<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑452/16 PPU</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0452</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:858">EU:C:2016:858</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20161110">10.11.2016</DATE> – KAWŻA C‑452/16 PPU</P><P>POLTORAK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Mandat ta’ arrest Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>deċiżjoni ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mir-Rikspolisstyrelsen (direttorat ġenerali tal-pulizija nazzjonali, l-Isvezja) fil-kuntest ta’ eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑452/16 PPU,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-rechtbank Amsterdam (tribunal ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20160816">16 ta’ Awwissu 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess jum, fil-proċedura dwar l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Krzysztof Marek Poltorak,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, E. Juhász, C. Vajda, K. Jürimäe (Relatur) u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20161005">5 ta’ Ottubru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal K. M. Poltorak, minn S. Wester, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman, H. Stergiou u B. Koopman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze, M. Hellmann, u J. Möller, u R. Riegel, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn E. Tsaousi, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn S. Hartikainen, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svediż, A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, N. Otte Widgren, H. Shev u F. Bergius, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Troosters u S. Grünheid, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20161019">19 ta’ Ottubru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat‑<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE>, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, u rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="017" PAGE.FIRST="45" DATE.PUB="2002">ĠU L 17, p. 45</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas‑<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 81, p. 24</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Deċiżjoni Qafas<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest tal-eżekuzzjoni, fil-Pajjiżi l-Baxxi, ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mir-Rikspolisstyrelsen (direttorat ġenerali tal-pulizija nazzjonali, l-Isvezja) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>direttorat ġenerali tal-pulizija nazzjonali Svediż<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) kontra K. M. Poltorak fil-kuntest tal-eżekuzzjoni, fl-Isvezja, ta’ piena ta’ ċaħda tal-libertà ta’ sena u tliet xhur.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 5 sa 9 tad-Deċiżjoni Qafas huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>(5)</NO.P><TXT>L-għan stabbilit biex l-Unjoni ssir żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja jwassal għall-abolizzjoni ta’ l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri u li din tiġi sostitwita b’sistema ta’ konsenja bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ sistema ssimplifikata ġdida ta’ konsenja ta’ persuni kkundannati jew suspettati għall-finijiet ta’ esekuzzjoni ta’ sentenzi kriminali jew biex jiġu sottoposti għal azzjoni kriminali, jagħmilha possibbli li jitneħħew il-komplessità u l-potenzjal għad-dewmien inerenti fil-proċeduri preżenti ta’ l-estradizzjoni. Ir-relazzjonijiet tradizzjonali ta’ kooperazzjoni li eżistew s’issa bejn l-Istati Membri għandhom jiġu sostitwiti b’sistema ta’ moviment liberu tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali, li tkopri kemm deċiżjonijiet qabel ma tingħata s-sentenza kif ukoll dawk finali, fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Il-mandat ta’ arrest Ewropew previst f’din id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] hi l-ewwel miżura konkreta fil-qasam tal-liġi kriminali li timplimenta l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku li l-Kunsill Ewropew semma’ bħala l-bażi tal-kooperazzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Billi l-għan tas-sostituzzjoni tas-sistema ta’ estradizzjoni multilaterali mibnija fuq il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tat-<DATE ISO="19571213">13 ta’ Diċembru 1957</DATE> ma jistax jintlaħaq sew mill-Istati Membri li jaġixxu unilateralment u jista’ għalhekk, minħabba fl-iskala u fl-effetti tiegħu, jiġi milħuq aħjar fuq il-livell ta’ l-Unjoni, il-Kunsill jista’ jadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjietà msemmi fl-Artikolu 2[UE] u l-Artikolu 5 [KE]. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu ta’ l-aħħar, din id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] ma tmurx lil hin minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Id-deċiżjonijiet dwar l-esekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli suffiċjenti, li jfisser li awtorità ġudizzjarja ta’ l-Istat Membru fejn il-persuna rikjesta ġiet arrestata jkollha tieħu d-deċiżjoni dwar il-konsenja tagħha.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Ir-rwol ta’ l-awtoritajiet ċentrali fl-esekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għandu jkun limitat għall-assistenza prattika u amministrattiva.