|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1993 |
4.9.2026 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2026 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT MILL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IL-KOLLEGAMENT TAL-ISKEMI GĦALL-ISKAMBJU TA’ KWOTI TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET SERRA TAGĦHOM
tad-9 ta’ Ġunju 2026
fir-rigward tal-emenda tal-Anness I tal-Ftehim [2026/1993]
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (1) (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt (2) issodisfat il-kundizzjonijiet għall-kollegament iffissati fil-Ftehim u ppermettiet li l-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 13(2) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jista’ jemenda l-Annessi tal-Ftehim. |
|
(3) |
B’konformità mal-Artikolu 10(1) tal-Ftehim, il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Parti li temenda jew li tadotta leġiżlazzjoni ta’ rilevanza għall-Ftehim, inkluż id-dritt li tadotta miżuri protettivi aktar stretti. |
|
(4) |
Id-Direttivi (UE) 2023/958 (3) u (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) emendaw id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) bil-ħsieb li jallinjaw il-kontribut tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) ma’ tnaqqis domestiku nett ta’ mill-inqas 55 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 meta mqabbel mal-1990, kif maqbul mill-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2020. |
|
(5) |
Fis-7 laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Diċembru 2024, il-Kumitat Konġunt qabel li jkopri l-emendi għall-Anness I tal-Ftehim li jirriżultaw mir-reviżjoni tad-Direttiva 2003/87/KE permezz ta’ aġġornament wieħed ta’ dak l-Anness. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ żviluppi kbar fiż-żewġ skemi ta’ skambju tal-emissjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 13(7) tal-Ftehim, huwa xieraq li jiġu riflessi l-bidliet regolatorji li jirriżultaw mir-reviżjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fil-kriterji essenzjali stabbiliti fl-Anness I tal-Ftehim billi dak l-Anness jiġi emendat sabiex tinżamm il-kompatibilità taż-żewġ skemi ta’ skambju tal-emissjonijiet, tiġi żgurata l-integrità tas-suq, u tiġi eskluża d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Il-Partijiet A u B tal-Anness I tal-Ftehim huma ssostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kumitat Konġunt
Is-Segretarju għall-Unjoni Ewropea
Ruben Vermeeren
Il-President
Beatriz Yordi
Is-Segretarju għall-Iżvizzera
Thomas Meier
(1) ĠU L 322, 7.12.2017, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/2240/oj.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom tal-5 ta’ Diċembru 2019 li temenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom [2020/1359] (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 68, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1359/oj).
(3) Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni xierqa ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 115, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/958/oj).
(4) Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni, (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/959/oj).
(5) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj).
ANNESS
Il-Partijiet A u B tal-Anness I tal-Ftehim huma ssostitiwiti b’dan li ġej:
A. Kriterji essenzjali għal installazzjonijiet stazzjonarji
|
|
Kriterji essenzjali |
Fl-EU ETS |
Fl-ETS tal-Iżvizzera |
|
1. |
In-natura obbligatorja tal-parteċipazzjoni fl-ETS |
Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet u li jemettu l-gassijiet serra (“GHG”) elenkati hawn taħt. |
Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet u li jemettu l-GHG elenkati hawn taħt. |
|
2. |
L-ETS għandha tkopri tal-anqas l-attivitajiet stabbiliti fi: |
L-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
l-Artikolu 40(1) u l-Anness 6 tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
|
3. |
L-ETS għandha tkopri tal-anqas il-GHGs stabbiliti fi: |
L-Anness II tad-Direttiva 2003/87/KE, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
L-Artikolu 1(1) tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
|
4. |
Għandu jiġi ffissat limitu massimu għall-ETS, li jkun tal-anqas strett daqs dak fi: |
L-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. Il-fattur ta’ tnaqqis lineari huwa ta’ 4,3 % fis-sena mill-2024 sal-2027 u ta’ 4,4 % mill-2028. Dan se japplika għas-setturi kollha skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
