikazzjonijiet ESG, id-disponibbiltà materjali tad-data tal-input u l-iżvilupp ta’ klassifikazzjonijiet ESG permezz tal-kollaborazzjoni ta’ timijiet globali; |
|
(g) |
il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit fl-Unjoni jipprovdi lill-ESMA fuq talba tagħha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-ESMA tkun tista’ tissorvelja l-konformità mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni, meta dan ikun rilevanti għall-klassifikazzjoni approvata, ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa; |
|
(h) |
meta fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni jkun soġġett għal superviżjoni, ikun hemm fis-seħħ arranġament ta’ kooperazzjoni xieraq bejn l-ESMA u l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn ikun stabbilit il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, biex jiġi żgurat skambju effiċjenti ta’ informazzjoni. |
2. Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit fl-Unjoni li japplika għall-awtorizazzjoni ta’ approvazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandu jipprovdi lill-ESMA l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jissodisfa lill-ESMA li, fiż-żmien tal-applikazzjoni, il-kundizzjonijiet imsemmija f’dak il-paragrafu jkunu ssodisfati.
3. Fi żmien 45 jum tax-xogħol minn meta tirċievi applikazzjoni kompluta għal awtorizazzjoni ta’ approvazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), iżda mhux aktar tard minn 85 jum tax-xogħol wara li tirċievi l-applikazzjoni inizjali, l-ESMA għandha teżamina l-applikazzjoni u tiddeċiedi jew li tawtorizza l-approvazzjoni jew li tirrifjutaha. L-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dik id-deċiżjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol.
4. Klassifikazzjoni ESG approvata għandha titqies bħala klassifikazzjoni ESG ipprovduta mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li japprova. Il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li japprova ma għandux juża l-approvazzjoni bl-intenzjoni li jevita r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
5. Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li japprova għandu jibqa’ kompletament responsabbli għal klassifikazzjoni ESG approvata u għall-konformità mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament.
6. Meta l-ESMA jkollha raġunijiet fondati sewwa biex tikkunsidra li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu ma għadhomx issodisfati, hija għandu jkollha s-setgħa li titlob lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li japprova biex iwaqqaf l-approvazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-impożizzjoni ta’ kwalunkwe miżura superviżorja, il-multi u l- pagamenti perjodiċi ta’ penali applikabbli f’konformità mal-Artikoli 35, 36 u 37.
Artikolu 12
Rikonoxximent ta’ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni
1. Sa żmien li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar l-ekwivalenza kif imsemmi fl-Artikolu 10 jew, meta din tkun adottata, fil-każ li d-deċiżjoni dwar l-ekwivalenza titħassar, fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni b’fatturat nett annwali tal-attivitajiet kollha tiegħu li huwa taħt l-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2013/34/UE, għal kull waħda mill-aħħar tliet snin konsekuttivi jistgħu joperaw fl-Unjoni dment li l-ESMA tkun irrikonoxxiet dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni li jappartjeni għal grupp kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tad-Direttiva 2013/34/UE, li l-fatturat annwali nett konsolidat tiegħu tal-attivitajiet kollha tal-grupp huwa taħt l-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu 3(5), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2013/34/UE, għal kull waħda mill-aħħar tliet snin konsekuttivi jista’ jopera fl-Unjoni dment li l-ESMA rrikonoxxiet dak il-fornitur tal-klassifikazzjoni tal-ESG skont dan l-Artikolu. Għal dak il-għan, l-ESMA tista’ tqis jew valutazzjoni minn awditur estern indipendenti jew ċertifikazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn ikun stabbilit il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG.
2. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni li jixtiequ jiġu rikonoxxuti kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jissottomettu applikazzjoni għar-rikonoxximent mal-ESMA.
3. Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni li jixtieq jiġi rikonoxxut kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu rappreżentant legali. Dak ir-rappreżentant legali għandu jkun persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni u maħtura espressament mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG biex taġixxi f’ismu. Ir-rappreżentant legali għandu juri lill-ESMA li dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa u għandu jkun responsabbli lejn l-ESMA f’dan ir-rigward. Ir-rappreżentant legali għandu, fuq talba, jipprovdi lill-ESMA l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jissodisfa lill-ESMA li l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
4. Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni għandu, meta jissottometti applikazzjoni għar-rikonoxximent kif imsemmi fil-paragrafu 2, jipprovdi lill-ESMA dan li ġej:
|
(a) |
l-informazzjoni kollha elenkati fl-Anness I; |
|
(b) |
l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintwera li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huma ssodisfati; |
|
(c) |
l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tissodisfa lill-ESMA li l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni jkun stabbilixxa l-arranġamenti meħtieġa biex jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(d) |
il-lista tal-klassifikazzjonijiet ESG attwali jew prospettivi tiegħu li huma maħsuba għad-distribuzzjoni fl-Unjoni; |
|
(e) |
meta jkun applikabbli, l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz responsabbli għas-superviżjoni tiegħu. |
Fi żmien 90 jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-applikazzjoni għar-rikonoxximent imsemmija fil-paragrafu 2, l-ESMA għandha tiddeċiedi dwar jekk tagħtix ir-rikonoxximent. L-ESMA għandha tinforma lill-applikant bid-deċiżjoni tagħha fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-deċiżjoni.
5. L-ESMA għandha tirrikonoxxi l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni jkun ikkonforma mal-paragrafi 2, 3 u 4; |
|
(b) |
meta l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni jkun soġġett għal superviżjoni, l-ESMA għandha tfittex li tistabbilixxi arranġament ta’ kooperazzjoni xieraq mal-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz fejn huwa stabbilit il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, sabiex tiżgura skambju effiċjenti ta’ informazzjoni. |
6. L-ESMA għandha tadotta deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni Ma għandu jingħata l-ebda rikonoxximent meta l-ESMA ma tkunx tħalliet teżerċita b’mod effettiv il-funzjonijiet superviżorji tagħha skont dan ir-Regolament mil-liġijiet, mir-regolamenti jew mid-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-pajjiż terz fejn ikun stabbilit il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, jew inkella, meta dan ikun applikabbli, mil-limitazzjonijiet fis-setgħat ta’ superviżjoni u investigazzjoni tal-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz.
7. L-ESMA għandha timponi multi f’konformità mal-Artikolu 36, jew tissospendi jew, meta jkun xieraq, tirtira r-rikonoxximent imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, skont l-Artikolu 9, meta jkollha raġunijiet fondati sewwa, abbażi ta’ evidenza dokumentata, biex tikkunsidra li l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG:
|
(a) |
qed jaġixxi, jew kien qed jaġixxi, b’mod li huwa evidentement ta’ preġudizzju għall-interessi ta’ utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq; |
|
(b) |
ikun kiser serjament dan ir-Regolament; |
|
(c) |
ikun għamel dikjarazzjonijiet foloz jew uża kwalunkwe mezz irregolari ieħor biex jikseb ir-rikonoxximent. |
8. Meta l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG rikonoxxut skont dan l-Artikolu mill-ESMA ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, huwa għandu jinnotifika lill-ESMA b’dan mingħajr dewmien żejjed.
Il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jinnotifika lill-ESMA fi żmien tliet xhur mid-data meta ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jekk ikun jixtieq ikompli joffri s-servizzi tiegħu fl-Unjoni u għandu japplika għal awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar minn dik id-ata. Fin-nuqqas ta’ tali notifika, il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jieqaf jopera fl-Unjoni.
9. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-forma u l-kontenut tal-applikazzjoni għar-rikonoxximent imsemmija fil-paragrafu 2 u, b’mod partikolari, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni mitluba fil-paragrafu 4.
L-ESMA għandha tissottometti l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Ottubru 2025.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 13
Arranġamenti ta’ kooperazzjoni
1. Kwalunkwe arranġament ta’ kooperazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 10(4), l-Artikolu 11(1), il-punt (h), u l-Artikolu 12(5), il-punt (b), għandu jkun soġġett għal garanziji ta’ segretezza professjonali li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 46. L-iskambju ta’ informazzjoni mwettaq skont tali arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-kompiti tal-ESMA jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz.
2. Fir-rigward tat-trasferimenti ta’ data personali lil pajjiż terz, l-ESMA għandha tapplika r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38).
KAPITOLU 3
Reġistru u aċċessibbiltà tal-informazzjoni
Artikolu 14
Reġistru tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG u aċċessibbiltà tal-informazzjoni fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
1. L-ESMA għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-identitajiet tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzati skont l-Artikolu 8 jew irreġistrati taħt ir-reġim temporanju għal fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG żgħar skont l-Artikolu 5(1); |
|
(b) |
l-identitajiet tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti bara l-Unjoni li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 u tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawk il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG; |
|
(c) |
l-identitajiet tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG li japprovaw u tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra l-Unjoni approvati msemmija fl-Artikolu 11 u, fejn applikabbli, tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-superviżjoni tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG approvati; |
|
(d) |
l-identitajiet tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra l-Unjoni li ġew rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 12, ir-rappreżentanti legali stabbiliti fl-Unjoni ta’ dawk il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG u, fejn applikabbli, tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawk il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG. |
2. Ir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-ESMA u għandu jiġi aġġornat mingħajr dewmien, kif meħtieġ.
3. Mill-1 ta’ Jannar 2028, meta jagħmel pubblika kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-Regolament, il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jissottometti dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir msemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għal fini ta’ aċċessibbiltà fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859.
4. Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jista’ jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
|
(b) |
tkun akkumpanjata bil-metadata li ġejja:
|
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-punt (b)(ii), il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jikseb identifikatur ta’ entità ġuridika.
6. Sabiex l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.
7. Mill-1 ta’ Jannar 2028, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 11(3), l-Artikolu 35(6) u l-Artikolu 38(1) ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.
Dik l-informazzjoni għandha:
|
(a) |
titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
|
(b) |
tkun akkumpanjata bil-metadata li ġejja:
|
8. Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 3, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:
|
(a) |
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni; |
|
(b) |
l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni; |
|
(c) |
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.
L-ESMA għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
9. Meta meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida għall-entitajiet biex jiżguraw li l-metadata sottomessa f’konformità fil-paragrafu 8, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tkun korretta.
TITOLU III
L-INTEGRITÀ U L-AFFIDABBILTÀ TAL-ATTIVITAJIET TA’ KLASSIFIKAZZJONI ESG
KAPITOLU 1
Rekwiżiti, proċessi u dokumenti organizzazzjonali dwar il-governanza
Artikolu 15
Prinċipji ġenerali
1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiżguraw l-indipendenza tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tagħhom, inkluż mill-influwenzi jew ir-restrizzjonijiet politiċi u ekonomiċi kollha.
2. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jkollhom fis-seħħ regoli u proċeduri li jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom jinħarġu, jiġu ppubblikati, u ddistribwiti f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
3. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jużaw sistemi, riżorsi u proċeduri li huma adegwati u effettivi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
4. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jadottaw u jimplimentaw politiki u proċeduri bil-miktub li jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom ikunu bbażati fuq analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha li tkun disponibbli għalihom u li tkun rilevanti għall-analiżi tagħhom f’konformità mal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tagħhom.
5. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jadottaw u jimplimentaw politiki u proċeduri interni ta’ diliġenza dovuta li jiżguraw li l-interessi kummerċjali tagħhom ma jfixklux l-indipendenza jew l-akkuratezza tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjonijiet ESG.
6. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jadottaw u jimplimentaw proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tajbin, mekkaniżmi ta’ kontroll intern, u arranġamenti ta’ kontroll u salvagwardja effettivi għas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni.
7. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jużaw metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni għall-klassifikazzjonijiet ESG li jipprovdu, li jkunu rigorużi, sistematiċi, indipendenti u kapaċi li jiġu ġġustifikati u għandhom japplikaw dawk il-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni b’mod kontinwu u b’mod trasparenti.
8. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jirrieżaminaw il-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 fuq bażi kontinwa u mill-inqas kull sena.
9. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw l-adegwatezza u l-effettività tas-sistemi, tar-riżorsi u tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 3 mill-inqas kull sena u jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas.
10. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jistabbilixxu u jżommu funzjoni ta’ sorveljanza permanenti, indipendenti u effettiva biex jiżguraw sorveljanza fuq l-aspetti kollha tal-forniment tal-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom.
Il-funzjoni ta’ sorveljanza għandu jkollha r-riżorsi u l-għarfien espert neċessarji u jkollha aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja biex twettaq l-obbligi tagħha. Għandu jkollha aċċess dirett għall-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG.
Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiżviluppaw u jżommu proċeduri robusti fir-rigward tal-funzjoni ta’ sorveljanza tagħhom.
11. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni li jużaw biex joħorġu l-klassifikazzjonijiet ESG tkun ta’ kwalità suffiċjenti u miksuba minn sorsi affidabbli. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiddikjaraw b’mod ċar li l-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom huma l-opinjoni tagħhom stess.
12. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jinnotifikaw lill-element ikklassifikat jew lill-emittent tal-element ikklassifikat matul is-sigħat tax-xogħol tiegħu u mill-inqas jumejn tax-xogħol sħaħ qabel l-ewwel ħruġ tal-klassifikazzjoni ESG sabiex jagħtu l-opportunità lill-element ikklassifikat jew lill-emittent tal-element ikklassifikat li jinforma lill-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG bi kwalunkwe żball fattwali. Għal dak l-għan, il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jagħmlu disponibbli, fuq talba mill-element ikklassifikat jew mill-emittent tal-element ikklassifikat, mingħajr ħlas u fuq bażi mhux kummerċjali, l-informazzjoni msemmija fil-punt 1, il-punti (b) u (c), u l-punt 2, il-punt (b)(ii), tal-Anness III, flimkien mad-data tal-aħħar aġġornament tad-data kif ukoll, fejn rilevanti, kwalunkwe data oħra miġbura, stmata jew ikkalkolata li tirrelata mal-element ikklassifikat jew mal-emittent tal-element ikklassifikat.
13. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG ma għandhomx ikunu obbligati li jiddivulgaw informazzjoni dwar il-kapital intellettwali, il-proprjetà intellettwali, l-għarfien espert jew ir-riżultati tal-innovazzjoni tagħhom li jikkwalifikaw bħala sigrieti kummerċjali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39).
14. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jagħmlu biss bidliet fil-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom f’konformità mal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tagħhom ippubblikati skont l-Artikolu 23.
Artikolu 16
Separazzjoni tan-negozju u tal-attivitajiet
1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG ma għandhom jipprovdu l-ebda waħda mill-attivitajiet li ġejjin:
|
(a) |
attivitajiet ta’ konsulenza ma’ investituri jew impriżi; |
|
(b) |
il-ħruġ u d-distribuzzjoni ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (a), tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009; |
|
(c) |
il-provvista ta’ parametri referenzjarji kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (50, tar-Regolament (UE) 2016/1011; |
|
(d) |
servizzi u attivitajiet ta’ investiment kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (2), tar-Regolament 2014/65/UE; |
|
(e) |
l-awditjar statutorju dwar ir-rapporti finanzjarji u l-inkarigi ta’ assigurazzjoni rigward ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà fis-sens tad-Direttiva 2013/34/UE; |
|
(f) |
attivitajiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u attivitajiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fis-sens tad-Direttiva 2009/138/KE. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1, fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jista’ jipprovdi l-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d) jew (f), dment li jistabbilixxi, barra l-miżuri msemmija fl-Artikoli 25 u 26, miżuri speċifiċi:
|
(a) |
biex jiġi żgurat li kull attività tiġi eżerċitata b’mod awtonomu; |
|
(b) |
biex jiġi evitat il-ħolqien ta’ riskji potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan l-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG tagħha; |
|
(c) |
biex jiġi żgurat li l-impjegati tiegħu li huma involuti direttament fil-proċess tal-valutazzjoni ta’ element ikklassifikat ma jipprovdux l-ebda waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d) jew (f). |
Fl-implimentazzjoni ta’ tali miżuri, il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jqis ukoll l-attivitajiet tal-grupp li jappartjeni għalih, jekk applikabbli.
3. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (c), fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jista’ jippreżenta talba mal-ESMA biex ikun awtorizzat jipprovdi parametri referenzjarji dment li jistabbilixxi miżuri speċifiċi, inklużi dawk imsemmija fil-paragrafu 2. L-ESMA għandha tiddeċiedi jekk il-miżuri proposti mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG humiex xierqa u suffiċjenti fir-rigward tar-riskji potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess. Jekk l-ESMA tqis li l-miżuri mhumiex xierqa jew suffiċjenti fir-rigward tar-riskji potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess, għandu japplika l-paragrafu 1, il-punt (c).
Kwalunkwe bidla sostanzjali fil-miżuri meħuda mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew fl-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi nnotifikata lill-ESMA mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG qabel tali bidla tiġi implimentata. L-ESMA għandha tiddeċiedi jekk il-miżuri għadhomx xierqa u suffiċjenti fir-rigward tar-riskji potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess. Jekk l-ESMA tqis li l-miżuri ma għadhomx xierqa jew suffiċjenti fir-rigward tar-riskji potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess, għandu japplika l-paragrafu 1, il-punt (c).
L-ESMA għandha tieħu deċiżjoni kif imsemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-informazzjoni kompluta dwar il-miżuri proposti mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew ta’ kwalunkwe bidliet sostanzjali għalihom, jew sal-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 7 meta il-valutazzjoni tal-ESMA tkun parti mill-evalwazzjoni tagħha tal-applikazzjoni tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għall-awtorizzazzjoni.
4. Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jiżgura li l-impjegati tiegħu li jkunu involuti direttament fil-proċess tal-valutazzjoni ta’ element ikklassifikat ma jipprovdu l-ebda waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (e).
5. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-dettalji tal-miżuri u tas-salvagwardji li jridu jiġu implimentati skont il-paragrafi 2, 3 u 4.
L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Ottubru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
6. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiżguraw li l-forniment ta’ servizzi għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ma joħloqx riskji ta’ kunflitti ta’ interess fl-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG tagħhom. Fejn hemm riskji ta’ kunflitti ta’ interess, il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom joqogħdu lura milli joffru tali servizzi oħra.
Artikolu 17
Analisti tal-klassifikazzjoni, impjegati u persuni oħrajn involuti fil-forniment ta’ klassifikazzjonijiet ESG
1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiżguraw li l-analisti tal-klassifikazzjoni, l-impjegati u kwalunkwe persuna fiżika oħra taħt il-kontroll tagħhom jew li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom, pereżempju permezz ta’ arranġament kuntrattwali, u li huma direttament involuti fil-forniment ta’ klassifikazzjonijiet ESG, inklużi analisti tal-klassifikazzjoni direttament involuti fil-proċess ta’ klassifikazzjoni u persuni involuti fil-forniment ta’ punteġġi tal-ESG, ikunu mħarrġa b’mod xieraq u jkollhom l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet u tal-kompiti assenjati, inkluż, fejn xieraq, fehim suffiċjenti ta’ kwalunkwe riskju finanzjarju materjali potenzjali għall-element kklassifikat u ta’ kwalunkwe impatt materjali potenzjali tal-element kklassifikat fuq l-ambjent u s-soċjetà b’mod ġenerali.
2. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiżguraw li l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ma jitħallewx jibdew jew jipparteċipaw f’negozjati rigward tariffi jew pagamenti ma’ kwalunkwe element ikklassifikat jew ma’ emittent ta’ element ikklassifikat, jew ma’ kwalunkwe persuna direttament jew indirettament marbuta mal-element ikklassifikat jew ma’ emittent ta’ element ikklassifikat b’kontroll.