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Definizzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew u l-obbligu li jiġi esegwit<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-mandat ta’ arrest Ewropew hija deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn Stat Membru bl-iskop ta’ l-arrest u l-konsenja minn Stat Membru ieħor ta’ persuna rikjesta, għall-finijiet tat-tmexxija ta’ azzjoni kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jesegwixxu kwalunkwe mandat ta’ arrest Ewropew abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas].</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikoli 3, 4 u 4a tad-Deċiżjoni Qafas jistipulaw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni obbligatorja u fakultattiva tal-mandat ta’ arrest Ewropew. L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Qafas jipprevedi l-garanziji li għandhom jingħataw mill-Istat Membru emittenti f’każijiet partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Determinazzjoni ta’ l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha tkun l-awtorità ġudizzjarja ta’ l-Istat Membru emittenti li hi kompetenti biex toħroġ mandat ta’ arrest Ewropew permezz tal-liġi ta’ dak l-Istat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni għandha tkun l-awtorità ġudizzjarja ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni li hi kompetenti biex tesegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew permezz tal-liġi ta’ dak l-Istat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bl-awtorità ġudizzjarja kompetenti taħt il-liġi tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Rikors lill-awtorità ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru jista’ jinnomina awtorità ċentrali jew, meta s-sistema legali tiegħu hekk tipprovdi, aktar minn awtorità ċentrali waħda biex tassisti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Stat Membru jista’, jekk ikun meħtieġ bħala riżultat ta’ l-organizazzjoni tas-sistema ġudizzjarja interna tiegħu, jagħmel l-awtorità(jiet) ċentrali tiegħu responsabbli għat-trasmissjoni amministrattiva u l-wasla ta’ mandati ta’ arrest Ewropej kif ukoll għall-korrispondenza uffiċjali oħra kollha konnessa miegħu.</ALINEA><ALINEA>Stat Membru li jixtieq jagħmel użu mill-possibiltajiet imsemmija f’dan l-Artikolu għandu jikkomunika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill informazzjoni konnessa ma’ l-awtorità ċentrali nominata jew l-awtoritajiet ċentrali nnominati. Dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-awtoritajiet kollha ta’ l-Istat Membru emittenti.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Overleveringswet (liġi dwar il-konsenja) tittrasponi d-Deċiżjoni Qafas fid-dritt Olandiż. L-Artikolu 1 ta’ din il-liġi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Għall-finijiet ta’ din il-liġi:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>mandat ta’ arrest Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser id-deċiżjoni bil-miktub ta’ awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea bil-għan tal-arrest jew tal-konsenja ta’ persuna mill-awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser l-awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, kompetenti bis-saħħa tad-dritt intern sabiex toħroġ mandat ta’ arrest Ewropew;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-liġi dwar il-konsenja jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Il-konsenja għandha ssir biss lill-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti ta’ Stati Membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea, b’osservanza tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi jew meħuda skont din.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20121221">21 ta’ Diċembru 2012</DATE>, il-Göteborgs Tingsrätt (qorti tal-ewwel istanza ta’ Göteborg, l-Isvezja) tat kontra, K. M. Poltorak, ċittadin Pollakk, piena ta’ ċaħda tal-libertà ta’ sena u tliet xhur, għal fatti kkwalifikati bħala swat u feriti gravi. Fit-<DATE ISO="20140630">30 ta’ Ġunju 2014</DATE>, id-direttorat ġenerali tal-pulizija nazzjonali Svediż ħareġ mandat ta’ arrest Ewropew kontra K. M. Poltorak, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni, fl-Isvezja, ta’ din il-piena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-rechtbank Amsterdam (qorti ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) ġiet adita, bħala awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tal-imsemmi mandat ta’ arrest Ewropew, sabiex K. M. Poltorak jiġi arrestat u konsenjat lill-awtoritajiet Svediżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Wara talba għal informazzjoni mibgħuta lill-awtoritajiet Svediżi dwar l-awtorità emittenti tal-istess mandat ta’ arrest Ewropew, l-imsemmija qorti kisbet informazzjoni, b’mod partikolari, dwar l-istruttura, l-indipendenza, il-funzjonament u l-kompetenzi ta’ din l-awtorità, kif ukoll dwar il-proċedura u l-kriterji li abbażi tagħhom l-imsemmija awtorità tiddeċiedi li toħroġ mandati ta’ arrest Ewropej għall-eżekuzzjoni ta’ piena jew ta’ miżura ta’ sigurtà li ċċaħħad il-libertà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din l-informazzjoni, kif ukoll tal-elementi li jinsabu fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20081021">21 ta’ Ottubru 2008</DATE>, dwar il-prattiċi nazzjonali dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew [Rapport ta’ evalwazzjoni dwar ir-raba’ serje ta’ evalwazzjonijiet reċiproċi – <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>applikazzjoni prattika