L-Artikolu 18(1) u (2) tal-Att tas-CO2 L-Artikolu 45(1) u l-Anness 8 punt 1 tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. Il-fattur ta’ tnaqqis lineari huwa ta’ 6,4 % fl-2025 bħala aġġustament li jirriżulta fl-istess livell ta’ tnaqqis tal-limitu massimu għall-perjodu mill-2021 sal-2025 kif iddeterminat mill-fattur lineari ta’ tnaqqis tal-EU ETS. Sa mill-2026, il-fattur ta’ tnaqqis lineari jkun ta’ 4,3 % kull sena, u mill-2028 ta’ 4,4 %. Dan se japplika għas-setturi kollha koperti mill-ETS Żvizzera. |
|
5. |
Il-mekkaniżmu ta’ stabbiltà tas-suq |
Fl-2015, l-UE introduċiet ir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq (id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814), li l-funzjonament tagħha ġie msaħħaħ bid-Direttiva (UE) 2018/410 u d-Direttiva (UE) 2023/959. Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipprevedi li, sal-15 ta’ Mejju ta’ kull sena mill-2017 ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni (it-TNAC). Din iċ-ċifra tistabbilixxi jekk jenħtieġx li wħud mill-kwoti maħsuba għall-irkant jitqiegħdu fir-riżerva jew jinħarġu minnha. |
L-Artikolu 19(6) tal-Att tas-CO2 L-Artikolu 48(1bis) u (5) u l-Anness 8 punt 2 tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. Il-leġiżlazzjoni Żvizzera tipprevedi tnaqqis fil-volum tal-irkant skont l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni. Barra minn hekk, il-kwoti tal-emissjonijiet li ma jiġux assenjati għal irkant jiġu kkanċellati ma’ tmiem il-perjodu ta’ skambju. |
|
6. |
Il-livell ta’ sorveljanza tas-suq tal-ETS għandu jkun tal-anqas strett daqs dawk fi: |
Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (MIFID II) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (MIFIR) Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (MAR) Id-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (CS-MAD) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (AMLD), kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
L-Att Federali dwar l-Awtorità Żvizzera għas-Superviżjoni tas-Swieq Finanzjarji tat-22 ta’ Ġunju 2007 L-Att Federali dwar l-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji u l-Kondotta tas-Swieq fin-Negozjar tat-Titoli u d-Derivattivi tad-19 ta’ Ġunju 2015 L-Att Federali dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-15 ta’ Ġunju 2018 L-Att Federali dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu tal-10 ta’ Ottubru 1997, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. Ir-regolamentazzjoni tas-suq finanzjarju Żvizzeru ma tiddefinixxix in-natura ġuridika tal-kwoti tal-emissjonijiet. B’mod partikolari, il-kwoti tal-emissjonijiet mhumiex kwalifikati bħala titoli fl-Att dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji u għalhekk mhumiex negozjabbli f’ċentri tan-negozjar regolati. Billi l-kwoti tal-emissjonijiet ma jikkwalifikawx bħala titoli, ir-regolamentazzjoni Żvizzera dwar it-titoli ma tapplikax għan-negozjar OTC ta’ kwoti tal-emissjonijiet fis-swieq sekondarji. Skont l-Att dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji, il-kuntratti tad-derivattivi jikkwalifikaw bħala titoli. Dan jinkludi wkoll derivattivi li jkollhom kwoti ta’ emissjonijiet bħala l-istrument sottostanti tagħhom. Id-derivattivi OTC negozjati fuq kwoti tal-emissjonijiet bejn kontropartijiet mhux finanzjarji kif ukoll finanzjarji huma koperti mid-dispożizzjonijiet fl-Att dwar l-Infrastruttura tas-Suq Finanzjarju. |
|
7. |
Il-kooperazzjoni fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq |
Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu arranġamenti xierqa ta’ kooperazzjoni rigward is-sorveljanza tas-suq. Dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jikkonċernaw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-infurzar ta’ obbligi li jirriżultaw skont ir-reġim rispettiv tagħhom ta’ sorveljanza tas-suq. Il-partijiet għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Konġunt dwar kwalunkwe arranġament bħal dan. |
|
|
8. |
Il-limiti kwalitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fi: |
L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fid-dritt tal-Unjoni mill-2021 ’il quddiem. |
L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fil-liġi Żvizzera mill-2021 ’il quddiem. |
|
9. |
Il-limiti kwantitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti skont: |
L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fid-dritt tal-Unjoni mill-2021 ’il quddiem. |
L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fil-liġi Żvizzera mill-2021 ’il quddiem. |
