<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-32/22 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62022CO0032</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:621">EU:C:2022:621</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tal‑<DATE ISO="20220801">1.8.2022</DATE> – Kawża C‑32/22 P(I)</HT></P><P><HT TYPE="SC">Anheuser-Busch InBev u Ampar vs Magnetrol International u Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P>1 ta’ Awwissu 2022<NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Intervent</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ għajnuna implimentata mir-Renju tal-Belġju</KEYWORD><KEYWORD>Interventi milqugħa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ appell minn sentenza tal-Qorti Ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Rinviju tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tirrifjuta li tinkludi fil-proċess tal-kawża osservazzjonijiet bil-miktub dwar is-sentenza li wasslet għal dan ir-rinviju ppreżentati minn intervenjent fl-appell</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni impliċita tal-Qorti Ġenerali li tirrifjuta li tirrikonoxxi lil intervenjent fl-appell il-kwalità ta’ intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà tal-appell</KEYWORD><KEYWORD>Kwalità ta’ intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali ta’ intervenjent fl-appell</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑32/22 P(I),</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fl10 ta’ Jannar 2022,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Anheuser-Busch InBev SA/NV</HT>, stabbilita fi Brussell (il-Belġju),</P><P><HT TYPE="BOLD">Ampar BVBA</HT>, stabbilita f’Louvain (il-Belġju),</P><P>irrappreżentati minn A. von Bonin, Rechtsanwalt, O. W. Brouwer, A. Pliego Selie u T. C. van Helfteren, advocaten,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Magnetrol International NV</HT>, stabbilita f’Zele (il-Belġju), irrappreżentata minn H. Gilliams u L. Goossens, advocaten,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn P.-J. Loewenthal u F. Tomat, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><?PAGE NO="2"?><P>komposta minn K. Lenaerts, President, L. Bay Larsen (Relatur), Viċi President, A. Arabadjiev, C. Lycourgos, E. Regan, I. Jarukaitis, N. Jääskinen u I. Ziemele, Presidenti ta’ Awla, M. Ilešič, P. G. Xuereb, N. Piçarra, L. S. Rossi, A. Kumin, N. Wahl u O. Spineanu-Matei, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑14 ta’ Lulju 2022,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom, Anheuser-Busch InBev SA/NV u Ampar BVBA jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas‑6 ta’ Diċembru 2021 li permezz tagħha din irrifjutat li tirrikonoxxilhom il-kwalità ta’ intervenjenti fil-Kawża T‑263/16 RENV u li tinkludi fil-proċess ta’ din il-kawża l-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati minnhom fuq il-konklużjonijiet li għandhom jinsiltu mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑16 ta’ Settembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju u Magnetrol International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑337/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:741">EU:C:2021:741</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għas-soluzzjoni tat-tilwima fl-imsemmija kawża (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(3)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jipprovdi li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>partijiet<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, użati mingħajr indikazzjoni oħra, jirreferu għal kull parti fil-kawża, inklużi l-intervenjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 60 ta’ dawn ir-regoli tal-proċedura jipprevedi li t-termini proċedurali għandhom jiżdiedu darba b’terminu ta’ għaxart ijiem għal raġuni ta’ distanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 79 tar-Regoli tal-Proċedura jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Għandu jiġi ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li fih jiġu indikati d-data tal-preżentata tar-rikors promotur, l-isem tal-partijiet prinċipali, it-talbiet tar-rikors kif ukoll l-indikazzjoni tal-motivi u tal-argumenti prinċipali invokati.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikoli 142 sa 145 tal-istess regoli tal-proċedura jistabbilixxu r-regoli li jirregolaw l-intervent quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 143(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>[i]t-talba għal intervent għandha titressaq f’terminu ta’ sitt ġimgħat, li jibda jiddekorri mill-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 79<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 215 tar-Regoli tal-Proċedura:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla sentenza jew digriet tal-Qorti Ġenerali u tiddeċiedi li tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex taqtagħha, il-Qorti Ġenerali tkun adita bil-kawża permezz tad-deċiżjoni li tibgħatha lura quddiemha.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 217 tal-imsemmija regoli tal-proċedura huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="217.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta d-deċiżjoni sussegwentement annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja tkun ingħatat wara l-għeluq tal-proċedura bil-miktub dwar il-mertu quddiem il-Qorti Ġenerali, il-partijiet filproċedura quddiem il-Qorti Ġenerali jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom dwar il-konklużjonijiet li għandhom jinsiltu mid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għas-soluzzjoni tat-tilwima f’terminu ta’ xahrejn li jiddekorri min-notifika tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dan it-terminu ma jistax jiġi pprorogat.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="217.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk dan ikun iġġustifikat miċ-ċirkustanzi, il-President jista’ jawtorizza l-preżentata ta’ noti komplementari b’osservazzjonijiet bil-miktub.