tal-mandat ta’ arrest Ewropew u tal-proċeduri korrispondenti ta’ konsenja bejn Stati Membri<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>: rapport dwar l-Isvezja (9927/1/08 REV 2)], il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-fatt jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn servizz ta’ pulizija, bħad-direttorat ġenerali tal-pulizija nazzjonali Svediż, għandux jiġi kkunsidrat li nħareġ minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas, u jekk, konsegwentement, dan il-mandat ta’ arrest Ewropew jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>deċiżjoni ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti tistaqsi lilha nnifisha dwar jekk il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>deċiżjoni ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tad-Deċiżjoni Qafas, għandhomx jiġu interpretati bħala kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni jew jekk l-Istati Membri humiex liberi li jiddefinixxu s-sens u l-portata tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-ipoteżi fejn l-imsemmija kunċetti jiġu kkunsidrati bħala kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni, il-qorti tar-rinviju tqis li dan ikun jimplika li l-mandat ta’ arrest Ewropew għandu jinħareġ minn awtorità li għandha status u kompetenzi li jippermettulha li toffri protezzjoni ġudizzjarja suffiċjenti fl-istadju tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew. Fid-dawl tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku li hija bbażata fuqu d-Deċiżjoni Qafas, hija tikkunsidra li tali awtorità għandha tkun imħallef jew prokuratur, bl-esklużjoni għalhekk li l-mandat ta’ arrest Ewropew ikun jista’ jinħareġ minn servizz ta’ pulizija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-ipoteżi fejn dawn il-kunċetti jkunu jaqgħu taħt id-dritt nazzjonali tal-Istati Membri, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li dawn jibqgħu madankollu obbligati li jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni fl-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħhom. Hija tirreferi b’hekk għall-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja, sa fejn jikkonċerna d-dritt ta’ rimedju effettiv fil-kuntest tal-proċedura ta’ konsenja, fil-punti 46 u 47 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>F.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑168/13 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:358">EU:C:2013:358</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u, f’dak li jikkonċerna l-protezzjoni ġudizzjarja li għandha tiġi ggarantita fl-istadju tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew, fil-punt 56 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160601">1 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bob-Dogi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑241/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:385">EU:C:2016:385</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rechtbank Amsterdam (qorti ta’ Amsterdam) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1)</NO.P><TXT>L-espressjonijiet <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> [msemmija] fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni [Qafas] […] u <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>deċiżjoni ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> [msemmija] fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni [Qafas] […] huma kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>[Jekk] l-ewwel domanda [tingħata] risposta affermattiva: [abbażi] ta’ liema kriterji jista’ [jiġi ddeterminat] jekk awtorità tal-Istat Membru emittenti hijiex <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> ta’ din [il-kwalità] u jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew [maħruġ minnha] huwiex, [għaldaqstant], <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>deċiżjoni ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> ta’ din [il-kwalità]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>[Jekk] l-ewwel domanda [tingħata] risposta affermattiva: id-Direttorat Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali Svediż jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> [imsemmi] fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni [Qafas] […] u l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn din l-awtorità huwa, [għaldaqstant], <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>deċiżjoni ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> [kif imsemmi] fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] […]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>[Jekk] l-ewwel domanda [tingħata] risposta negattiva: in-nomina ta’ awtorità nazzjonali tal-pulizija bħad-Direttorat Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali bħala awtorità ġudizzjarja emittenti hija konformi mad-dritt tal-Unjoni?