3. Bl-eċċezzjoni ta’ parteċipazzjonijiet fi skemi diversifikati ta’ investiment kollettiv, inklużi fondi ġestiti, jew investimenti magħmula skont ġestjoni ta’ portafoll diskrezzjonarju:
|
(a) |
il-persuni msemmija fil-paragrafu 1, li jkunu direttament involuti fid-determinazzjoni ta’ klassifikazzjoni individwali ta’ element ikklassifikat ma għandhom jixtru jew ibigħu l-ebda strument finanzjarju maħruġ, garantit, jew appoġġat b’xi mod ieħor minn xi entità li hija kklassifikata fil-qasam tar-responsabbiltà analitika tagħhom jew minn kwalunkwe entità fi ħdan il-grupp ta’ dik l-entità, u lanqas ma għandhom jinvolvu ruħhom f’xi tranżazzjoni f’tali strumenti finanzjarji; |
|
(b) |
persuni li jokkupaw pożizzjoni maniġerjali għolja fil-fornitur tal-klassifikazzjoni ESG, ma għandhomx jixtru jew ibigħu l-ebda strument finanzjarju maħruġ, garantit jew appoġġjat b’xi mod ieħor minn kwalunkwe element kklassifikat mill-fornitur tal-klassifikazzjoni ESG, jew minn kwalunkwe entità fi ħdan il-grupp ta’ dik l-entità, u lanqas tidħol fi kwalunkwe tranżazzjoni fi strumenti finanzjarji bħal dawn. |
4. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu involuti direttament jew jinfluwenzaw b’xi mod ieħor id-determinazzjoni ta’ klassifikazzjoni ESG tal-element ikklassifikat rilevanti meta dawk il-persuni:
|
(a) |
ikollhom strumenti finanzjarji tal-element ikklassifikat, minbarra parteċipazzjonijiet fi skemi diversifikati ta’ investiment kollettiv, inklużi fondi ġestiti, u investimenti magħmula taħt ġestjoni ta’ portafoll diskrezzjonarju; |
|
(b) |
ikollhom strumenti finanzjarji ta’ kwalunkwe entità relatata ma’ element ikklassifikat, li l-pussess tagħhom jista’ jikkawża jew jista’ ġeneralment ikun ipperċepit li qed jikkawża kunflitt ta’ interess, minbarra parteċipazzjonijiet fi skemi diversifikati ta’ investiment kollettiv, inklużi fondi ġestiti, u investimenti magħmula taħt ġestjoni ta’ portafoll diskrezzjonarju; |
|
(c) |
fl-aħħar sena kellhom relazzjoni ta’ impjieg, negozju jew relazzjoni oħra mal-entità kklassifikata mill-fornitur tal-klassifikazzjoni ESG jew ma’ kwalunkwe entità fi ħdan il-grupp ta’ dik l- entità li tista’ tikkawża jew tista’ ġeneralment tkun ipperċepita li qed tikkawża kunflitt ta’ interess. |
5. Il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiżguraw li l-persuni msemmija fil-paragrafu 1, u l-persuni li għandhom pożizzjoni maniġerjali superjuri fil-fornitur tal-klassifikazzjonijiet ESG:
|
(a) |
jieħdu l-miżuri kollha raġonevoli biex jipproteġu l-proprjetà u r-rekords fil-pussess tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG minn frodi, serq jew użu ħażin, filwaqt li jqisu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG u n-natura u l-firxa tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG tiegħu; |
|
(b) |
ma jikkondividux informazzjoni kunfidenzjali li tkun ġiet fdata lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ma’ xi persuna li ma tkunx involuta direttament fil-forniment ta’ attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, inklużi analisti tal-klassifikazzjoni u impjegati ta’ xi persuna direttament jew indirettament marbuta mal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG b’kontroll, u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha huma jew ikunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’, jew huma taħt il-kontroll ta’, kwalunkwe persuna direttament jew indirettament marbuta mal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG b’kontroll; |
|
(c) |
ma jużawx jew ma jikkondividux informazzjoni kunfidenzjali għal xi skop ieħor għajr il-forniment ta’ attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, inkluż għan-negozjar ta’ strumenti finanzjarji; u |
|
(d) |
ma jissolleċitawx jew ma jaċċettawx flus, rigali jew favuri mingħand xi ħadd li miegħu l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jagħmel negozju. |
6. Meta l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jqisu li kwalunkwe persuna oħra imsemmija f’dak il-paragrafu tkun involuta f’imġiba li huma jqisu li hija illegali, għandhom jirrapportaw dak minnufih lill-funzjoni ta’ sorveljanza. Il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jiżgura li tali rapportar ma jkollu l-ebda konsegwenza negattiva għall-persuna li tkun qed tirrapporta.
7. Meta analist tal-klassifikazzjoni jittermina l-impjieg tiegħu mal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG u, fi żmien sena minn dik it-terminazzjoni, jingħaqad ma’ element ikklassifikat jew emittent ta’ element ikklassifikat li fid-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni individwali tiegħukien involut direttament, il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jirrieżamina x-xogħol rilevanti tal-analist tal-klassifikazzjoni fuq żmien ta’ sena qabel it-tluq tiegħu sabiex jivverifika jekk kienx hemm xi kunflitt ta’ interess.
8. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1, u l-persuni li jokkupaw pożizzjoni ta’ maniġment superjuri fil-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, ma għandhomx jieħdu pożizzjoni maniġerjali superjuri f’element ikklassifikat jew f’emittent ta’ element ikklassifikat li fid-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni individwali tiegħu kienu involuti għal żmien ta’ disa’ xhur wara d-data ta’ tali klassifikazzjoni.
Artikolu 18
Rekwiżiti taż-żamma tar-rekords
1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jirreġistraw l-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG tagħhom. Dawk ir-rekords għandu jkun fihom l-informazzjoni elenkata fl-Annessi I u II.
2. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom iżommu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal mill-inqas ħames snin u f’tali forma li jkun possibbli li tiġi replikata u mifhuma bis-sħiħ id-determinazzjoni ta’ klassifikazzjoni ESG.
Artikolu 19
Mekkaniżmu ta’ trattament tal-ilmenti
1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jkollhom fis-seħħ u jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom il-proċeduri biex jirċievu, jinvestigaw u jżommu rekords dwar l-ilmenti li jkunu saru mill-utenti ta’ klassifikazzjonijiet ESG, mill-elementi kklassifikati u mill-emittenti ta’ elementi kklassifikati. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jipprovdu wkoll b’mod ċar informazzjoni fuq is-sit web tagħhom dwar il-mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom.
2. Il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-politika dwar it-trattament tal-ilmenti; |
|
(b) |
il-fatt li l-ilmenti jiġu investigati b’mod f’waqtu u ġust u l-eżitu tal-investigazzjoni jiġi kkomunikat lill-ilmentatur f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, sakemm tali komunikazzjoni ma tmurx kontra l-objettivi tal-ordni pubbliku jew ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40); u |
|
(c) |
il-fatt li l-inkjesta titwettaq b’mod indipendenti minn kwalunkwe persunal li kien involut fid-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni individwali tiegħu dwar liema l-ilment jkun sar. |
3. L-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati fir-rigward ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
is-sorsi tad-data użati għal klassifikazzjoni ESG individwali, u l-iżbalji fattwali; |
|
(b) |
il-mod li bih tkun ġiet applikata l-metodoloġija ta’ klassifikazzjoni b’rabta ma’ klassifikazzjoni ESG individwali; |
|
(c) |
jekk klassifikazzjoni ESG indiviwali hijiex rappreżentattiva tal-element ikklassifikat jew tal-emittent tal-element ikklassifikat. |
Artikolu 20
Preokkupazzjonijiet motivati
1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri biex jirċievu preokkupazzjonijiet motivati mill-partijiet ikkonċernati li jipprovdu l-ismijiet u l-pożizzjoni tagħhom.
2. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG, bl-eċċezzjoni ta’ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG żgħar, skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jagħmlu ħilithom biex iwieġbu għall-preokkupazzjonijiet motivata fi żmien 30 jum tax-xogħol mill-wasla tagħhom.
Artikolu 21
Esternalizzazzjoni
1. L-esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet operazzjonali importanti ma għandhiex iseħħ b’tali mod li tfixkel b’mod materjali l-kwalità tal-kontroll intern ta’ fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG u l-kapaċità tal- ESMA li tissorvelja l-konformità tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament.
2. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jesternalizzaw funzjonijiet jew kwalunkwe servizz jew attività li huma rilevanti għall-forniment ta’ klassifikazzjoni ESG għandhom jibqgħu kompletament responsabbli għat-twettiq tal-obbligi kollha tagħhom skont dan ir-Regolament u għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Anness II.
Artikolu 22
Eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ governanza
1. Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jista’ jippreżenta talba lill-ESMA biex ikun eżentat milli jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(6), (8) u (10).
2. Meta tivvaluta talba kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin humiex issodisfati:
|
(a) |
il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikun fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG żgħir, skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament, |
|
(b) |
il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikun implimenta miżuri u proċeduri u, b’mod partikolari, mekkaniżmi ta’ kontroll intern, arranġamenti ta’ rapportar interni u miżuri interni, li jiżguraw l-indipendenza tal-analisti tal-klassifikazzjoni u tal-persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet ESG u li jiżguraw il-konformità effettiva ma’ dan ir-Regolament; |
|
(c) |
il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikun wera li d-daqs tiegħuma ġiex iddeterminat b’tali mod lijiġu ċirkonventati r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; |
|
(d) |
il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikun wera b’ċarezza suffiċjenti li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(6), (8) u (10) ma humiex proporzjonati għan-natura, l-iskala jew il-kumplessità tan-negozju ta’ dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew għan-natura jew tal-firxa tal-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet ESG. |
Abbażi ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet, l-ESMA tista’ teżenta lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG mir-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 15(6), (8) u (10) jew, f’każijiet debitament ġustifikati u abbażi tal-elementi pprovduti mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ta’ dan il-paragrafu, minn xi wħud minn dawk ir-rekwiżiti biss.
KAPITOLU 2
Rekwiżiti tat-trasparenza
Artikolu 23
Divulgazzjoni lill-pubbliku tal-metodoloġiji, tal-mudelli u tas-suppożizzjonijiet ewlenin tal-klassifikazzjoni użati fl-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG
1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiddivulgaw fuq is-sit web tagħhom, bħala minimu, il-metodoloġiji, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet ewlenin tal-klassifikazzjoni li jużaw fl-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG tagħhom, inkluża l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Anness I u fil-punt 1 tal-Anness III. Tali divulgazzjoni għandha ssir b’mod ċar u trasparenti u identifikata fit-taqsima separata tas-sit web tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG.
Il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-punt 1 tal-Anness III sa mhux aktar tard minn meta jibda joħroġ il-klassifikazzjonijiet ESG.
2. Għandhom jiġu pprovduti klassifikazzjonijiet E, S u G separati minflok ma tintuża klassifikazzjoni ESG unika li taggrega l-fatturi E, S u G. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jipprovdu d-divulgazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 24 b’mod separat għal kull fattur.
3. B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG jistgħu jipprovdu klassifikazzjoni ESG waħda li taggrega l-fatturi E, S u G jekk jipprovdu, mingħajr preġudizzju għal obbligi ulterjuri ta’ divulgazzjoni skont dan ir-Regolament, l-informazzjoni msemmija fil-punt (h) tal-punt 1 tal-Anness III.
4. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar l-elementi li għandhom jiġu ddivulgati f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu. Dawk l-elementi ma għandhom jinkludu l-ebda rekwiżit ta’ divulgazzjoni addizzjonali minbarra dawk elenkati fil-punt 1 tal-Anness III.
L-ESMA għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Ottubru 2025.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
5. L-ESMA tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-istandards, il-formati u l-mudelli tad-data li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jeħtieġ li jużaw biex jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards regolatorji ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 24
Divulgazzjonijiet lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG, lill-elementi kklassifikati u l-emittenti ta’ elementi kklassifikati
1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiddivulga bħala minimu, l-informazzjoni msemmija fil-punt 2 tal-Anness III lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG, lill-elementi kklassifikati u l-emittenti ta’ elementi kklassifikati fuq bażi kontinwa.
2. Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jiżgura li meta jawtorizza utent tal-klassifikazzjonijiet ESG jiddivulga klassifikazzjoni ESG, link għall-informazzjoni msemmija fil-punt 1 tal-Anness III tkun mehmuża mal-klassifikazzjoni ESG.
3. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar l-elementi li għandhom jiġu ddivulgati f’konformità mal-paragrafu 1. Dawk l-elementi ma għandhom jinkludu l-ebda rekwiżit ta’ divulgazzjoni addizzjonali minbarra dawk elenkati fil-punt 2 tal-Anness III.