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 219 tar-Regoli tal-Proċedura jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż marbuta, minn naħa, mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u, min-naħa l-oħra, mal-proċedura tal-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti li wasslu għall‑kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699 tal‑11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="260" PAGE.FIRST="61" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 260, p. 61</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), il-Kummissjoni Ewropea qieset li ċerti eżenzjonijiet mogħtija mir-Renju tal-Belġju kienu jikkostitwixxu skema ta’ għajnuna, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, li kienet inkompatibbli mas-suq intern u li kienet ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE. Il-Kummissjoni ordnat l-irkupru tal-għajnuna mogħtija b’dan il-mod mingħand il-benefiċjarji, li l-lista definittiva tagħhom kellha tiġi stabbilita fi stadju ulterjuri mir-Renju tal-Belġju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑proċedura quddiem il‑Qorti Ġenerali u quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja kif ukoll id‑deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑22 ta’ Marzu u fil‑25 ta’ Mejju 2016, ir-Renju tal-Belġju u Magnetrol International NV ippreżentaw rikorsi intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, irreġistrati rispettivament bin-numri T‑131/16 u T‑263/16.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑12 ta’ Lulju 2016, Anheuser-Busch InBev u Ampar ippreżentaw rikors għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni, irreġistrat bin-numru T‑370/16.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑20 ta’ Frar 2018, ir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali informahom li l-President tal-Awla adita tal-Qorti Ġenerali kien iddeċieda li jissospendi l-proċedura fil-Kawża T‑370/16 sakemm tinstab soluzzjoni għat-tilwima fil-Kawżi T‑131/16 u T‑263/16.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tas‑17 ta’ Mejju 2018, il-President tas-Seba’ Awla tal-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tgħaqqad il-Kawżi T‑131/16 u T‑623/16 għall-finijiet tal-fażi orali tal-proċedura u tad-deċiżjoni li tagħlaq l-istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tal‑14 ta’ Frar 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Belġju u Magnetrol International vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑131/16 u T‑263/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:91">EU:T:2019:91</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl‑24 ta’ April 2019, il-Kummissjoni ppreżentat appell kontra din is-sentenza. Dan l-appell ġie rreġistrat bin-numru C‑337/19 P.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ digrieti tal‑15 ta’ Ottubru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju u Magnetrol International, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja aċċetta l-intervent ta’ Anheuser-Busch InBev SA/NV (ta’ Ampar BVBA ta’ Atlas Copco Airpower u ta’ Atlas Copco</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-337/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:909">EU:C:2019:909</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; kif ukoll ta’ <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Soudal NV u ta’ Esko-Graphics BVBA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑337/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:915">EU:C:2019:915</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) insostenn tat-talbiet ta’ Magnetrol International</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tas‑16 ta’ Settembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju u Magnetrol International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑337/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:741">EU:C:2021:741</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>annullat d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tal‑14 ta’ Frar 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Belġju u Magnetrol International vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑131/16 u T‑263/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:91">EU:T:2019:91</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>);</P></ITEM><ITEM><P>ċaħdet l-ewwel u t-tieni motiv tar-rikors fil-Kawża T‑131/16 kif ukoll l-ewwel motiv u l-ewwel parti tat-tielet motiv tar-rikors fil-Kawża T‑263/16 ma humiex ammessi.</P></ITEM><ITEM><P>bagħtet lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi dwar it-tielet sal-ħames motivi tar-rikors fil-Kawża T‑131/16 kif ukoll fuq it-tieni motiv, it-tieni u t-tielet parti tat-tielet motiv kif ukoll ir-raba’ motiv fil-Kawża T‑263/16, u</P></ITEM><ITEM><P>irriżervat l-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil‑25 ta’ Novembru 2021, Anheuser-Busch InBev u Ampar bagħtu lill-Qorti Ġenerali, abbażi tal-Artikolu 217 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, osservazzjonijiet dwar il-konklużjonijiet li għandhom jinsiltu mis-sentenza tas‑16 ta’ Settembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju u Magnetrol International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑337/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:741">EU:C:2021:741</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għas-soluzzjoni tat-tilwima fil-Kawża T‑263/16 RENV (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>osservazzjonijiet inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑6 ta’ Diċembru 2021, innotifikata lil Anheuser-Busch InBev u lil Ampar fis‑17 ta’ Diċembru 2021, ir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali informahom li, peress li dawn l-osservazzjonijiet ma kinux jikkostitwixxu dokument previst mir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-President tal-Awla adita mill-Qorti Ġenerali kien iddeċieda li ma jdaħħalhomx fil-proċess ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad‑29 ta’ Diċembru 2021, indirizzata lill-President tal-Qorti Ġenerali u lill-membri tagħha, Anheuser-Busch InBev u Ampar, filwaqt li bbażaw ruħhom b’mod partikolari fuq id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑15 ta’ Ottubru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs<?PAGE NO="5"?