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-proċedura b’urġenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju talbet li dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jkun suġġett għall-proċedura b’urġenza prevista fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Insostenn ta’ din it-talba, hija b’mod partikolari tinvoka l-fatt li K. M. Poltorek attwalment jinsab imċaħħad mil-libertà tiegħu, pendenti l-konsenja effettiva tiegħu lill-awtoritajiet Svediżi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas, li taqa’ fl-oqsma li jinsabu fit-Titolu V tat-tielet parti tat-Trattat FUE, dwar l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Konsegwentement, huwa jista’ jkun suġġett għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-persuna kkonċernata fil-kawża prinċipali hija attwalment imċaħħda mil-libertà u li ż-żamma tagħha f’detenzjoni tiddependi mis-soluzzjoni tal-kawża prinċipali (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Lanigan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑237/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:474">EU:C:2015:474</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, il-miżura ta’ detenzjoni li K. M. Poltorek huwa s-suġġett tagħha ġiet ordnata, skont l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju, fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra l-persuna interessata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil‑<DATE ISO="20160831">31 ta’ Awwissu 2016</DATE>, fuq proposta tal-Imħallef Relatur, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tilqa’ t-talba tal-qorti tar-rinviju intiża sabiex ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jinstema’ bil-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel sat-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel sat-tielet domanda, li jaqbel li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas, huwiex kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni u jekk dan l-Artikolu 6(1) għandux jiġi interpretat fis-sens li servizz ta’ pulizija, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni b’mod li l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minnha fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza li tistabbilixxi piena li ċċaħħad il-libertà jista’ jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>deċiżjoni ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li d-Deċiżjoni Qafas, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikolu 1(1) u (2) tagħha, kif ukoll mill-premessi 5 u 7 tagħha, għandha l-għan li tissostitwixxi s-sistema ta’ estradizzjoni multilaterali bbażata fuq il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, tat‑<DATE ISO="19571213">13 ta’ Diċembru 1957</DATE>, b’sistema ta’ konsenja bejn awtoritajiet ġudizzjarji ta’ persuni kkundannati jew issuspettati għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi jew ta’ prosekuzzjoni, b’din is-sistema tal-aħħar tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160405">5 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Aranyosi u Căldăraru</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/15 u C‑659/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:198">EU:C:2016:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Qafas hija għalhekk intiża, bl-introduzzjoni ta’ sistema ġdida ssimplifikata u iktar effikaċi ta’ konsenja ta’ persuni kkundannati jew issuspettati li kisru l-liġi kriminali, sabiex tiffaċilita u tħaffef il-kooperazzjoni ġudizzjarja bil-għan li tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-għan mogħti lill-Unjoni li ssir spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja msejsa fuq il-livell għoli ta’ fiduċja li għandu jkun hemm bejn l-Istati Membri (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160405">5 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Aranyosi u Căldăraru</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/15 u C‑659/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:198">EU:C:2016:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Kemm il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri kif ukoll ir-rikonoxximent reċiproku għandhom, fid-dritt tal-Unjoni, importanza fundamentali peress li jippermettu l-ħolqien u ż-żamma ta’ spazju mingħajr fruntieri interni. B’mod iktar speċifiku, il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka jimponi, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-ispazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja, fuq kull wieħed minn dawn l-Istati sabiex iqis, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, li l-Istati Membri l-oħrajn kollha jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, id-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti minn dan id-dritt (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160405">5 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Aranyosi u Căldăraru</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/15 u C‑659/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:198">EU:C:2016:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, li jikkostitwixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>bażi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> tal-kooperazzjoni ġudizzjarja, jimplika, bis-saħħa tal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Qafas, li l-Istati Membri huma bħala prinċipju marbuta li jeżegwixxu mandat ta’ arrest Ewropew. Fil-fatt, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’ tirrifjuta dan il-mandat biss fil-każijiet, elenkati b’mod eżawrjenti, ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni obbligatorja, previsti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas, jew nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva, previsti fl-Artikoli 4 u 4a tad-Deċiżjoni Qafas. Barra minn hekk, l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew tista’ tkun suġġetta biss għal waħda mill-kundizzjonijiet limitatament previsti fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Qafas (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160405">5 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Aranyosi u Căldăraru</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/15 u C‑659/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:198">EU:C:2016:198</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, huma biss il-mandati ta’ arrest Ewropej, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Qafas, li għandhom jiġu eżegwiti skont id-dispożizzjonijiet tagħha. Mill-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Qafas jirriżulta li l-mandat ta’ arrest Ewropew jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>deċiżjoni ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, li jfisser li jirrikjedi li jinħareġ minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens tal-Artikolu 6(1) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont din l-aħħar dispożizzjoni, l-awtorità ġudizzjarja emittenti hija l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membri emittenti li hija kompetenti sabiex toħroġ mandat ta’ arrest Ewropew skont id-dritt ta’ dan l-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalkemm, skont il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas jirreferi għad-dritt ta’ dawn tal-aħħar, għandu jiġi kkonstatat li dan ir-rinviju huwa llimitat għall-ħatra tal-awtorità ġudizzjarja li għandha l-kompetenza sabiex toħroġ il-mandat ta’ arrest Ewropew. Għaldaqstant, l-imsemmi rinviju ma jikkonċernax id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fiha nnifisha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-sens u l-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas ma jistgħux jitħallew għall-evalwazzjoni ta’ kull Stat Membru (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Kozłowski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑66/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:437">EU:C:2008:437</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101116">16 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Mantello</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑261/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:683">EU:C:2010:683</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, li jinsab fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas, jeħtieġ, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi, li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandha tiġi mfittxa filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm it-termini ta’ din id-dispożizzjoni, kemm il-kuntest li taqa’ fih, kif ukoll l-għan intiż mid-Deċiżjoni Qafas (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>JZ</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑294/16 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:610">EU:C:2016:610</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, fir-rigward tal-formulazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas, għandu jiġi rrilevat li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, li jinsabu f’din id-dispożizzjoni, ma jindikawx biss l-imħallfin u l-qrati ta’ Stat Membru, iżda jippermettu li jiġu koperti, b’mod iktar wiesa’, l-awtoritajiet imsejħa sabiex jipparteċipaw fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-ordinament ġuridiku kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, imsemmi fl-imsemmija dispożizzjoni, ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jippermetti wkoll li jiġu koperti s-servizzi ta’ pulizija ta’ Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fl-interpretazzjoni komuni tagħha, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> ma tkoprix is-servizzi ta’ pulizija. Fil-fatt, dan it-terminu jirreferi għas-setgħa ġudizzjarja, li għandha, kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal‑konklużjonijiet tiegħu, tiġi distinta, skont il-prinċipju ta’ separazzjoni tas-setgħat li jikkaratterizza l-funzjonament ta’ Stat ta’ dritt, mis-setgħa eżekuttiva. B’hekk, l-awtoritajiet ġudizzjarji huma mifhuma tradizzjonalment bħala l-awtoritajiet li jipparteċipaw fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, bid-differenza, b’mod partikolari, mill-awtoritajiet amministrattivi jew tas-servizzi ta’ pulizija, li jaqgħu taħt is-setgħa eżekuttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, din l-interpretazzjoni tal-kliem tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas hija sostnuta mill-kuntest li taqa’ fih din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn naħa, għandha ssir distinzjoni bejn il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, kif kienet prevista fl-Artikolu 31 UE, u l-kooperazzjoni mill-pulizija, kif kienet prevista fl-Artikolu 30 UE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> għandu jiġi mifhum fil-kuntest tad-Deċiżjoni Qafas, bħala li jkopri l-awtoritajiet li jipparteċipaw fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri, bl-esklużjoni tas-servizzi ta’ pulizija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kull proċedura ta’ konsenja bejn Stati Membri prevista mid-Deċiżjoni Qafas hija, skont din, eżerċitata taħt l-istħarriġ ġudizzjarju, b’tali mod li d-deċiżjonijiet dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew jibbenefikaw mill-garanziji kollha li joffru dan it-tip ta’ deċiżjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>F.