L-ESMA għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Ottubru 2025.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
4. L-ESMA tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-istandards, il-formati u l-mudelli tad-data li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jeħtieġ li jużaw biex jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards regolatorji ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU 3
Indipendenza u kunflitti ta’ interess
Artikolu 25
Indipendenza u evitar ta’ kunflitti ta’ interess
1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta’ governanza robusti, inkluża struttura organizzattiva ċara bi rwoli u responsabbiltajiet definiti sewwa, trasparenti u konsistenti għall-persuni kollha involuti fil-forniment ta’ klassifikazzjoni ESG.
2. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe klassifikazzjoni ESG ipprovduta ma tiġix affettwata minn xi kunflitt ta’ interess eżistenti jew potenzjali, jew minn xi relazzjoni kummerċjali jew relazzjoni oħra, li toħroġ mill-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG innifishom jew mill-azzjonisti, mill-maniġers, mill-analisti tal-klassifikazzjoni, mill-impjegati jew minn xi persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG, jew ta’ xi persuna direttament jew indirettament marbuta magħhom b’kontroll jew kwalunkwe fornituri terzi li lilhom jkunu ġew esternalizzati funzjonijiet jew kwalunkwe servizz jew attività.
3. Fejn ikun hemm riskju ta’ kunflitt ta’ interess fi ħdan fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG minħabba l-istruttura tas-sjieda, l-interessi ta’ kontroll jew l-attivitajiet ta’ dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, ta’ xi entità li għandha jew tikkontrolla l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, ta’ entità li hija proprjetà tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew li hija kkontrollata minnu, jew ta’ xi wieħed mill-affiljati tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew ta’ fornituri terzi, l-ESMA għandha tieħu azzjoni xierqa. L-ESMA tista’ titlob lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jieħu miżuri biex itaffi dak ir-riskju.
Meta kunflitt ta’ interess kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jiġix ġestit b’mod adegwat permezz tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA tista’ tirrikjedi lill-fornitur tal-klassifikazzjonijiet ESG biex isolvi dak il-kunflitt ta’ interess. Jekk ikun meħtieġ, l-ESMA għandha titlob lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG iwaqqaf l-attivitajiet jew ir-relazzjonijiet li joħolqu l-kunflitt ta’ interess, jew li jieqaf jipprovdi l-klassifikazzjonijiet ESG.
4. Azzjonist jew membru ta’ fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jeżerċita influwenza sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2, il-punt (13), it-tieni sentenza, tad-Direttiva 2013/34/UE fuq dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, jew fuq impriża li għandha s-setgħa teżerċita kontroll jew influwenza dominanti fuq dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, għandu jiġi pprojbit milli jagħmel kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq kwalunkwe fornitur ieħor ta’ klassifikazzjonijiet ESG; |
|
(b) |
li jkollu d-dritt jew is-setgħa li jaħtar jew ineħħi membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ kwalunkwe fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ieħor; |
|
(c) |
li jkun membru tal-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ kwalunkwe fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ieħor. |
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika għal investimenti f’fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG oħrajn li jappartjenu għall-istess grupp ta’ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew għal investimenti f’fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG li huma impriżi mikro jew impriżi żgħar skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, rispettivament, tad-Direttiva 2013/34/UE.
5. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiddivulgaw lill-ESMA l-kunflitti ta’ interess eżistenti jew potenzjali kollha, inklużi l-kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mis-sjieda jew mill-kontroll tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG.
6. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jistabbilixxu u joperaw politiki, proċeduri u arranġamenti organizzattivi effettivi għall-identifikazzjoni, id-divulgazzjoni, il-prevenzjoni, l-immaniġġar u l-mitigazzjoni tal-kunflitti ta’ interess. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jirrieżaminaw u jaġġornaw regolarment dawk il-politiki, il-proċeduri u l-arranġamenti. Dawk il-politiki, il-proċeduri u l-arranġamenti għandhom jipprevjenu, jimmaniġġaw u jimmitigaw b’mod speċifiku l-kunflitti ta’ interess minħabba s-sjieda jew il-kontroll tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew minħabba interessi oħrajn fil-grupp tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, jew kunflitti ta’ interess li huma kkawżati minn persuni oħrajn li jeżerċitaw influwenza jew kontroll fuq il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG b’rabta mad-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni ESG.
7. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jirrieżaminaw l-operazzjonijiet tagħhom biex jidentifikaw kunflitti ta’ interess potenzjali mill-inqas b’mod annwali.
Artikolu 26
Ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali li jirriżultaw mill-impjegati
1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiżguraw li l-impjegati tagħhom u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tagħhom u li jkunu involuti direttament fil-forniment ta’ klassifikazzjoni ESG:
|
(a) |
ikollhom il-ħiliet li huma meħtieġa biex iwettqu l-kompiti u d-dmirijiet tagħhom u jkunu soġġetti għal ġestjoni u superviżjoni effettivi; |
|
(b) |
ma jkunux soġġetti għal influwenza mhux dovuta jew għal kunflitti ta’ interess; |
|
(c) |
ma jkunux ikkumpensati u l-prestazzjoni tagħhom ma tkunx evalwata b’tali manjiera li toħloq kunflitti ta’ interess jew b’xi mod ieħor taffettwa l-integrità tal-proċess ta’ determinazzjoni tal-klassifikazzjoni ESG; |
|
(d) |
ma jkollhom l-ebda interess jew konnessjoni kummerċjali li jikkompromettu l-attivitajiet tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG; |
|
(e) |
ikunu pprojbiti milli jikkontribwixxu għad-determinazzjoni ta’ klassifikazzjoni ESG permezz ta’ offerti ta’ akkwist jew ta’ bejgħ u tranżazzjonijiet fuq bażi personali jew f’isem il-parteċipanti fis-suq, ħlief meta tali kontribuzzjoni tkun meħtieġa espressament bħala parti mill-metodoloġija tal-klassifikazzjoni ESG u tkun soġġetta għal regoli speċifiċi stabbiliti hemmhekk; u |
|
(f) |
ikunu soġġetti għal proċeduri effettivi li jikkontrollaw l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ impjegati oħrajn involuti f’attivitajiet li jistgħu joħolqu riskju ta’ kunflitti ta’ interess jew ma’ partijiet terzi, meta dik l-informazzjoni tista’ taffettwa l-klassifikazzjoni ESG. |
2. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jistabbilixxu proċeduri ta’ kontroll intern speċifiċi biex jiżguraw l-integrità u l-affidabbiltà tal-impjegat jew tal-persuna li tiddetermina l-klassifikazzjoni ESG, inkluża l-approvazzjoni interna mill-maniġment qabel id-distribuzzjoni tal-klassifikazzjoni ESG.
Artikolu 27
Trattament ġust, raġonevoli, trasparenti u mhux diskriminatorju tal-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG
1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jieħdu passi li jkunu adegwati biex jiżguraw li t-tariffi imposti fuq il-klijenti jkunu ġusti, raġonevoli, trasparenti u mhux diskriminatorji.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ titlob lill-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jipprovdulha evidenza ddokumentata dwar il-politika tal-ipprezzar tagħhom, inklużi l-istruttura tat-tariffi u l-kriterji tal-ipprezzar. L-ESMA tista’ tieħu miżuri superviżorji f’konformità mal-Artikolu 35, u tista’ tiddeċiedi li timponi multi f’konformità mal-Artikolu 36 meta ssib li t-tariffi li jimponu l--fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG mhumiex ġusti, raġonevoli, trasparenti u mhux diskriminatorji.
KAPITOLU 4
Superviżjoni mill-ESMA
Artikolu 28
In-noninterferenza mal-kontenut tal-klassifikazzjonijiet jew tal-metodoloġiji ESG
Fit-twettiq ta’ dmirijiethom skont dan ir-Regolament, l-ESMA, il-Kummissjoni jew kwalunkwe awtorità pubblika ta’ Stat Membru ma għandhomx jinterferixxu mal-kontenut tal-klassifikazzjonijiet jew tal-metodoloġiji ESG.
Artikolu 29
ESMA
1. F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha toħroġ u taġġorna linji gwida dwar il-kooperazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-proċeduri għal, u l-kundizzjonijiet dettaljati relatati, mad-delega tal-kompiti.
2. F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha, f’kooperazzjoni mal-EBA u mal-EIOPA, toħroġ u taġġorna linji gwida dwar l-applikazzjoni tar-reġim ta’ approvazzjoni msemmi fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament sat-2 ta’ Ottubru 2025.
3. L-ESMA għandha tippubblika rapport annwali dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż dwar il-miżuri superviżorji meħuda u l-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti mill-ESMA skont dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun fih, b’mod partikolari, informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tas-suq tal-klassifikazzjonijiet ESG fl-Unjoni u valutazzjoni tal-applikazzjoni tar-reġimi tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikoli 10, 11 u 12.
L-ESMA għandha tippreżenta r-rapport annwali msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
4. Kull sena, l-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista ta’ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG elenkati fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 14(1), li tindika s-sehem mis-suq totali tagħhom fl-Unjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tqis l-istruttura tas-suq, inklużi l-livelli ta’ konċentrazzjoni u d-diversità tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, is-sehem mis-suq għandu jitkejjel b’referenza għall-fatturat annwali ġġenerat mill-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG fil-livell ta’ grupp fl-Unjoni.
6. L-ESMA għandha tikkoopera mal-EBA u mal-EIOPA fit-twettiq tal-kompiti tagħha u għandha tikkonsulta mal-EBA u mal-EIOPA qabel ma toħroġ u taġġorna linji gwida u tissottometti abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji skont dan ir-Regolament.
Artikolu 30
Awtoritajiet kompetenti
1. Sat-2 ta’ April 2026, kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità kompetenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom persunal adegwat, fir-rigward tal-kapaċità u l-għarfien espert, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.
Artikolu 31
Eżerċitar tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli minn 32, 33 u 34
Is-setgħat mogħtija lill-ESMA jew lil xi uffiċjal tal-ESMA jew lil persuna oħra awtorizzata minnha mill-Artikoli 32, 33 u 34 ma għandhomx jintużaw biex tintalab id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni jew dokumenti li huma soġġetti għal privileġġ legali.
Artikolu 32
Talbiet għal informazzjoni
1. L-ESMA tista’, b’talba sempliċi jew b’deċiżjoni, titlob lill-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG, lill-persuni involuti f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, lill-elementi ikklassifikati u lill-emittenti ta’ elementi kklassifikati, lill-partijiet terzi li lilhom il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali, u lil persuni li b’xi mod ieħor ikunu relatati jew konnessi mill-qrib u b’mod sostanzjali ma’ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew ma’ attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, biex jipprovdu l-informazzjoni kollha li teħtieġ biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament.