|
10. |
L-allokazzjoni bla ħlas għandha tiġi kkalkulata abbażi ta’ parametri referenzjarji u fatturi ta’ aġġustament. Il-kwoti li ma jiġux allokati mingħajr ħlas għandhom jiġu rkantati jew żvalidati. Għal dan il-għan, l-ETS għandha tal-anqas tissodisfa: |
L-Artikoli 10, 10a, 10b, u 10c tad-Direttiva 2003/87/KE Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jiddetermina l-valuri riveduti tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif applikabbli fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa Diċembru 2025 Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/873 tat-30 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/331 fir-rigward ta’ regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/708 tal-15 ta’ Frar 2019 li tissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-determinazzjoni ta’ setturi u sottosetturi meqjusa li jinsabu f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2021–2030 kwalunkwe fattur ta’ korrezzjoni transettorjali fl-EU ETS fl-2021-2025 jew fl-2026-2030, Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/772 tas-16 ta’ April 2025 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività. kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
L-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 19 tal-Att tas-CO2 L-Artikolu 45(2) sa (6) u l-Artikoli 46, 46a, 46b u 48 u l-Anness 9 tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. Matul il-perjodu mill-2021 sal-2025, l-allokazzjonijiet bla ħlas ma jaqbżux il-livelli ta’ allokazzjonijiet bla ħlas mogħtija għall-installazzjonijiet fl-EU ETS. |
|
11. |
L-ETS għandha tipprevedi penali fl-istess ċirkostanzi u tal-istess daqs bħal dawk stabbiliti skont: |
L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/87/KE, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
L-Artikolu 21 tal-Att tas-CO2 L-Artikolu 56 tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
|
12. |
Il-monitoraġġ u r-rapportar fl-ETS għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk previsti skont: |
L-Artikolu 14 u l-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
L-Artikolu 20 tal-Att tas-CO2 L-Artikoli minn 50 sa 53 u l-Annessi 16 punt 1 u 17 punt 1 tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
|
13. |
Il-verifika u l-akkreditament fl-ETS għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk previsti skont: |
L-Artikolu 15 u l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
L-Artikoli minn 51 sa 54 tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
B. Kriterji essenzjali għall-avjazzjoni
|
|
Kriterji essenzjali |
Għall-UE |
Għall-Iżvizzera |
||||||||||||||||||||||||||
|
1. |
In-natura obbligatorja tal-parteċipazzjoni fl-ETS |
Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-attivitajiet tal-avjazzjoni skont il-kriterji elenkati hawn taħt. |
Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-attivitajiet tal-avjazzjoni skont il-kriterji elenkati hawn taħt. |
||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Il-kopertura ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni u ta’ GHG u l-attribuzzjoni ta’ titjiriet u l-emissjonijiet rispettivi tagħhom skont il-prinċipju tat-tluq tat-titjira kif stabbilit fi: |
Id-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata mid-Direttiva 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/1071 tat-18 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-esklużjoni ta’ titjiriet li jidħlu mill-Iżvizzera mill-iskema tal-UE għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1416 tas-17 ta’ Ġunju 2021 li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-esklużjoni ta’ titjiriet li jidħlu mir-Renju Unit mill-iskema tal-Unjoni għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. Mill-1 ta’ Jannar 2020, it-titjiriet minn ajrudrom li jinsab fit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) lejn ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera għandhom ikunu koperti mill-EU ETS. It-titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera u tar-Renju Unit lejn ajrudromi li jinsabu fit-territorju taż-ŻEE għandhom jiġu esklużi mill-EU ETS, skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
||||||||||||||||||||||||||
|
3. |
L-iskambju ta’ data rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet tal-kopertura ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni |
Iż-żewġ partijiet għandhom jikkooperaw fir-rigward tal-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet tal-kopertura fl-ETS tal-Iżvizzera u fl-EU ETS għall-operaturi kummerċjali u mhux kummerċjali b’mod konformi ma’ dan l-Anness. B’mod partikolari, iż-żewġ partijiet għandhom jiżguraw it-trasferiment f’waqtu tad-data rilevanti kollha sabiex tkun tista’ ssir identifikazzjoni korretta tat-titjiriet u tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li huma koperti mill-ETS tal-Iżvizzera u mill-EU ETS. |
|||||||||||||||||||||||||||
|
4. |
Il-limitu massimu (kwantità totali ta’ kwoti li għandha tiġi allokata lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru) |
L-Artikolu 3c tad-Direttiva 2003/87/KE, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. L-Artikolu 3c(5) tad-Direttiva 2003/87/KE kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2024 jipprevedi kwantità totali ta’ kwoti allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru abbażi tal-allokazzjoni totali tal-kwoti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jwettqu attivitajiet tal-avjazzjoni f’konformità mal-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE fl-2023 imnaqqsa bil-fattur ta’ tnaqqis lineari, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE u applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2025. L-Artikolu 3c(7) tad-Direttiva 2003/87/KE kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2024 jipprevedi, fir-rigward ta’ titjiriet minn u lejn ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE, u lejn l-Iżvizzera jew ir-Renju Unit, iżda mhux koperti fl-2023, li l-kwantità totali ta’ kwoti għandha tiżdied bil-livell ta’ allokazzjoni daqslikieku dawn it-titjiriet kienu inklużi fl-ETS fl-2023. Japplika l-fattur ta’ tnaqqis lineari, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE u applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2024. |
Il-limitu massimu għandu jirrifletti livell simili ta’ strettezza bħal dak fl-EU ETS, b’mod partikolari fir-rigward tar-rata perċentwali ta’ tnaqqis bejn is-snin u l-perjodi ta’ skambju. Il-kwoti fil-limitu massimu għandhom jiġu rkantati jew allokati mingħajr ħlas. Din l-allokazzjoni tista’ tiġi riveduta f’konformità mal-Artikoli 6 u 7 ta’ dan il-Ftehim. Mill-2024, il-kwantità totali ta’ kwoti tiżdied fir-rigward ta’ titjiriet minn ajrudrom fl-Iżvizzera lejn ajrudrom li jinsab f’reġjun ultraperiferiku tal-UE bil-livell ta’ allokazzjoni daqslikieku dawn it-titjiriet kienu inklużi fl-ETS fl-2023. Japplika l-fattur ta’ tnaqqis lineari kif speċifikat fl-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2. Dan huwa previst fi: L-Artikolu 18 tal-Att tas-CO2 L-Artikolu 46e u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
||||||||||||||||||||||||||
|
5. |
L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-avjazzjoni permezz tal-irkantar |
L-Artikoli 3d(1) u (1a) u l-Artikolu 28a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
Il-kwoti tal-emissjonijiet Żvizzeri għall-irkantar għandhom jiġu rkantati mill-awtorità kompetenti Żvizzera. L-Iżvizzera hija intitolata għad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti Żvizzeri. Dan huwa previst fi: L-Artikolu 19a(2) u (4) tal-Att tas-CO2 L-Artikolu 48 u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. Parametri referenzjarji (ara l-kriterju nru 7) jintużaw fl-2024 u fl-2025 bl-istess effett bħaż-żieda fir-rata tal-irkant fl-EU ETS. Dawn il-parametri referenzjarji huma previsti f’: - L-Artikolu 46f(1), u fl-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
||||||||||||||||||||||||||
|
6. |
Ir-riżerva speċjali għal ċerti operaturi ta’ inġenji tal-ajru |
Ir-riżervi speċjali ma għadhomx operattivi. |
|||||||||||||||||||||||||||
|
7. |
Il-parametru referenzjarju għall-allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru |
L-Artikolu 3d(1a) tad-Direttiva 2003/87/KE, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
Il-parametru referenzjarju ma għandux ikun għola minn dak fl-EU ETS. Il-parametru referenzjarju annwali huwa 0,000642186914222035 kwoti għal kull tunnellata-kilometru għas-snin mill-2020 sal-2023 0,000481640185666526 kwoti għal kull tunnellata-kilometru għas-sena 2024 0,000321093457111017 kwoti għal kull tunnellata-kilometru għas-sena 2025 Dawn il-parametri referenzjarji huma previsti f’: - L-Artikolu 46f(1), u fl-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
||||||||||||||||||||||||||
|
8. |
Allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru |
L-Artikolu 3d(1a) tad-Direttiva 2003/87/KE, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