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/13 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:358">EU:C:2013:358</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>B’mod partikolari, mill-premessa 8 tad-Deċiżjoni Qafas jirriżulta li d-deċiżjonijiet dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew għandhom ikunu s-suġġett ta’ stħarriġ suffiċjenti, li jfisser li awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru fejn il-persuna rikjesta ġiet arrestata għandha tieħu d-deċiżjoni tal-konsenja ta’ din tal-aħħar. Barra minn hekk, l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Qafas jipprovdi li awtorità ġudizzjarja mhux biss għandha tieħu din id-deċiżjoni, iżda wkoll dik dwar il-ħruġ ta’ mandat bħal dan. L-intervent ta’ awtorità ġudizzjarja huwa wkoll meħtieġ matul fażijiet oħra tal-proċedura ta’ konsenja, bħas-smigħ tal-persuna mfittxa, id-deċiżjoni taż-żamma tal-persuna f’detenzjoni jew it-trasferiment temporanju tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>F.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/13 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:358">EU:C:2013:358</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Qafas jawtorizza lill-Istati Membri, taħt riżerva tal-kundizzjonijiet previsti f’din id-dispożizzjoni u jekk dan ikun neċessarju minħabba l-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja tagħhom, jirrikorru għal awtorità mhux ġudizzjarja, jiġifieri awtorità ċentrali, għal dak li jikkonċerna t-trażmissjoni u l-wasla tal-mandati ta’ arrest Ewropej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, għalkemm is-servizzi ċentrali ta’ pulizija ta’ Stat Membru jistgħu jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens ta’ dan l-artikolu, madankollu minn dan tal-aħħar, moqri fid-dawl tal-premessa 9 tad-Deċiżjoni Qafas, jirriżulta li l‑intervent ta’ tali awtorità ċentrali jibqa’ limitat għall-assistenza prattika u amministrattiva tal-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti. B’hekk, il-possibbiltà offruta fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Qafas ma tistax tiġi estiża sal-punt li tippermetti lill-Istati Membri jissostitwixxu din l-awtorità ċentrali għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti f’dak li jikkonċerna d-deċiżjoni li jinħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi kkonstatat li interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas fis-sens li din id-dispożizzjoni tkopri wkoll is-servizzi ta’ pulizija tmur kontra l-għanijiet intiżi minnha u mfakkra fil-punti 24 sa 27 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>B’hekk, il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, stabbilit fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Qafas, li abbażi tiegħu l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni hija obbligata teżegwixxi l-mandat ta’ arrest maħruġ mill-awtorità ġudizzjarja emittenti, huwa bbażat fuq il-premessa li awtorità ġudizzjarja tkun intervjeniet fil-bidu tal-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew, sabiex teżerċita stħarriġ ġudizzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest minn awtorità mhux ġudizzjarja, bħal servizz ta’ pulizija, ma jippermettix li tingħata l-assigurazzjoni lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li l-ħruġ ta’ dan il-mandat ta’ arrest Ewropew ibbenefika minn tali stħarriġ ġudizzjarju u, għalhekk, ma huwiex biżżejjed sabiex jiġi ġġustifikat il-grad għoli ta’ fiduċja bejn l-Istati Membri, imsemmi fil-punt 25 ta’ din<?PAGE NO="9"?> is-sentenza, li jikkostitwixxi l-bażi stess tad-Deċiżjoni Qafas. F’dan ir-rigward, l-organizzazzjoni speċifika tas-servizzi ta’ pulizija fi ħdan is-setgħa eżekuttiva u l-grad tagħhom ta’ awtonomija possibbli huma irrelevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizzi ta’ pulizija ma jaqgħux taħt dan il-kunċett, b’tali mod li l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn tali servizzi ma jistax jiġi kkunsidrat li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>deċiżjoni ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-fatt li, kif semma l-Gvern Svediż fl-osservazzjonijiet magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja, is-servizz ta’ pulizija inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu kompentenza biss fil-kuntest strett tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija, fit-tmiem ta’ proċedura ġudizzjajra, minn qorti u li din tkun kisbet is-saħħa ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-provi pprovduti lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-Gvern Svediż jirriżulta li d-deċiżjoni dwar il-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew għandha tittieħed fl-aħħar lok mis-servizz tal-pulizija inkwistjoni fil-kawża prinċipali u mhux minn awtorità ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, dan is-servizz ta’ pulizija joħroġ il-mandat ta’ arrest Ewropew mhux fuq talba tal-imħallef li jkun adotta s-sentenza li timponi l-piena li ċċaħħad il-libertà, iżda fuq it-talba tas-servizzi tal-ħabs.