2. Meta tibgħat talba sempliċi għall-informazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha:
|
(a) |
tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika għat-talba; |
|
(b) |
tiddikjara l-iskop tat-talba; |
|
(c) |
tispeċifika x’informazzjoni tkun meħtieġa; |
|
(d) |
tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni u l-format li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni mitluba; |
|
(e) |
tinforma lill-persuna li mingħandha tkun intalbet l-informazzjoni li ma hemm l-ebda obbligu li tiġi pprovduta l-informazzjoni, iżda li kwalunkwe tweġiba għat-talba għall-informazzjoni ma għandhiex tkun skorretta jew qarrieqa; |
|
(f) |
tindika l-multi previsti fl-Artikolu 36, meta l-informazzjoni fornuta tkun skorretta jew qarrieqa. |
3. Meta titlob li l-forniment ta’ informazzjoni b’deċiżjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha:
|
(a) |
tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika għat-talba; |
|
(b) |
tiddikjara l-iskop tat-talba; |
|
(c) |
tispeċifika x’informazzjoni tkun meħtieġa; |
|
(d) |
tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni u l-format li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni mitluba; |
|
(e) |
tindika l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 37 meta l-informazzjoni mitluba ma tkunx ġiet sottomessa fiż-żmien stipulat jew ma tkunx kompluta; |
|
(f) |
tindika l-multi prevista fl-Artikolu 36 meta l-informazzjoni mogħtija tkun skorretta jew qarrieqa; |
|
(g) |
tindika d-dritt għal appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u għar-rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
4. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom, u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi jew ta’ assoċjazzjonijiet li ma jkollhom l-ebda personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati li jirrappreżentawhom bil-liġi jew bil-kostituzzjoni tagħhom, għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. L-avukati debitament awtorizzati biex jaġixxu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawk il-klijenti għandhom jibqgħu kompletament responsabbli jekk l-informazzjoni pprovduta mill-avukati tagħhom ma tkunx kompluta, jew tkun skorretta jew qarrieqa.
5. L-ESMA għandha, mingħajr dewmien, tibgħat kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu domiċiljati jew stabbiliti l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikkonċernati mit-talba għall-informazzjoni.
Artikolu 33
Investigazzjonijeit ġenerali
1. Sabiex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa tal-persuni msemmija fl-Artikolu 32(1). Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA għandu jkollhom is-setgħa li:
|
(a) |
jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna; |
|
(b) |
jieħdu jew jiksbu kopji ċċertifikati ta’, jew siltiet minn, tali rekords, data, proċeduri u materjal ieħor; |
|
(c) |
isejħu u jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 32(1) jew lir-rappreżentanti jew lill-persunal tagħha għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u mal-iskop tal-investigazzjoni u jżommu rekord tat-tweġibiet; |
|
(d) |
jintervistaw lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens tagħha li tiġi intervistata għall-fini tal-ġbir ta’ informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni; |
|
(e) |
jitolbu rekords tat-traffiku tat-telefon u tad-data. |
2. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA għall-finijiet tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom mal-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 37(1) meta l-produzzjoni tar-rekords, tad-data, tal-proċeduri jew ta’ xi materjal ieħor meħtieġ, jew l-informazzjoni fornutamill-persuni msemmija fl-Artikolu 32(1) ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompluti, kif ukoll il-multi previsti fl-Artikolu 36, meta l-informazzjoni fornuta m mill-persuni msemmija fl-Artikolu 32(1) hija skorretta jew qarrieqa.
3. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 32(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jissottomettu ruħhom għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
4. Fi żmien xieraq qabel l-investigazzjoni, l-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru f’liema territorju għandha titwettaq dik l-investigazzjoni, bl-investigazzjoni u bl-identità tal-persuni awtorizzati mill-ESMA għall-fini tal-investigazzjoni. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fil-qadi ta’ dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata jistgħu jattendu wkoll l-investigazzjoni fuq talba.
5. Jekk talba għar-rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-data msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (e), tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tista’ wkoll issir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni.
6. Meta ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 5, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-ESMA tkun awtentika u li l-miżuri koerċittivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-investigazzjonijiet. Meta tivverifika l-proporzjonalità tal-miżuri koerċittivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari dawk relatati mar-raġunijiet li l-ESMA jkollha biex tissuspetta li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament, s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrieżamina l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li tingħata l-informazzjoni dwar il-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 34
Spezzjonijiet fuq il-post
1. Sabiex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post kollha meħtieġa fi kwalunkwe bini kummerċjali tal-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 32(1). Meta t-twettiq tajjeb u l-effiċjenza tal-ispezzjoni jkunu jirrikjedu dan, l-ESMA tista’ twettaq spezzjoni fuq il-post mingħajr avviż minn qabel.
2. L-uffiċjali tal-ESMA u persuni oħrajn awtorizzati minnha sabiex iwettqu spezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini kummerċjali u art tal-persuni ġuridiċi soġġetti għal deċiżjoni ta’ investigazzjoni adottata mill-ESMA u għandu jkollhom is-setgħat previsti fl-Artikolu 33(1). Huma għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini kummerċjali u l-kotba jew ir-rekords għall-perjodu tal-ispezzjoni u sa fejn ikun meħtieġ għaliha.
3. L-uffiċjali tal-ESMA u persuni oħrajn awtorizzati minnha biex iwettqu spezzjoni fuq il-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom wara l-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni. Dik l-awtorizazzjoni għandha tindika wkoll il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 37 meta l-persuni kkonċernati ma jissottomettux ruħhom għall-ispezzjoni. Fi żmien xieraq qabel l-ispezzjoni, l-ESMA għandha tavża dwar l-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun se ssir l-ispezzjoni.
4. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 32(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jissottomettu ruħhom għal spezzjonijiet fuq il-post ordnati b’deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni, d-data li fiha għandha tibda, l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-ESMA għandha tieħu tali deċiżjonijiet wara li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun se ssir l-ispezzjoni.
5. L-uffiċjali u l-persuni l-oħra awtorizzati jew maħtura mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih għandha ssir l-ispezzjoni, għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu b’mod attiv lill-uffiċjali u lill-persuni l-oħrajn awtorizzati mill-ESMA. Għal dak il-għan, huma għandhom igawdu s-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu wkoll jattendu l-ispezzjonijiet fuq il-post fuq talba.
6. L-ESMA tista’ wkoll titlob lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fuq il-post f’isimha, kif previst f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 33(1). Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom igawdu l-istess setgħat bħall-ESMA kif stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 33(1).
7. Meta l-uffiċjali u l-persuni l-oħrajn awtorizzati mill-ESMA jsibu li persuna tkun qed topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħtihom l-assistenza meħtieġa, filwaqt li titlob, fejn xieraq, l-assistenza tal-pulizija jew ta’ awtorità tal-infurzar ekwivalenti, sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fuq il-post.
8. Jekk l-ispezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew l-assistenza prevista fil-paragrafu 7 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tista’ wkoll issir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni.
9. Meta tkun saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 8, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-ESMA tkun awtentika u li l-miżuri koerċittivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-ispezzjoni. Meta tivverifika l-proporzjonalità tal-miżuri koerċittivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari dawk relatati mar-raġunijiet li l-ESMA jkollha biex tissuspetta li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament, s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrieżamina l-ħtieġa għall-ispezzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni dwar il-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 35
Miżuri superviżorji mill-ESMA
1. Meta l-ESMA ssib li fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ma jkunx ikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament, hija għandha tieħu waħda jew aktar mill-miżuri superviżorji li ġejjin:
|
(a) |
tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni jew ir-rikonoxximent tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG; |
|
(b) |
tipprojbixxi temporanjament lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG milli jippubblika jew jiddistribwixxi klassifikazzjonijiet ESG, sakemm jintemm il-ksur; |
|
(c) |
titlob lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG itemm il-ksur; |
|
(d) |
timponi multi skont l-Artikolu 36; |
|
(e) |
toħroġ avviżi pubbliċi. |
2. L-ESMA tista’ tieħu wkoll waħda jew aktar mill-miżuri superviżorji msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (b) sa (e), ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ kwalunkwe fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jopera fl-Unjoni skont l-Artikolu 2(1):
|
(a) |
mingħajr ma tikkonforma mal- Artikolu 4, jew metal-ESMA tkun issospendiet jew irtirat l-awtorizzazzjoni jew rikonoxximent tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG imsemmi f’dak l-Artikolu; |
|
(b) |
mingħajr ma tikkonforma mal-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn kwalunkwe esklużjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2). |
3. L-ESMA tista’ tieħu wkoll il-miżura superviżorja msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (e), fil-każ li attività ta’ klassifikazzjoni ESG ta’ fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jopera fl-Unjoni tkun ta’ theddida serja għall-integrità tas-suq jew għall-protezzjoni tal-investituri fl-Unjoni.
Sabiex tivverifika jekk persuna tkunx qed topera fl-Unjoni skont l-Artikolu 2(1), l-ESMA tista’ tuża s-setgħat mogħtija lilha bl-Artikoli 32, 33 u 34 fir-rgward tal-persuna kkonċernata jew kwalunkwe parti terza li tippermetti lill-persuna kkonċernata twettaq l-attività ta’ klassifikazzjoni ESG.
4. Il-miżuri superviżorji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
5. Meta tieħu kwalunkwe mill-miżuri superviżorji msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
id-durata u l-frekwenza tal-ksur; |
|
(b) |
jekk ir-reat finanzjarju kienx twettaq jew iffaċilitat jew inkella huwiex attribwibbli għall-ksur; |
|
(c) |
jekk il-ksur ikunx sar intenzjonalment jew b’negliġenza; |
|
(d) |
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur; |
|
(e) |
is-saħħa finanzjarja tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, kif indikata mill-fatturat nett annwali totali tiegħu; |
|
(f) |
l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri u fuq utenti ta’ klassifikazzjonijiet ESG oħrajn; |
|
(g) |
l-importanza tal-profitti miksuba u tat-telf evitat mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew tat-telf għall-partijiet terzi derivat mill-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati tali profitti u telf; |
|
(h) |
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG mal-ESMA, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata r-restituzzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG minħabba dak il-ksur; |
|
(i) |
kwalunkwe ksur preċedenti mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG; |
|
(j) |
il-miżuri meħuda wara l-ksur mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG biex tiġi evitata r-repetizzjoni tiegħu. |
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ksur għandu jitqies li sar intenzjonalment jekk l-ESMA ssib elementi oġġettivi li juru li persuna aġixxiet deliberatament biex twettaq il-ksur.
6. L-ESMA għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni li tieħu miżura superviżorja skont il-paragrafu 1 lill-persuna responsabbli għall-ksur mingħajr dewmien żejjed. L-ESMA għandha tippubblika kwalunkwe deċiżjoni bħal din fuq is-sit web tagħha fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data meta tkun ġiet adottata.
Il-pubblikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun fiha dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
dikjarazzjoni li tafferma d-dritt tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jappella d-deċiżjoni; |
|
(b) |
fejn rilevanti, dikjarazzjoni li tafferma li jkun tressaq appell u li tispeċifika li tali appell ma jkollux effett sospensiv; |
|
(c) |
dikjarazzjoni li tasserixxi li jkun possibbli għall-ESMA li tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’konformità mal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
7. L-ESMA tista’ tirrikjedi wkoll li l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jwettaq ksur jinforma lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESGtiegħu dwar kwalunkwe miżura superviżorja meħuda mill-ESMA skont il-paragrafu 1.