L-għadd ta’ kwoti tal-emissjonijiet li jiġu allokati mingħajr ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru jiġi kkalkulat permezz tal-multiplikazzjoni tad-data f’tunnellati-kilometri rapportata tagħhom mwettqa fis-sena ta’ referenza mill-parametru referenzjarju applikabbli. Din l-allokazzjoni bla ħlas hija prevista: L-Artikolu 19a(3) u (4) tal-Att tas-CO2 L-Artikoli 46f u 46g u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
||||||||||||||||||||||||||
|
9. |
Il-limiti kwalitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fi: |
L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fid-dritt tal-Unjoni mill-2021 ’il quddiem. |
L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fil-liġi Żvizzera mill-2021 ’il quddiem. |
||||||||||||||||||||||||||
|
10. |
Il-limiti kwantitattivi għall-użu ta’ krediti internazzjonali |
L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fid-dritt tal-Unjoni mill-2021 ’il quddiem. |
L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fil-liġi Żvizzera mill-2021 ’il quddiem. |
||||||||||||||||||||||||||
|
11. |
Il-kisba ta’ data f’tunnellati-kilometri għas-sena ta’ referenza |
Mill-2024 ’il quddiem, id-data dwar it-tunnellati-kilometri ma tapplikax. |
F’konformità mal-Ordinanza dwar il-Kisba ta’ Data f’Tunnellati-Kilometri u l-Preparazzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Monitoraġġ b’rabta mad-Distanzi ta’ Titjir tal-Inġenji tal-Ajru kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, is-sena ta’ referenza għall-kisba ta’ data għall-attivitajiet Żvizzeri tal-avjazzjoni għandha tkun l-2018. Dan huwa previst fi: L-Artikolu 19a(3) u (4) tal-Att tas-CO2 L-Artikoli 46f u 46g, u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
||||||||||||||||||||||||||
|
12. |
Monitoraġġ u rapportar |
L-Artikolu 14 u l-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 tat-18 ta’ Lulju 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni għall-iskop li tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. Il-monitoraġġ u r-rapportar dwar l-effetti tal-avjazzjoni mhux tas-CO2 kif stabbilit fl-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom japplikaw mill-2025. |
Id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom jirriflettu l-istess livell ta’ strettezza bħal fl-EU ETS. Dan huwa previst fi: L-Artikolu 20 tal-Att tas-CO2 L-Artikoli minn 50 sa 52 u l-Annessi 14, 16 u 17 tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
||||||||||||||||||||||||||
|
13. |
Verifika u akkreditament |
L-Artikolu 15 u l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
Id-dispożizzjonijiet dwar il-verifika u l-akkreditament għandhom jirriflettu l-istess livell ta’ strettezza bħal fl-EU ETS. Dan huwa previst fi: L-Artikolu 52(4) u (5) u l-Anness 18 tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
||||||||||||||||||||||||||
|
14. |
Amministrazzjoni |
Għandhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 18a tad-Direttiva 2003/87/KE. Għal dan il-għan u skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Iżvizzera għandha titqies bħala Stat Membru Amministrattiv fir-rigward tal-attribuzzjoni tal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru lill-Iżvizzera u lill-Istati Membri tal-UE (ŻEE). Skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE (ŻEE) għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lilhom, inklużi wkoll dawk il-kompiti relatati mal-ETS tal-Iżvizzera (eż. ir-riċeviment ta’ rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet li jkopru kemm l-attivitajiet tal-avjazzjoni tal-UE kif ukoll tal-Iżvizzera, l-amministrazzjoni tal-operaturi u l-kontijiet tal-inġenji tal-ajru, il-konformità u l-infurzar). Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiftiehem bilateralment mal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri dwar it-trasferiment tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni rilevanti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura t-trasferiment lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati mill-Iżvizzera tal-ammont ta’ allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-UE. Fil-każ ta’ ftehim bilaterali dwar l-amministrazzjoni ta’ titjiriet li joperaw fir-rigward ta’ EuroAirport Basel-Mulhouse-Freiburg li ma jinvolvix emendi għad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni Ewropea għandha, skont kif ikun xieraq, tiffaċilita l-implimentazzjoni tat-tali ftehim, sakemm dan ma jwassalx għal għadd doppju. |