> Il‑Belġju u Magnetrol International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑337/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:909">EU:C:2019:909</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, talbu, minn naħa, korrezzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>iżball<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> imwettaq minnu kif ukoll, min-naħa l-oħra, konferma tal-kwalità tagħhom ta’ intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali, billi talbu risposta fil-ħamest ijiem.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It‑talbiet tal‑partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Anheuser-Busch InBev u Ampar jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkonstata li l-appellanti żammew il-kwalità tagħhom ta’ intervenjenti fil-Kawża T‑263/16 RENV wara li din il-kawża ntbagħtet lura lill-Qorti Ġenerali mill-Qorti tal-Ġustizzja.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Anheuser-Busch InBev u lil Ampar għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Mingħajr ma tippreżenta formalment konklużjonijiet, Magnetrol International tqis li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tikkonferma l-kwalità ta’ intervenjenti ta’ Anheuser-Busch InBev u ta’ Ampar fil-Kawża T‑263/16 RENV.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑appell</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ammissibbiltà tal‑appell</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Argumenti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni teċċepixxi l-inammissibbiltà tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Hija tesponi li, għalkemm l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li kull persuna li t-talba tagħha għal intervent tiġi miċħuda tista’ tippreżenta appell mid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tiċħad din it-talba, l-appellanti, f’dan il-każ, ma ppreżentaw ebda talba għal intervent quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali adottat biss deċiżjoni waħda, jiġifieri dik li ma tinkludix fil-proċess tal-Kawża T‑263/16 RENV l-osservazzjonijiet inkwistjoni. Issa, l-appell ma huwiex dirett kontra din id-deċiżjoni. Barra minn hekk, tali deċiżjoni ma taqax taħt id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 56 u 57 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u, għaldaqstant, ma tistax tkun is-suġġett ta’ appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Dan l-appell fir-realtà għandu l-għan li jevita d-deċiżjoni tal-President tal-Awla adita mill-Qorti Ġenerali li jissospendi l-proċedura fil-Kawża T‑370/16 sakemm tinstab soluzzjoni għat-tilwima fil-Kawżi T‑131/16 u T‑263/16, filwaqt li din id-deċiżjoni lanqas ma tista’ tkun is-suġġett ta’ appell. Ir-riskju ta’ tali evażjoni kien diġà ġie rrilevat fil-punt 19 tad-digriet tal-President tal-Qorti<?PAGE NO="6"?> tal-Ġustizzja tal‑10 ta’ Settembru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kunsill vs K. Chrysostomides &amp; Co. <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-597/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:743">EU:C:2019:743</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), waqt l-eżami ta’ talba għal intervent imressqa minn rikorrenti f’kawża sospiża wara l-assenjazzjoni ta’ ċerti kawżi bħala kawżi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>piloti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont Anheuser-Busch InBev u Ampar, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li ma tinkludix fil-proċess tal-Kawża T‑263/16 RENV l-osservazzjonijiet inkwistjoni tikkostitwixxi rifjut li jiġu aċċettati bħala intervenjenti f’din il-kawża, rifjut li kontra tiegħu jista’ jiġi ppreżentat appell skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Preliminarjament, sabiex tiġi eżaminata l-ammissibbiltà tal-appell, għandha tiġi ddeterminata l-portata tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tar-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali tas‑6 ta’ Diċembru 2021.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 217(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jipprovdi li, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali u tiddeċiedi li tibgħat lura lil din tal-aħħar is-sentenza tal-kawża wara li l-proċedura bil-miktub fuq il-mertu tkun ingħalqet quddiemha, il-partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom dwar il-konklużjonijiet li għandhom jinsiltu mid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għas-soluzzjoni tat-tilwima f’terminu ta’ xahrejn min-notifika ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, huwa paċifiku, l-ewwel, li dan il-każ jikkorrispondi għall-każ imsemmi f’din id-dispożizzjoni u, it-tieni, li l-osservazzjonijiet inkwistjoni ġew ippreżentati fit-terminu previst fl-imsemmija dispożizzjoni, miżjud bit-terminu għal raġuni ta’ distanza stabbilit fl-Artikolu 60 ta’ dawn ir-regoli tal-proċedura, b’tali mod li ċ-ċaħda tagħhom ma hijiex ibbażata fuq it-tardività tal-preżentata tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, minkejja n-natura sommarja tagħha, l-ittra tar-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali tas‑6 ta’ Diċembru 2021 għandha tinftiehem, peress li tirreferi għar-rifjut tal-Qorti Ġenerali li tinkludi fil-proċess tal-Kawża T‑263/16 RENV l-osservazzjonijiet inkwistjoni, minħabba li dawn jikkostitwixxu dokument mhux previst mir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, bħala li jirriflettu d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tirrifjuta li tirrikonoxxi lill-appellanti l-kwalità ta’ intervenjenti f’din il-kawża li huma jqisu li kisbu <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> minħabba l-ammissjoni tagħhom sabiex jintervjenu fl-appell fil-Kawża C‑337/19 P.