Artikolu 36
Multi
1. Meta l-ESMA ssib li fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, jew, fejn applikabbli, ir-rappreżentant legali tiegħu, ikun kiser dan ir-Regolament intenzjonalment jew b’negliġenza, hija għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa. L-ammont massimu tal-multa għandu jkun ta’ 10 % tal-fatturat nett annwali totali tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, ikkalkolat abbażi tal-aktar rapporti finanzjarji disponibbli reċenti approvati mill-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG.
2. Meta l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża prinċipali li tkun meħtieġa tħejji kontijiet finanzjarji kkonsolidati f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat nett annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat nett annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni applikabbli fil-qasam tal-kontabilità, skont l-aktar kontijiet ikkonsolidati disponibbli reċenti approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija.
3. Meta tiddetermina l-livell ta’ multa skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tqis il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 35(5).
4. Minkejja l-paragrafu 3, meta l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ibbenefika finanzjarjament mill-ksur, direttament jew indirettament, l-ammont tal-multa għandu jkun mill-inqas ugwali għal dak il-benefiċċju.
5. Meta att jew ommissjoni ta’ fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikunu jikkostitwixxu aktar minn ksur wieħed ta’ dan ir-Regolament, għandha tapplika biss l-ogħla multa kkalkolata f’konformità mal-paragrafu 2 u relatata ma’ wieħed mill-każijiet ta’ ksur.
Artikolu 37
Pagamenti perjodiċi ta’ penali
1. L-ESMA għandha, b’deċiżjoni, timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali sabiex iġġiegħel:
|
(a) |
lil fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG itemm ksur f’konformità ma’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 35(1), il-punt (c); |
|
(b) |
lill-persuni msemmija fl-Artikolu 32(1):
|
2. Pagament perjodiku ta’ penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. L-ESMA għandha timponi l-pagament perjodiku ta’ penali fuq bażi ta’ kuljum sakemm il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew il-persuna kkonċernata jikkonformaw mad-deċiżjoni rilevanti msemmija fil-paragrafu 1.
3. Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali għandu jkun 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena kontabilistika preċedenti jew, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, 2 % tal-introjtu medju ta’ kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Dan għandu jiġi kkalkolat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali.
4. Pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal perjodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-ESMA msemmija fil-paragrafu 1. Wara t-tmiem tal-perjodu għal xiex il-pagament perjodiku penali jkun impost, l-ESMA għandha tirrieżamina l-miżura.
Artikolu 38
Divulgazzjoni, natura, infurzar u allokazzjoni tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali
1. L-ESMA għandha tiddivulga lill-pubbliku kull multa u kull pagament perjodiku ta’ penali li hija tkun imponiet skont l-Artikoli 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament, sakemm tali divulgazzjoni ma tipperikolax serjament is-swieq finanzjarji tal-Unjoni jew ma tikkawżax dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali divulgazzjoni ma għandux ikun fiha data personali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/1725.
2. Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 36 u 37 għandhom ikunu ta’ natura amministrattiva.
3. Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 36 u 37 għandhom ikunu infurzabbli.
L-infurzar tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali għandu jiġi regolat mir-regoli ta’ proċedura fis-seħħ fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz fejn il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali jkunu infurzati.
4. Multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali għandhom jiġu allokati għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
Artikolu 39
Regoli proċedurali sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi
1. Meta l-ESMA ssib li hemm indikazzjonijiet serji ta’ ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament, l-ESMA għandha taħtar uffiċjal tal-investigazzjoni indipendenti fi ħdan l-ESMA biex jinvestiga l-kwistjoni. Dak l-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux jiġi involut direttament jew indirettament jew ikun ġie involut direttament jew indirettament fis-superviżjoni tal-klassifikazzjonijiet ESG li magħhom ikun relatat il-ksur u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.
2. L-uffiċjal tal-investigazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinvestiga l-allegat ksur, filwaqt li jqis kwalunkwe kumment sottomess mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjoni, u jissottometti fajl komplut bis-sejbiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.
3. L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jitlob informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 32 u li jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 33 u 34.
4. Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jkunu nġabru mill-ESMA fl-attivitajiet superviżorji tagħha.
5. Id-drittijiet ta’ difiża tal-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ matul l-investigazzjonijiet skont dan ir-Regolament.
6. Mas-sottomissjoni tal-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinnotifika lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjoni.
7. Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni u, fejn mitlub mill-persuni kkonċernati wara li jkun sema’ lil dawk il-persuni f’konformità mal-Artikolu 40, il-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA għandu jivvaluta jekk persuna waħda jew aktar soġġetti għall-investigazzjoni jkunux ikkommettew il-ksur ikkonċernat u għandu, f’dak li għandu x’jaqsam mal-konklużjoni li jkun twettaq tali ksur, jieħu miżura superviżorja kif imsemmija fl-Artikolu 35 u jimponi multa f’konformità mal-Artikolu 36.
8. L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA jew jintervjeni bi kwalunkwe mod ieħor fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.
9. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 47 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta aktar regoli ta’ proċedura biex tiġi eżerċitata s-setgħa tal-ESMA li timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ difiża, dispożizzjonijiet temporali u l-ġbir ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, u billi tadotta regoli dettaljati dwar il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar tal-multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali.
10. L-ESMA għandha tirreferi kwistjonijiet għal prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati meta, fit-twettiq tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, hija ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. L-ESMA għandha żżomm lura milli timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali meta liberazzjoni minn qabel jew kundanna li tirriżulta minn fatt identiku jew fatti li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà saret res judicata bħala riżultat tal-proċedimenti kriminali skont il-liġi nazzjonali.
Artikolu 40
Smigħ ta’ persuni soġġetti għal investigazzjonijiet
1. Qabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni li timponi miżura superviżorja, multa jew pagament perjodiku ta’ penali skont l-Artikolu 35, 36 jew 37, l-ESMA għandha tagħti lill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet l-opportunità li jinstemgħu dwar is-sejbiet tagħha. L-ESMA għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha fuq sejbiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet kellhom opportunità li jikkummentaw biss.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta tkun meħtieġa azzjoni urġenti skont l-Artikolu 35 sabiex jiġi evitat li ssir ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja. F’każ bħal dan, l-ESMA tista’ tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista’ jkun wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.
2. Id-drittijiet ta’ difiża tal-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ matul l-investigazzjonijiet. Huma għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl tal-ESMA, soġġetti għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew għad-dokumenti preparatorji interni tal-ESMA.
Artikolu 41
Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni bla limiti biex tirrieżamina d-deċiżjonijiet tal-ESMA li jimponu multa jew pagament perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla jew tnaqqas jew iżżid l-ammont tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penali impost.
Artikolu 42
Tariffi superviżorji
1. L-ESMA għandha timponi tariffi proporzjonati fuq il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG f’konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 2. Dawk it-tariffi għandhom ikopru bis-sħiħ in-nefqa meħtieġa tal-ESMA relatata mas-superviżjoni tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG u r-rimborż ta’ kwalunkwe kost li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq tal-kompiti skont dan ir-Regolament, u b’mod partikolari bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega tal-kompiti f’konformità mal-Artikolu 43.
2. L-ammont ta’ tariffa individwali għandu jkun proporzjonat mal-fatturat nett annwali tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikkonċernat.
Sat-2 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 47 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tispeċifika t-tip ta’ tariffi, il-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi u l-ġustifikazzjoni rispettiva, il-mod li bih għandhom jitħallsu u, fejn applikabbli, il-mod li bih l-ESMA għandha tirrimborża lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ kwalunkwe kost li jistgħu jġarrbu fit-twettiq tal-kompiti skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega tal-kompiti kif imsemmi fl-Artikolu 43. Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu tariffi li jkunu proporzjonati u xierqa għad-daqs tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG u sal-punt tas-superviżjoni tagħhom, b’mod partikolari meta jiġu kkategorizzati bħala fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG żgħar.
KAPITOLU 5
Kooperazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti
Artikolu 43
Delega tal-kompiti mill-ESMA lill-awtoritajiet kompetenti
1. Fejn meħtieġ għat-twettiq xieraq ta’ kompitu superviżorju, l-ESMA tista’ tiddelega l-kompiti superviżorji li ġejjin lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru f’konformità mal-linji gwida maħruġa mill-ESMA skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010:
|
(a) |
is-setgħa li titlob informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
is-setgħa li twettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 33 u 34 ta’ dan r-Regolament; |
2. Qabel id-delega ta’ kompitu f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tikkonsulta mal-awtorità kompetenti rilevanti dwar:
|
(a) |
il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat; |
|
(b) |
l-iskeda ta’ żmien għat-twettiq tal-kompitu; u |
|
(c) |
it-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-ESMA u lilha. |
3. L-ESMA għandha tirrimborża lil awtorità kompetenti rilevanti għall-kostijiet imġarrba b’riżultat tat-twettiq tal-kompiti ddelegati. L-ispejjeż li għandhom jitħallsu lura għandhom jikkonsistu fl-ispejjeż fissi kollha kif ukoll fl-ispejjeż varjabbli kollha relatati mat-twettiq tal-kompiti delegati jew mal-assistenza mogħtija mill-awtorità kompetenti lill-ESMA.
4. L-ESMA għandha tirrieżamina kwalunkwe delega li ssir f’konformità mal-paragrafu 1 f’intervalli xierqa. L-ESMA tista’ tirrevoka delega fi kwalunkwe ħin.
5. Delega tal-kompiti la għandha taffettwa r-responsabbiltà tal-ESMA u lanqas tillimita l-kapaċità tal-ESMA li twettaq u tissorvelja l-attività ddelegata. L-ESMA ma għandhiex tiddelega r-responsabbiltajiet superviżorji, inklużi d-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni, il-valutazzjonijiet finali u d-deċiżjonijiet ta’ segwitu dwar il-ksur.
Artikolu 44
Skambju ta’ informazzjoni
L-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijiethom skont dan ir-Regolament jew skont ir-responsabbiltà u l-mandati superviżorji rispettivi tagħhom.
Artikolu 45
Notifiki u talbiet għal sospensjoni mill-awtoritajiet kompetenti
1. Awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li ssib li fit-territorju tagħha stess jew ta’ Stat Membru ieħor qed jitwettqu jew twettqu atti minn fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li jiksru dan ir-Regolament, għandha tinforma lill-ESMA b’dan. Meta awtorità kompetenti tqis li jkun xieraq għal skopijiet investigattivi, dik l-awtorità kompetenti tista’ tissuġġerixxi lill-ESMA li tivvaluta l-ħtieġa li tuża s-setgħat skont l-Artikolu 32 b’rabta mal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG involut f’dawk l-atti.