L-Iżvizzera għandha tkun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru: b’liċenzja operattiva valida li tkun ingħatat mill-Iżvizzera, jew bl-akbar emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni stmati fl-Iżvizzera skont l-ETS kollegati. L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lill-Iżvizzera, inklużi l-kompiti relatati mal-EU ETS (eż. ir-riċeviment ta’ rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet li jkopru kemm l-attivitajiet tal-avjazzjoni tal-UE kif ukoll tal-Iżvizzera, l-amministrazzjoni tal-operaturi u l-kontijiet tal-inġenji tal-ajru, il-konformità u l-infurzar). L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jaqblu bilateralment mal-Kummissjoni Ewropea dwar it-trasferiment tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jittrasferixxu lill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru amministrati mill-Istati Membri tal-UE (ŻEE) l-ammont ta’ allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti Żvizzeri. Dan huwa previst fi: L-Artikolu 39(1bis) tal-Att tas-CO2 L-Artikolu 46d u l-Anness 14 tal-Ordinanza tas-CO2, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
||||||||||||||||||||||||||
|
15. |
Iċ-ċediment |
Meta jivvalutaw il-konformità tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru fuq il-bażi tal-ammont ta’ kwoti ċeduti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE (ŻEE) għandhom l-ewwel nett iqisu l-emissjonijiet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera u jużaw l-ammont li jifdal tal-kwoti ċeduti biex jagħtu kont tal-emissjonijiet koperti mill-EU ETS. |
Meta jivvalutaw il-konformità tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru fuq il-bażi tal-ammont ta’ kwoti ċeduti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Iżvizzera għandhom l-ewwel nett iqisu l-emissjonijiet koperti mill-EU ETS u jużaw l-ammont li jifdal tal-kwoti ċeduti biex jagħtu kont tal-emissjonijiet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera. Dan huwa previst fi: L-Artikolu 55(2bis) tal-Ordinanza tas-CO2 kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
||||||||||||||||||||||||||
|
16. |
L-infurzar ġuridiku |
Il-partijiet għandhom jinfurzaw id-dispożizzjonijiet tal-ETS rispettivi tagħhom fir-rigward ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li ma jissodisfawx l-obbligi fl-ETS rispettiva, irrispettivament minn jekk l-operatur ikunx amministrat minn awtorità kompetenti tal-UE (ŻEE) jew minn awtorità kompetenti Żvizzera fil-każ li l-infurzar mill-awtorità li tkun qed tamministra lill-operatur ikun jeħtieġ azzjoni addizzjonali. |
|||||||||||||||||||||||||||
|
17. |
L-attribuzzjoni amministrattiva tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru |
Skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, il-lista tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 18a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE għandha tispeċifika l-Istat amministrattiv, inkluż l-Iżvizzera, għal kull operatur ta’ inġenji tal-ajru. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lill-Iżvizzera għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu amministrati mill-Iżvizzera wara t-30 ta’ Settembru tas-sena tal-attribuzzjoni u ladarba l-kollegament bejn ir-reġistri provviżorju jkun operazzjonali. Iż-żewġ partijiet għandhom jikkooperaw billi jikkondividu d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni rilevanti. L-attribuzzjoni ta’ operatur ta’ inġenji tal-ajru m’għandhiex taffettwa l-kopertura ta’ dak l-operatur ta’ inġenji tal-ajru mill-ETS rispettiva (jiġifieri, operatur kopert mill-EU ETS amministrat mill-awtorità kompetenti Żvizzera għandu jkollu l-istess livell ta’ obbligi skont l-EU ETS flimkien mal-kopertura tiegħu skont l-ETS tal-Iżvizzera, u viċeversa). |
|||||||||||||||||||||||||||
|
18. |
Il-modalitajiet għall-implimentazzjoni |
Kwalunkwe modalità addizzjonali meħtieġa għall-organizzazzjoni tax-xogħol u għall-kooperazzjoni fi ħdan il-punt uniku ta’ servizz għad-detenturi ta’ kontijiet tal-avjazzjoni għandha tiġi żviluppata u adottata mill-Kumitat Konġunt wara l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, skont l-Artikoli 12, 13 u 22 ta’ dan il-Ftehim. Dawn il-modalitajiet għandhom japplikaw mid-data li fiha japplika dan il-Ftehim. |
|||||||||||||||||||||||||||
|
19. |
L-assistenza minn Eurocontrol |
Għall-parti tal-avjazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea għandha tinkludi lill-Iżvizzera fi ħdan il-mandat mogħti lill-Eurocontrol fir-rigward tal-EU ETS. |
|||||||||||||||||||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1993/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)