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, dan l-appell għandu jitqies, fid-dawl tal-fatt li jikkritika din l-ittra fl-intier tagħha u jiddenunzja b’mod partikolari l-irregolarità tar-rifjut tal-Qorti Ġenerali li tinkludi fil-proċess tal-Kawża T‑263/16 RENV l-osservazzjonijiet inkwistjoni, bħala intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata mhux biss sa fejn din tirrifjuta li tirrikonoxxi lill-appellanti l-kwalità ta’ intervenjenti f’din il-kawża, iżda wkoll sa fejn tirrifjuta li tinkludi dawn l-osservazzjonijiet fil-proċess tal-imsemmija kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi miċħud l-argument tal-Kummissjoni li dan l-appell huwa dirett kontra deċiżjoni li l-Qorti Ġenerali ma adottatx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dritt li jiġi ppreżentat appell mid-deċiżjoni kkontestata, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li appell jista’ jitressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jiċħdu talba għal intervent, minn kull persuna li t-talba tagħha tkun ġiet miċħuda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa ċertament paċifiku li, permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali ma ċaħditx talba għal intervent, peress li l-appellanti ma ppreżentawx tali talba quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat ukoll li l-portata tad-deċiżjoni, inerenti għall-ittra tar-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali tas‑6 ta’ Diċembru 2021, li tirrifjuta li tirrikonoxxi lill-appellanti il-kwalità ta’ intervenjenti fil-Kawża T‑263/16 RENV hija simili għal dik li kellha deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tiċħad talba għal intervent li ġiet ippreżentata mill-appellanti, jiġifieri li dawn iż-żewġ deċiżjonijiet ċaħħdu lil parti li ssostni li għandha tibbenefika, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, minn pożizzjoni proċedurali partikolari, minħabba din it-tilwima fl-interess tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta l-Qorti tal-Ġustizzja qieset appell fondat, annullat id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali u rrinvijat il-kawża quddiemha sabiex din tiddeċiedi, ma jistax jiġi raġonevolment mistenni minn intervenjent f’dan l-appell, li tqis li għandha <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> l-kwalità ta’ intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali, li hija tippreżenta formalment talba għal intervent quddiem din l-aħħar qorti bl-uniku għan li tkun tista’ tippreżenta appell, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kontra d-deċiżjoni li tiċħad din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali talba tista’ biss, fi kwalunkwe każ, tiġi miċħuda mill-Qorti Ġenerali bħala tardiva, peress li l-Artikolu 143(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, moqri flimkien mal-Artikolu 79 ta’ dawn ir-regoli tal-proċedura, jipprevedi li talba għal intervent għandha tiġi ppreżentata f’terminu ta’ sitt ġimgħat li jibda jiddekorri mill-pubblikazzjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tal-avviż li inizjalment irrefera għall-preżentata tar-rikors promotur fil-kawża kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-fatt li jitqies li intervenjent fl-appell f’kawża li tallega li jibbenefika <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> mill-kwalità ta’ intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali wara r-rinviju ta’ din il-kawża lil din il-qorti ma jistax jippreżenta appell skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tirrifjutalu din il-kwalità, għas-sempliċi raġuni li l-Qorti Ġenerali ma ċaħditx formalment talba għal intervent, iċċaħħad lill-parti kkonċernata minn kull protezzjoni ġudizzjarja li tippermettilha tiddefendi d-drittijiet proċedurali quddiem il-Qorti Ġenerali, li hija tqis li tirriżulta mill-Artikolu 40 ta’ dan l-istatut, minkejja li l-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 ta’ dan l-istatut huwa preċiżament li jiggarantixxi din il-protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ipoteżi fejn l-imsemmi intervenjent fl-appell jibbaża ruħu ġustament fuq il-kwalità tiegħu ta’ intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali f’kawża li ġiet irrinvijata lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti tal-Ġustizzja, kwistjoni li hija intiża li tiġi deċiża fl-istadju tal-eżami tal-mertu ta’ dan l-appell u għalhekk ma tistax tiġi rregolata fl-istadju tal-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tiegħu, ebda rimedju ġudizzjarju ieħor ma jkun miftuħ għalih sabiex jinvoka d-drittijiet proċedurali tiegħu li jirriżultaw mill-Artikolu 40 tal-istess statut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-ewwel lok, intervenjent f’appell ma jistax jippreżenta, skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, appell minn deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tiċħad lilu l-kwalità ta’ intervenjent fil-kawża li ġiet irrinvijata quddiem din il-qorti mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tipprovdi li appell jista’ jitressaq kontra d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jagħlqu l-istanza, kif ukoll kontra d-deċiżjonijiet tagħha li jaqtgħu parzjalment il-kawża fir-rigward tal-mertu jew li jikkonkludu kwistjoni proċedurali li tirrigwarda eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni jew ta’ inammissibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni kkontestata ma ttemmx l-istanza fil-Kawża T‑263/16 RENV quddiem il-Qorti Ġenerali u li hija ma tiddeċidix, lanqas parzjalment, fuq il-mertu f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm din id-deċiżjoni effettivament ittemm kwistjoni ta’ proċedura dwar il-kwalità ta’ intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali, din il-kwistjoni ma tirrigwardax eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni jew ta’ inammissibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-appelli ppreżentati, skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kontra deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jtemmu kwistjoni proċedurali ta’ natura differenti minn dik tal-inċidenti proċedurali li għalihom tirreferi din id-dispożizzjoni għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal‑4 ta’ Ottubru 1999, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs ADT Projekt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/99 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:475">EU:C:1999:475</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll is-sentenza tat‑8 ta’ Jannar 2002, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Franza vs Monsanto u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑248/99 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:1">EU:C:2002:1</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, meta tiddeċiedi kwistjoni ta’ proċedura li tirrigwarda eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni jew ta’ inammissibbiltà, il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi fuq talba ta’ parti intiża sabiex ittemm kawża mingħajr ma tidħol fil-mertu tal-kawża, u din hija r-raġuni għaliex tali deċiżjoni għandha tkun tista’ tiġi rrinvijata lill-Qorti tal-Ġustizzja mingħajr ma tistenna deċiżjoni eventwali fuq il-mertu. Min-naħa l-oħra, dan ma huwiex il-każ ta’ deċiżjoni li ttemm kwistjoni ta’ proċedura dwar intervent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk ikkunsidrat li d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali tilqa’ talba għal intervent ma tistax tkun is-suġġett ta’ appell ippreżentat skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bayerische Motoren Werke u Freistaat Sachsen vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑654/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:634">EU:C:2019:634</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, din is-soluzzjoni għandha tiġi applikata wkoll għal appell ippreżentat kontra deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tirrifjuta li tirrikonoxxi lil intervenjent fl-appell il-kwalità ta’ intervenjent f’kawża li ġiet irrinvijata lilu mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-preżentata ta’ appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra d-deċiżjoni li tikkonkludi l-istanza li fiha l-persuna kkonċernata tallega li hija intervenjenti ma tistax tagħtiha protezzjoni ġudizzjarja suffiċjenti, peress li dan ir-rimedju huwa miftuħ biss għall-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali u l-eżerċizzju ta’ tali rimedju ġudizzjarju ma jippermettix, fi kwalunkwe każ, li tiġi ppreżervata l-utilità ta’ eventwali intervent quddiem il-Qorti Ġenerali, billi jiġi żgurat li tiġi ammessa fi stadju tal-proċedura fejn dan l-intervent jista’ effettivament jikkontribwixxi għall-proċeduri quddiem din il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali, billi rrifjutat li tinkludi fil-proċess ta’ kawża li, ġiet mibgħuta lura lilha mill-Qorti tal-Ġustizzja, wara l-annullament tad-deċiżjoni tagħha, l-osservazzjonijiet ta’ intervenjent fl-appell minħabba li dawn jikkostitwixxu dokument mhux previst mir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tiċħad<?PAGE NO="9"?> impliċitament, b’dan il-mod, lil dan l-intervenjent il-kwalità ta’ intervenjent f’din il-kawża tista’ tkun is-suġġett ta’ appell abbażi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-fatt li din il-persuna ppreżentat rikors għal annullament li l-eżami tiegħu ġie sospiż mill-Qorti Ġenerali fl-istennija tad-deċiżjoni li għandha tingħata fil-proċedura li fiha l-imsemmija persuna tallega li tibbenefika mill-kwalità ta’ intervenjent ma huwiex ta’ natura, kuntrarjament għal dak li tallega l-Kummissjoni, li jostakola l-preżentata ta’ tali appell minn deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li ċaħditilha din il-kwalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Ċertament, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja jinkiser jekk ir-rikorrenti f’kawżi sospiżi wara l-assenjazzjoni ta’ ċerti kawżi bħala kawżi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>piloti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> kienu awtorizzati jintervjenu fihom, minħabba dan il-fatt biss (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑10 ta’ Settembru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kunsill vs K. Chrysostomides &amp; Co. <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> <NO.CASE>C‑597/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:743">EU:C:2019:743</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, minn naħa, din il-kunsiderazzjoni hija marbuta mal-fondatezza tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tirrikonoxxi l-kwalità ta’ intervenjent lil persuna li qiegħda tinvokaha u għalhekk ma hijiex rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà ta’ appell ippreżentat kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għalkemm il-Kummissjoni ssostni, essenzjalment, li l-ammissibbiltà ta’ tali appell tippermetti, fil-prattika, li tiġi kkontestata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali ta’ sospensjoni tat-trattament ta’ kawża filwaqt li din ma tistax tkun is-suġġett ta’ appell, għandu madankollu jiġi rrilevat li, fil-każ ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tiċħad lill-appellant fil-kawża inkwistjoni l-kwalità ta’ intervenjent f’kawża oħra quddiem il-Qorti Ġenerali, tali deċiżjoni ta’ sospensjoni tkompli tipproduċi l-effetti kollha tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà invokata mill-Kummissjoni għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Argumenti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Anheuser-Busch InBev u Ampar isostnu, permezz ta’ aggravju uniku, li l-Qorti Ġenerali wettqet żewġ żbalji ta’ liġi relatati, l-ewwel, mar-rifjut li jingħatalhom il-kwalità ta’ intervenjenti fil-Kawża T‑263/16 RENV u, it-tieni, mar-rifjut li jiġu inklużi fil-proċess ta’ din il-kawża l-osservazzjonijiet li huma jixtiequ jressqu dwar il-konklużjonijiet li għandhom jinsiltu mis-sentenza tas‑16 ta’ Settembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju u Magnetrol International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑337/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:741">EU:C:2021:741</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, kif qieset il-Qorti Ġenerali b’mod kostanti, huwa fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tal-kontinwità tad-dibattitu kontenzjuż li, meta parti tkun ġiet ammessa tintervjeni f’appell, hija żżomm il-kwalità tagħha ta’ intervenjenti fil-każ ta’ rinviju tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali wara annullament