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, is-servizz ta’ pulizija inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu marġni ta’ diskrezzjoni f’dak li jikkonċerna l-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew, peress li huwa l-uniku servizz kompetenti sabiex jivverifika jekk il-kundizzjonijiet għal dan il-ħruġ, hekk kif inhuma previsti mid-Deċiżjoni Qafas, humiex sodisfatti, u sabiex jiddeċiedi, wara evalwazzjoni tad-diversi interessi inkwistjoni, fosthom dak tal-persuna kkonċernata, li l-imsemmi ħruġ huwa ta’ natura proporzjonata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-Gvern Svediż, dan il-marġni ta’ diskrezzjoni ma huwiex suġġett <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> għal stħarriġ ġudizzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel sat-tielet domanda għandha tkun li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni u li dan l-Artikolu 6(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz ta’ pulizija, bħad-direttorat ġenerali tal-pulizija nazzjonali Svediża, ma jaqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, b’tali mod li mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn dan fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza li tagħti piena li ċċaħħad il-libertà ma jistax jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>deċiżjoni ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel sat-tielet domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għar-raba’ domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-limitazzjoni ratione temporis tal-effetti ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ din is-sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Matul is-seduta, il-Gvern Olandiż kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea talbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tillimita <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> l-effetti ta’ din is-sentenza, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddeċiedi li servizz ta’ pulizija, bħad-direttorat ġenerali tal-pulizija Svediża, ma jaqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas. Huma invokaw, essenzjalment, possibbli konsegwenzi ta’ din is-sentenza fuq il-kawżi fejn mandat ta’ arrest Ewropew ikun inħareġ minn awtorità li ma hijiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, b’mod konformi ma’ ġurisprudenza stabbilita, l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lil regola tad-dritt tal-Unjoni, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni mogħtija lilha mill-Artikolu 267 TFUE, tiċċara u tippreċiża t-tifsira u l-portata ta’ din ir-regola, kif għandha jew kellha tinftiehem u tiġi applikata mill-mument tad-dħul fis-seħħ tagħha. Minn dan jirriżulta li r-regola hekk interpretata tista’, u għandha, tiġi applikata mill-qrati stess għal rapporti ġuridiċi li jinħolqu u jiġu stabbiliti qabel ma tingħata s-sentenza li tiddeċiedi fuq it-talba għall-interpretazzjoni jekk, barra minn hekk, il-kundizzjonijiet sabiex titressaq tilwima dwar l-applikazzjoni ta’ dik ir-regola quddiem il-qrati kompetenti jiġu ssodisfatti (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Liivimaa Lihaveis</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑562/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2229">EU:C:2014:2229</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Huwa biss f’każijiet eċċezzjonali ferm li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, b’applikazzjoni ta’ prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali inerenti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, tillimita l-possibbiltà għal kull persuna kkonċernata li tinvoka dispożizzjoni li hija tkun interpretat bil-għan li tqiegħed inkwistjoni relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT>. Sabiex tkun tista’ tiġi deċiża tali limitazzjoni, huwa neċessarju li jiġu ssodisfatti żewġ kriterji essenzjali, jiġifieri l-<HT TYPE="ITALIC">bona fides</HT> tal-persuni kkonċernati u r-riskju ta’ diffikultajiet serji (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Transportes Jordi Besora</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑82/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:108">EU:C:2014:108</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160922">22 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Microsoft Mobile Sales International <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑110/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:717">EU:C:2016:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20081021">21 ta’ Ottubru 2008</DATE>, imsemmi fil-punt 13 ta’ din is-sentenza, jirriżulta b’mod partikolari, li l-Kunsill, fil-passat, ikkritika l-ħruġ ta’ mandati ta’ arrest Ewropej mis-servizzi ta’ pulizija inkwistjoni fil-kawża prinċipali bħala inkompatibbli mar-rekwiżit ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi kkunsidrat li r-Renju tal-Isvezja ġie inkoraġġut jadotta aġir mhux konformi mad-dritt tal-Unjoni minħabba inċertezza oġġettiva u importanti fir-rigward tal-portata tad-dipożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok li l-effetti ta’ din is-sentenza jiġu limitati <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat‑<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE>, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni u dan l‑Artikolu 6(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz ta’ pulizija, bħar-Rikspolisstryrelsen (direttorat ġenerali tal-pulizija nazzjonali, l-Isvezja), ma jaqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 6(1) b’tali mod li l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn dan fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza li tagħti piena li ċċaħħad il-libertà ma jistax jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>deċiżjoni ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 kif emendata bid-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2009/299.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>