2. L-ESMA għandha tieħu azzjoni xierqa. L-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti notifikanti bl-eżitu u, sa fejn ikun possibbli, bi kwalunkwe żvilupp interim sinifikanti.
3. Awtorità kompetenti notifikanti ta’ Stat Membru li tqis li fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG elenkat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 14 li l-klassifikazzjonijiet ESG tiegħu jintużaw fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jkun kiser dan ir-Regolament b’tali mod li l-protezzjoni tal-investituri jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja f’dak l-Istat Membru tiġi affettwata b’mod sinifikanti, tista’ titlob lill-ESMA tissospendi l-forniment ta’ klassifikazzjonijiet ESG mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikkonċernat. L-awtorità kompetenti notifikanti għandha tipprovdi lill-ESMA bir-raġunijiet sħaħ għat-talba tagħha.
4. Meta l-ESMA tqis li t-talba msemmija fil-paragrafu 3 ma tkunx ġustifikata, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti notifikanti b’dan bil-miktub, filwaqt li tistabbilixxi r-raġunijiet għall-opinjoni tagħha. Meta l-ESMA tqis li t-talba hija ġustifikata, hija għandha tieħu l-miżuri xierqa biex issolvi l-kwistjoni u għandha tgħarraf b’dan lill-awtorità kompetenti notifikanti bil-miktub.
Artikolu 46
Segretezza professjonali
1. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-ESMA, għall-awtoritajiet kompetenti u għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-ESMA, għall-awtoritajiet kompetenti jew għal kwalunkwe persuna oħra li lilha l-ESMA tkun iddelegat xi kompiti, inklużi awdituri u esperti kkuntrattati mill-ESMA. L-informazzjoni koperta bis-segretezza professjonali ma għandhiex tiġi ddivulgata lill-ebda persuna jew awtorità oħra għajr permezz tad-dritt tal-Unjoni jew bil-liġi nazzjonali.
2. L-informazzjoni kollha skambjata skont dan ir-Regolament bejn l-ESMA, l-awtoritajiet kompetenti, l-EBA, l-EIOPA, u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41), li tikkonċerna l-kundizzjonijiet ta’ negozju jew operazzjonali jew affarijiet ekonomiċi jew personali oħrajn għandha titqies kunfidenzjali, ħlief meta:
|
(a) |
l-ESMA jew l-awtorità kompetenti jew awtorità oħra jew korp ieħor ikkonċernati jiddikjaraw fil-mument tal-komunikazzjoni li tali informazzjoni tista’ tiġi ddivulgata; |
|
(b) |
d-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni tkun meħtieġa għal proċedimenti ġudizzjarji; |
|
(c) |
l-informazzjoni ddivulgata tintuża f’sommarju jew f’forma aggregata li fiha l-parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji ma jkunux jistgħu jiġu identifikati. |
TITOLU IV
ATTI DELEGATI U TA’ IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 47
Eżerċizzju u revoka tad-delega u oġġezzjonijiet għall-atti delegati
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(3), l-Artikolu 39(9) u l-Artikolu 42(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Jannar 2025. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 10(3), l-Artikolu 39(9) u l-Artikolu 42(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 39(9) u l-Artikolu 42(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
7. Jekk, malli jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 6, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.
8. Jekk jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att delegat fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. F’konformità mal-Artikolu 296 tat-TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att delegat.
Artikolu 48
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (42). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 49
Emenda għar-Regolament (UE) 2019/2088
Fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/2088 jiżdied il-paragrafu li ġej:
“3. Meta parteċipant fis-swieq finanzjarji jew konsulent finanzjarju jiddivulga lil partijiet terzi klassifikazzjoni ESG, kif definit fl-Artikolu 3, punt (1), tar-Regolament (UE) 2024/3005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), bħala parti mill-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħu, huwa għandu jinkludi fuq is-sit web tiegħu l-istess informazzjoni bħal dik meħtieġa mill-punt 1 tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament u f’dawk il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandu jiddivulga link għal dik l-informazzjoni ddivulgata fis-sit web.
L-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, b’kont meħud tal-informazzjoni diġà ddivulgata skont l-Artikolu ta’ dan ir-Regolament.
L-ESAs għandhom jissottomettu l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu lill-Kummissjoni.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 50
Emenda għar-Regolament (UE) 2023/2859
Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) 2023/2859, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
“20. |
Ir-Regolament (UE) 2024/3005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 dwar it-trasparenza u l-integrità tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjonijiet Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG), u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/2088 u (UE) 2023/2859 (ĠU L, 2024/3005, 12.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3005/oj).”. |
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 51
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG li kienu joperaw fl-Unjoni fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jinnotifikaw lill-ESMA sat-2 ta’ Awwissu 2026 jekk ikunu jixtiequ jkomplu joperaw fl-Unjoni u japplikaw għal awtorizzazzjoni jew rikonoxximent f’konformità mat-Titolu II. F’dak il-każ, huma għandhom japplikaw għall-awtorizzazzjoni jew rikonoxximent fi żmien erba’ xhur mit-2 ta’ Lulju 2026. Fin-nuqqas ta’ tali applikazzjoni lill-ESMA f’ dak iż-żmien ta’ erba’ xhur, huma għandhom iwaqqfu l-attivitajiet tagħhom.
2. Wara li jinnotifika lill-ESMA skont il-paragrafu 1, il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jiġi elenkat temporanjament fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 14 u jkun jitħalla, sakemm l-applikazzjoni tiegħu tkun ġiet approvata jew miċħuda, jkompli jopera fl-Unjoni, u jista’ japprova klassifikazzjoni ESG ipprovduta minn fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni u li jappartjeni għall-istess grupp skont l-Artikolu 11.
3. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikkategorizzati bħala fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG żgħar, skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1), li kienu joperaw fl-Unjoni fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jinnotifikaw lill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 5 sat-2 ta’ Novembru 2026 jekk ikunu jixtiequ jkomplu joperaw fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ tali notifikasa dik id-data, huma għandhom iwaqqfu l-attivitajiet tagħhom.
Artikolu 52
Rieżami
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sat-2 ta’ Jannar 2029.
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta twettaq l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis l-iżviluppi tas-suq u l-evidenza rilevanti għad-dispożizzjoni tagħha. Ir-rapport għandu b’mod partikolari jivvaluta dan li ġej:
|
(a) |
l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq it-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, fuq in-nuqqas tal-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119, u fuq l-orjentament mill-ġdid tal-flussi tal-kapital privat lejn investimenti sostenibbli; |
|
(b) |
l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq l-istruttura tas-suq, inkluża l-evoluzzjoni tal-għadd u tad-diversità tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG; |
|
(c) |
jekk il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament huwiex xieraq biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu f’konformità mal-Artikolu 1, inkluż jekk il-fornituri ta’ prodotti tad-data dwar id-drittijiet ambjentali, soċjali u tal-bniedem, u dwar il-fatturi ta’ governanza għandhomx jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
|
(d) |
l-adegwatezza tar-rekwiżiti għall-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni biex joperaw fl-Unjoni; |
|
(e) |
il-funzjonament tas-suq tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG fl-Unjoni, inklużi kunflitt ta’ interess potenzjali, u s-superviżjoni tiegħu mill-ESMA; |
|
(f) |
jekk dan ir-Regolament, inkluż il-prinċipju tan-noninterferenza msemmi fl-Artikolu 28, ikkontribwewx għat-titjib tal-kwalità u l-affidabbiltà tal-klassifikazzjonijiet ESG u naqqsux l-użu ta’ klassifikazzjonijiet ESG qarrieqa. |
3. Fejn il-Kummissjoni ssib li jkun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emenda tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 53
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-2 ta’ Lulju 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Novembru 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
(1) ĠU C, C/2024/883, 6.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/883/oj.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2024 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2024.
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(5) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(6) Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).
(7) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(8) Ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2631, 30.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2631/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1).
(12) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(13) Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15).
(14) Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).
(16) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).
(18) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(19) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (riformulazzjoni) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(20) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(21) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(22) Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).
(23) Ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1).
(24) Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40).
(25) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(26) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(27) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(28) Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).
(29) Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).
(30) Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98).
(31) Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).
(32) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(33) Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).
(34) Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).
(35) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
(36) Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
(37) Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385).
(38) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(39) Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).
(40) Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).
(41) Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil | tal-24 ta’ Novembru 2010 | dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).
(42) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta’ Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew tat-Titoli (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45).