tad-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar. Għaldaqstant, l-appellanti kellhom jitqiesu bħala intervenjenti fil-Kawża T‑263/16 RENV, mingħajr ma kellhom iressqu talba għal intervent quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Din is-soluzzjoni hija ġġustifikata wkoll, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, sabiex din tkun tista’ tiddeċiedi dwar l-ispejjeż, meta dawn ikunu ġew irriżervati mill-Qorti tal-Ġustizzja qabel ir-rinviju tal-kawża inkwistjoni quddiem il-Qorti Ġenerali. Dan huwa preċiżament il-każ f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li ma tinkludix l-osservazzjonijiet inkwistjoni fil-proċess. Fil-fatt, l-Artikolu 217(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li ma jiddefinixxix il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, ma jeskludix li l-intervenjenti fl-appell jistgħu jiksbu l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>parti fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fil-kuntest ta’ proċedura ta’ appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali kellha raġun tiċħad lill-appellanti l-kwalità ta’ intervenjenti fil-Kawża T‑263/16 RENV.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 217(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jawtorizza l-preżentata ta’ osservazzjonijiet bil-miktub wara r-rinviju tal-kawża mill-Qorti tal-Ġustizzja lill-Qorti Ġenerali mhux mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jew il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>partijiet fl-appell<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, iżda biss mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. L-Artikolu 1(2)(ċ) ta’ dawn ir-regoli tal-proċedura jippreċiża l-portata ta’ dan l-Artikolu 217(1) billi jiddefinixxi l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>partijiet<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> bħala li jirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kull parti fl-istanza, inklużi l-intervenjenti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Peress li l-appellanti ma jistgħux jinvokaw il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jekk jintlaqa’ dan l-appell, dan l-appell iwassal sabiex tinħoloq kategorija ta’ intervenjenti <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT>, li la hija suġġetta għall-osservanza tat-terminu previst fl-Artikolu 143(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u lanqas tal-kundizzjonijiet imposti mill-Artikolu 143(2) ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura. Jekk l-intervent ta’ tali partijiet jiġi aċċettat, il-Kummissjoni ma jkollhiex għalhekk il-possibbiltà li tirrispondi għall-osservazzjonijiet ippreżentati minnhom. Barra minn hekk, tali soluzzjoni twassal, fil-prattika, sabiex jiġu evitati l-miżuri ta’ sospensjoni ta’ ċerti proċeduri adottati sabiex tippermetti n-nomina u t-trattament prijoritarju ta’ kawżi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>piloti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali li għaliha jirreferu l-appellanti tillimita ruħha għal żewġ deċiżjonijiet, l-iktar reċenti fosthom li huma s-suġġett ta’ appell li fil-kuntest tiegħu l-Kummissjoni tikkontesta l-kwalità ta’ intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali ta’ intervenjent fl-appell. Is-sitwazzjoni tal-appellanti hija distinta, barra minn hekk, minn dik tal-partijiet inkwistjoni fil-kawżi li taw lok għal dawn iż-żewġ deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-soluzzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali ma tiksirx id-drittijiet proċedurali fundamentali tal-partijiet, peress li dawn setgħu jintervjenu quddiem il-Qorti Ġenerali skont il-proċedura prevista mir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, bil-kundizzjoni li josservaw it-termini applikabbli għal din il-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jipprevedi li t-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>partijiet<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, użati mingħajr indikazzjoni oħra, jindikaw, għall-finijiet ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura, kull parti fil-kawża, inklużi l-intervenjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Madankollu, din id-dispożizzjoni ta’ portata ġenerali ma tippreċiżax il-każijiet li fihom il-Qorti Ġenerali għandha tirrikonoxxi lil persuna l-kwalità ta’ intervenjent quddiemha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm l-Artikoli 142 sa 145 tal-imsemmija regoli tal-proċedura jirregolaw is-sistema ta’ intervent quddiem il-Qorti Ġenerali, billi jiffissaw ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tat-talbiet għal intervent u għall-eżami tagħhom, huma ma jittrattawx il-kwalità li għandha tiġi rrikonoxxuta lill-persuni li ġew ammessi mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jintervjenu f’kawża fl-istadju tal-appell, meta l-Qorti tal-Ġustizzja qieset l-appell fondat, annullat id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali u bagħtet lura l-kawża lil din tal-aħħar sabiex din tiddeċidiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-Artikoli 217 u 218 tal-istess regoli tal-proċedura, li għandhom l-għan li jiddeterminaw l-iżvolġiment tal-proċedura u r-regoli applikabbli għaliha fil-proċeduri li saru wara l-annullament ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali u rinviju tal-kawża għal din tal-aħħar, lanqas ma jinkludu regola li tispeċifika l-istatus, f’tali proċeduri, tal-intervenjenti fl-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat li, kif jenfasizzaw l-appellanti, l-eżami mill-Qorti Ġenerali ta’ kawża wara deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali u li tibgħat lura din il-kawża lil din tal-aħħar jinsab fil-kontinwità tal-proċedura ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Din il-kontinwità hija riflessa espliċitament fir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. L-ewwel nett, mill-Artikolu 215 ta’ dawn ir-regoli tal-proċedura jirriżulta li l-Qorti Ġenerali hija direttament adita bid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali u tibgħatilha lura l-kawża għas-sentenza. Sussegwentement, skont l-Artikolu 217 ta’ dawn ir-regoli tal-proċedura, it-terminu mogħti sabiex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet fuq il-konklużjonijiet li għandhom jinsiltu għas-soluzzjoni tal-kawża minn din id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jibda jiddekorri min-notifika tal-imsemmija deċiżjoni. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 219 tal-istess regoli tal-proċedura jipprovdi li l-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż relatati mhux biss mal-proċeduri mibdija quddiem il-Qorti Ġenerali iżda wkoll mal-proċedura tal-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-każ ta’ annullament mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali u ta’ rinviju tal-kawża quddiemha, il-Qorti Ġenerali hija marbuta mill-punti ta’ liġi deċiżi bid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Konsegwentement, hija l-Qorti Ġenerali, waqt l-eżami mill-ġdid tar-rikors tal-ewwel istanza mwettaq wara r-rinviju tal-kawża quddiemha, li għandha tiddetermina l-konsegwenzi, għall-eżitu tal-kawża bejn il-partijiet, tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Il-preżentazzjoni, f’tali kuntest, ta’ osservazzjonijiet mill-partijiet, awtorizzata mill-Artikolu 217 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, għandha preċiżament l-għan li tippermettilhom jesponu l-pożizzjoni tagħhom fir-rigward ta’ dawn il-konsegwenzi fuq l-eżitu ta’ din it-tilwima u li jikkompletaw l-informazzjoni tal-Qorti Ġenerali f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Għalhekk, din id-dispożizzjoni hija intiża sabiex tiżgura, bħall-Artikolu 172 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, li jawtorizza lil kull parti fil-kawża inkwistjoni quddiem il-Qorti Ġenerali li jkollha interess li tilqa’ jew tiċħad l-appell sabiex tippreżenta risposta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-kontinwità tad-dibattitu kontenzjuż waqt it-trattament tal-istess kawża quddiem il-qrati tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Issa, fl-ewwel lok, ir-rikonoxximent mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-kwalità ta’ intervenjent lil persuna jippreżupponi, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li din il-persuna setgħet tiġġustifika interess fis-soluzzjoni tat-tilwima mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-fatt li intervenjent fl-appell jiġi rrifjutat il-kwalità ta’ intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali meta l-kawża tkun ġiet mibgħuta lura lill-Qorti Ġenerali mill-Qorti tal-Ġustizzja għandu bħala konsegwenza, sa fejn din il-persuna ma tkunx iktar f’pożizzjoni li tressaq talba għal intervent quddiem il-Qorti Ġenerali minħabba r-raġuni esposta fil-punt 40 ta’ dan id-digriet, li ċċaħħad lill-imsemmija persuna minn kull possibbiltà li tippreżenta osservazzjonijiet quddiem il-Qorti Ġenerali dwar il-konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li madankollu affettwat l-interessi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jipprevedi barra minn hekk li l-persuni li jiġġustifikaw interess jistgħu jintervjenu fil-kawża. Issa, kif jirriżulta mill-Artikoli 55 u 56 ta’ dan l-istatut, għall-inqas fil-verżjoni tagħhom bil-lingwa Franċiża, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>proċediment<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, sa fejn jirrigwarda t-tilwima bejn il-partijiet, huwa differenti minn dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>kwistjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, li tikkonċerna l-proċedura pendenti quddiem il-qorti adita bil-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Ċertament, ma jistax jiġi kompletament eskluż li, f’ċerti każijiet, b’mod partikolari meta l-Qorti tal-Ġustizzja tkun iddeċidiet b’mod definittiv dwar ċerti aspetti ta’ kawża qabel ma tiġi rrinvjata lill-Qorti Ġenerali, intervenjent fl-appell ma jkollux iktar interess fis-soluzzjoni tat-tilwima quddiem il-Qorti Ġenerali. Madankollu, dan il-fatt ma jistax, waħdu, jiġġustifika li intervenjent fl-appell ma jistax jiġi rrikonoxxut bħala intervenjent f’kawża li ġiet mibgħuta lura lill-Qorti Ġenerali mill-Qorti tal-Ġustizzja, peress li huma l-qrati tal-Unjoni li għandhom jivverifikaw, matul il-proċedura, li l-interess li jkun iġġustifika intervent jippersisti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑8 ta’ Lulju 1999, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hüls vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/92 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:358">EU:C:1999:358</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jenfasizzaw l-appellanti, it-talba tagħhom għal intervent quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ntlaqgħet minħabba li huma kellhom interess li l-annullament <HT TYPE="ITALIC">ex tunc</HT> u <HT TYPE="ITALIC">erga omnes</HT> tad-deċiżjoni kontenzjuża deċiża mill-Qorti Ġenerali jsir definittiv (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑15 ta’ Ottubru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju u Magnetrol International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:909">EU:C:2019:909</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), annullament li jikkostitwixxi preċiżament is-suġġett tal-proċedura fil-Kawża T‑263/16 RENV li fiha l-appellanti jallegaw li jistgħu jintervjenu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li s-soluzzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali fid-deċiżjoni kkontestata twassal sabiex il-kontinwità tad-dibattitu kontenzjuż f’kawża tiddependi fuq il-portata tal-effetti tal-ammissjoni ta’ parti sabiex tintervjeni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tad-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar, meħuda skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li hija stess tiddeċiedi definittivament il-kawża jew, għall-kuntrarju, li tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 87 tal-konklużjonijiet tiegħu, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi b’mod definittiv dwar il-kawża, iktar milli tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, l-intervenjent fl-appell jista’ jsostni l-argumenti