|
23.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-każ M.9858 — Bosch Group/ELCO Group/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 243/08)
1.
Fis-16 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bosch Thermotechnick GmbH (“Bosch TT”, il-Ġermanja), li hija parti mill-Grupp Bosch, li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Robert Bosch GmbH, |
|
— |
Electra Consumer Products Ldt (“ECP”, Iżrael), parti mill-Grupp ELCO, li fl-aħħar mill-aħħar huwa kkontrollat minn Elco Ltd., |
|
— |
Electra Industries Ldt. (Iżrael). |
Bosch TT u ECP jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Electra Industries Ldt. kollha.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal Bosch TT: il-manifattura ta’ prodotti għat-tisħin effiċjenti fl-enerġija u soluzzjonijiet għall-ilma sħun, |
|
— |
għal ECP: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ prodotti elettriċi għall-konsumatur, is-servizz ta’ telekomunikazzjoni u l-proprjetà għall-investiment, |
|
— |
għal Electra Industries Ldt.: l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-provvista lill-klijenti tal-OEM ta’ air conditioners residenzjali u l-aċċessorji tagħhom, terminali tal-ilma tal-AC ċentrali, pompi u komponenti tas-sħana arja-ilma. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:
M.9858 — Bosch Group/ELCO Group/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni b’e-mail, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).