(43) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS I
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN IPPROVDUTA FL-APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(a) |
l-isem sħiħ tal-applikant, l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni tiegħu, is-sit web tal-applikant u, jekk ikun disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika (legal entity identifier, LEI) tal-applikant; |
|
(b) |
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ persuna ta’ kuntatt għand l-applikant; |
|
(c) |
l-istatus legali tal-applikant; |
|
(d) |
l-istruttura tas-sjieda tal-applikant; |
|
(e) |
l-identità tal-entitajiet fl-istruttura tas-sjieda tal-applikant li se jipprovdu klassifikazzjonijiet ESG jew kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 16(1); |
|
(f) |
l-identità tal-membri tal-maniġment superjuri tal-applikant u l-livell ta’ kwalifika, esperjenza u taħriġ tagħhom; |
|
(g) |
l-għadd ta’ analisti ta’ klassifikazzjoni, impjegati u persuni oħrajn li jaħdmu għall-applikant li huma direttament involuti fl-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, u l-livell ta’ esperjenza u taħriġ tagħhom; |
|
(h) |
il-kopertura mistennija tas-suq tal-klassifikazzjonijiet ESG; |
|
(i) |
deskrizzjoni tal-proċeduri u l-metodoloġiji użati għall-ħruġ u r-rieżami tal-klassifikazzjonijiet ESG implimentati mill-applikant, jekk l-applikant jistenniex li juża l-informazzjoni divulgata skont ir-Regolament (UE) 2019/2088 u d-Direttiva 2013/34/UE, u jekk l-applikant hux qed jistenna li juża metodoloġiji li huma bbażati fuq evidenza xjentifika u jqis il-miri u l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi jew kwalunkwe ftehim internazzjonali rilevanti ieħor; |
|
(j) |
il-politiki jew il-proċeduri implimentati mill-applikant biex jidentifika, jimmaniġġa u jiddivulga kwalunkwe kunflitt ta’ interess kif imsemmi fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(k) |
fejn applikabbli, dokumenti u informazzjoni relatati ma’ kwalunkwe arranġament ta’ esternalizzazzjoni eżistenti jew ippjanat għal attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament; |
|
(l) |
fejn applikabbli, informazzjoni dwar attivitajiet oħra, inkluża l-approvazzjoni mistennija, imwettqa mill-applikant, jew li l-applikant biħsiebu jwettaq. |
|
(m) |
fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-miżuri speċifiċi implimentati mill-applikant kif imsemmi fl-Artikolu 16(2) u (3) ta’ dan ir-Regolament; |
|
(n) |
fejn applikabbli, informazzjoni dwar attivitajiet preċedenti ta’ klassifikazzjoni ESG. |
ANNESS II
REKWIŻITI ORGANIZZAZZJONALI
1. Informazzjoni dwar iż-żamma tar-reġistri
Il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom iżommu rekords ta’ dan kollu li ġej:
|
(a) |
għal kull klassifikazzjoni ESG, fejn applikabbli:
|
|
(b) |
ir-rekords dwar il-kontijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tariffi li jkunu tħallsu minn kwalunkwe element ikklassifikat jew emittent tal-element ikklassifikat jew parti terza relatata jew kwalunkwe utent tal-klassifikazzjonijiet ESG; |
|
(c) |
ir-rekords tal-kontijiet għal kull abbonat għall-utenti ta’ klassifikazzjonijiet ESG; |
|
(d) |
ir-rekords li jiddokumentaw il-proċeduri stabbiliti u l-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni użati mill-fornitur tal-klassifikazzjoni ESG biex jiddetermina l-klassifikazzjonijiet ESG; |
|
(e) |
ir-rekords interni u l-komunikazzjonijiet u l-fajls esterni, inklużi informazzjoni mhux pubblika u dokumenti ta’ ħidma, użati biex jiffurmaw il-bażi ta’ kwalunkwe deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni ESG meħuda; |
|
(f) |
ir-rekords tal-proċeduri u l-miżuri implimentati mill-fornitur tal-klassifikazzjoni ESG biex jikkonforma ma’ dan ir-Regolament; |
|
(g) |
il-metodoloġija użata għad-determinazzjoni ta’ klassifikazzjoni ESG; |
|
(h) |
bidliet fi proċeduri u metodoloġiji standard jew devjazzjonijiet minnhom; |
|
(i) |
id-dokumenti kollha dwar kwalunkwe lment, fosthom dawk sottomessi mill-ilmentatur. |
2. Esternalizzazzjoni
Meta l-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG jesternalizzaw funzjonijiet lil fornitur tas-servizzi jew kwalunkwe servizz jew attività rilevanti fil-forniment ta’ klassifikazzjoni ESG, il-fornitur tal-klassifikazzjoni ESG għandu jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-fornitur tas-servizz ikollu l-abbiltà, il-kapaċità u kwalunkwe awtorizzazzjoni meħtieġa bil-liġi, biex iwettaq il-funzjonijiet, is-servizzi jew l-attivitajiet esternalizzati b’mod affidabbli u professjonali; |
|
(b) |
il-fornitur tal-klassifikazzjonijiet ESG jieħu azzjoni xierqa jekk jidher li l-fornitur tas-servizz jista’ ma jkunx qed iwettaq il-funzjonijiet esternalizzati b’mod effettiv u f’konformità mal-liġi applikabbli u r-rekwiżiti regolatorji; |
|
(c) |
il-fornitur tal-klassifikazzjonijiet ESG iżomm l-għarfien espert meħtieġ biex jissorvelja l-funzjonijiet esternalizzati b’mod effettiv u biex jimmaniġġja r-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni; |
|
(d) |
il-fornitur tas-servizzi jiddivulga lill-fornitur tal-klassifikazzjonijiet ESG kwalunkwe żvilupp li jista’ jkollu impatt materjali fuq il-kapaċità tiegħu li jwettaq il-funzjonijiet esternalizzati b’mod effettiv u f’konformità mal-liġi applikabbli u r-rekwiżiti regolatorji; |
|
(e) |
il-fornitur tal-klassifikazzjonijiet ESG ikun jista’ jittermina l-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni fejn meħtieġ; |
|
(f) |
il-fornitur tal-klassifikazzjonijiet ESG jieħu passi raġonevoli, inklużi pjanijiet ta’ kontinġenza, biex jevita riskju operazzjonali bla bżonn relatat mal-parteċipazzjoni tal-fornitur tas-servizz fil-proċess ta’ determinazzjoni tal-klassifikazzjoni ESG. |
ANNESS III
REKWIŻITI TA’ DIVULGAZZJONI
1. Divulgazzjonijiet minimi lill-pubbliku
F’konformità mal-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom, bħala minimu, jiddivulgaw lill-pubbliku fuq is-sit web tagħhom u permezz tal-Punt ta’ aċċess uniku Ewropew (European Single Access Point, ESAP) dan li ġej:
|
(a) |
ħarsa ġenerali lejn il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni użati u l-bidliet fihom, inkluż jekk l-analiżi tħarisx lura jew tħarisx ’il quddiem u l-perjodu taż-żmien kopert; |
|
(b) |
il-klassifikazzjoni tal-industrija użata; |
|
(c) |
ħarsa ġenerali lejn is-sorsi tad-data, inkluż jekk id-data nkisbitx minn dikjarazzjonijiet ta’ sostenibbiltà meħtieġa skont id-Direttiva 2013/34/UE jew minn informazzjoni divulgata skont ir-Regolament (UE) 2019/2088, u jekk is-sorsi humiex pubbliċi jew mhux pubbliċi, u ħarsa ġenerali lejn il-proċessi tad-data, l-istima tad-data tal-input f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà u l-frekwenza tal-aġġornamenti tad-data; |
|
(d) |
l-istruttura tas-sjieda tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG; |
|
(e) |
informazzjoni dwar jekk u kif il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni huma bbażati fuq evidenza xjentifika; |
|
(f) |
informazzjoni dwar l-objettiv definit b’mod ċar tal-klassifikazzjonijiet ESG u l-immarkar ta’ jekk il-klassifikazzjoni hijiex qed tivvaluta r-riskji, l-impatti, jew it-tnejn, skont il-prinċipju ta’ materjalità doppja, jew kwalunkwe dimensjoni oħra, u fil-każ ta’ materjalità doppja l-proporzjon tar-riskju u l-materjalità tal-impatt; |
|
(g) |
l-ambitu tal-klassifikazzjoni ESG, jiġifieri jekk tkoprix fattur E, S, jew G individwali jew jekk hijiex klassifikazzjoni aggregata li taggrega l-fatturi E, S u G, jew jekk tkoprix kwistjonijiet speċifiċi bħar-riskji ta’ tranżizzjoni; |
|
(h) |
fil-każ ta’ klassifikazzjoni ESG aggregata, il-ponderazzjoni tat-tliet kategoriji ġenerali tal-fatturi E, S u G (pereżempju 33 % għal fattur E, 33 % għal fattur S, 33 % għal fattur G), u l-ispjegazzjoni tal-metodu ta’ ponderazzjoni, inkluż il-piż għal kull kategorija E, S u G individwali; |
|
(i) |
fi ħdan il-fatturi E, S jew G, l-ispeċifikazzjoni tas-suġġetti koperti mill-klassifikazzjoni ESG, u jekk jikkorrispondux għas-suġġetti mill-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà żviluppati skont l-Artikolu 29b tad-Direttiva 2013/34/UE; |
|
(j) |
informazzjoni dwar jekk il-klassifikazzjoni hijiex espressa f’valur assolut jew relattiv; |
|
(k) |
fejn applikabbli, referenza għall-użu tal-intelliġenza artifiċjali fil-proċess tal-ġbir tad-data jew tal-klassifikazzjoni, inkluża informazzjoni dwar limitazzjonijiet u riskji attwali tal-użu tal-intelliġenza artifiċjali; |
|
(l) |
informazzjoni ġenerali dwar il-kriterji użati għall-istabbiliment tat-tariffi imposti fuq il-klijenti, li tispeċifika d-diversi elementi kkunsidrati, u informazzjoni ġenerali dwar il-mudell tan-negozju/tal-ħlas; |
|
(m) |
kwalunkwe limitazzjoni fis-sorsi tad-data u metodoloġiji użati għall-kostruzzjoni tal-klassifikazzjonijiet ESG; |
|
(n) |
ir-riskji ewlenin tal-kunflitti ta’ interess u l-passi meħuda biex jittaffew; |
|
(o) |
jekk klassifikazzjoni ESG ta’ element ikklassifikat tkopri l-fattur E, informazzjoni dwar jekk dik il-klassifikazzjoni tqisx il-miri u l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi jew kwalunkwe ftehim internazzjonali rilevanti ieħor; |
|
(p) |
jekk klassifikazzjoni ESG ta’ element ikklassifikat tkopri l-fatturi S u G, informazzjoni dwar jekk dik il-klassifikazzjoni tqisx kwalunkwe ftehim internazzjonali rilevanti; |
|
(q) |
kwalunkwe limitazzjoni dwar l-informazzjoni disponibbli lill-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG. |
2. Divulgazzjonijiet addizzjonali lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG u lill-elementi kklassifikati fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/34/UE
F’konformità mal-Artikolu 24 u minbarra d-divulgazzjoni minima lill-pubbliku msemmija fil-punt 1 ta’ dan l-Anness, il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni li ġejja lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG u lill-elementi kklassifikati u lill-emittenti tal-element ikklassifikat, jekk ikun applikabbli, li huma soġġetti għal tali klassifikazzjoni:
|
(a) |
ħarsa ġenerali aktar granulari lejn il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni użati u l-bidliet fihom, inkluż:
|
|
(b) |
ħarsa ġenerali aktar granulari lejn il-proċessi tad-data, inkluż:
|
|
(c) |
fejn applikabbli, informazzjoni dwar l-involviment ma’ elementi kklassifikati u emittenti tal-elementi kklassifikati, inkluż jekk il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG wettaqx rieżamijiet jew żjarat fuq il-post u l-frekwenza tagħhom; |
|
(d) |
fejn fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG joħroġ klassifikazzjoni mhux mitluba, dikjarazzjoni prominenti għal dak il-għan fil-klassifikazzjoni ESG, inkluż informazzjoni dwar jekk l-element ikklassifikat jew parti terza relatata kinux infurmati li ser jiġu kklassifikata, jekk ipparteċipawx jew le fil-proċess ta’ klassifikazzjoni u jekk il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG kellux aċċess għad-dokumenti relatati mal-ġestjoni u għal dokumenti interni rilevanti oħra fir-rigward tal-element kklassifikat jew ta’ parti terza relatata; |
|
(e) |
fejn applikabbli, spjegazzjoni ta’ kwalunkwe metodoloġija tal-intelliġenza artifiċjali użata fil-proċess tal-ġbir jew tal-klassifikazzjoni tad-data; |
|
(f) |
f’każ ta’ informazzjoni ġdida maġġuri fir-rigward ta’ element ikklassifikat li għandu l-possibbiltà li jaffettwa r-riżultat ta’ klassifikazzjoni ESG, il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom jispjegaw kif ikunu qiesu dik l-informazzjoni u jekk emendawx il-klassifikazzjoni ESG korrispondenti; |
Fejn applikabbli, l-informazzjoni msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandha tkun speċifika għal kull klassifikazzjoni ESG distribwita.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3005/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)