tiegħu quddiem il-qorti tal-Unjoni mitluba tiddeċiedi fuq ir-rikors fl-ewwel istanza, meta jkun imċaħħad minn tali fakultà fil-każ li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, is-soluzzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali tidher iktar u iktar li tista’ taffettwa l-kontinwità tad-dibattitu kontenzjuż quddiem il-qrati tal-Unjoni li l-intervenjent għandu jkun jista’ jipparteċipa mill-ġdid, fl-osservanza tal-kundizzjonijiet iddefiniti mill-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja biss, fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’każ ta’ appell minn deċiżjoni ġdida tal-Qorti Ġenerali meħuda wara li tintbagħat lura l-kawża quddiemha mill-Qorti tal-Ġustizzja u għalhekk tkun imġiegħla tipparteċipa b’mod intermittenti fil-proċeduri quddiem il-qrati tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-istess tilwima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, jgħid li meta l-appell ikun infondat jew meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Jirriżulta, <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, minn din id-dispożizzjoni li, meta l-appell ikun fondat iżda l-Qorti tal-Ġustizzja tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, din ma tiddeċidix fuq l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>F’każ bħal dan, hija neċessarjament il-Qorti Ġenerali li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż relatati mal-proċedura tal-appell, kif barra minn hekk jipprovdi espressament l-Artikolu 219 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Għaldaqstant, iċ-ċaħda lil intervenjent fl-appell tal-kwalità ta’ intervenjent f’kawża li ġiet mibgħuta lura lill-Qorti Ġenerali mill-Qorti tal-Ġustizzja timplika, meta jkunu ġew ippreżentati talbiet lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkundanna lil parti oħra għall-ispejjeż ta’ dan l-intervenjent jew sabiex tikkundanna lil dan tal-aħħar għall-ispejjeż ta’ parti oħra, jew li dawn it-talbiet ma jiġux eżaminati minn qorti tal-Unjoni, jew li l-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi dwar talbiet relatati ma’ persuna li ma hijiex parti fil-proċedura quddiemha u għalhekk ma setgħetx tiddefendi t-talbiet tagħha matul din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Dan huwa preċiżament il-każ fil-kawża preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’dan il-każ, l-appellanti u l-Kummissjoni talbu, kull waħda minnhom, il-kundanna tal-parti l-oħra għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura tal-appell fil-Kawża C‑337/19 P.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Peress li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tas‑16 ta’ Settembru 2021,<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju u Magnetrol International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑337/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:741">EU:C:2021:741</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), irriżervat l-ispejjeż, il-Qorti Ġenerali hija għalhekk mitluba, kif isostnu l-appellanti, tiddeċiedi, waqt l-eżami tal-Kawża T‑263/16 RENV, fuq it-tqassim tal-ispejjeż relatati mal-proċedura tal-appell fil-Kawża C‑337/19 P bejn l-appellanti u partijiet oħra f’din il-proċedura ta’ appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, l-argumenti mressqa mill-Kummissjoni kontra r-rikonoxximent lil intervenjent fl-appell tal-kwalità ta’ intervenjent f’kawża li ġiet irrinvijata lill-Qorti Ġenerali mill-Qorti tal-Ġustizzja ma jistgħux jintlaqgħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Għalhekk, qabel kollox, għalkemm ir-rikonoxximent tal-kwalità ta’ intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali lil intervenjenti fl-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma huwiex irregolat mir-regoli previsti fl-Artikolu 143 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ma jistax madankollu jitqies li tali intervent quddiem il-Qorti Ġenerali huwa awtorizzat lil hinn minn kull rekwiżit sostantiv jew formali. Fil-fatt, il-persuna kkonċernata għandha tkun ġiet ammessa minn qabel mill-Qorti<?PAGE NO="14"?> tal-Ġustizzja sabiex tintervjeni quddiemha, fil-kundizzjonijiet iddefiniti mill-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-fatt li din is-soluzzjoni tippermetti lil parti tissottometti osservazzjonijiet li l-partijiet l-oħra fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali ma jistgħux iwieġbu għalihom huwa irrilevanti, peress li, minn naħa, ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali ma jikkonferixxux, b’mod ġenerali, dritt li tirrispondi għall-osservazzjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 217 ta’ dawn ir-regoli tal-proċedura u, min-naħa l-oħra, li l-Artikolu 217(3) tal-imsemmija regoli tal-proċedura jipprevedi madankollu li, jekk iċ-ċirkustanzi jiġġustifikawha, tiġi awtorizzata l-preżentata ta’ noti addizzjonali ta’ osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument tal-Kummissjoni li l-fatt li tiġi rrikonoxxuta l-kwalità ta’ intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali lil intervenjent fl-appell, li huwa wkoll rikorrent f’kawża sospiża minn din il-qorti fil-kuntest tal-ħatra ta’ kawża <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>pilota<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, iwassal sabiex tiġi evitata din id-deċiżjoni ta’ sospensjoni, għandu jiġi rrilevat li tali deċiżjoni ta’ sospensjoni ma jistax ikollha l-effett li tostakola l-ammissjoni tal-intervent ta’ dan ir-rikorrent quddiem qorti tal-Unjoni, meta dan l-intervent għandu jiġi awtorizzat skont l-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑15 ta’ Ottubru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju u Magnetrol International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:909">EU:C:2019:909</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-elementi preċedenti, għandu jitqies li dan l-Artikolu 40, ir-rispett tad-drittijiet proċedurali ggarantiti lill-intervenjenti mir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja jimponu, fil-kuntest ta’ artikolazzjoni koerenti tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali, li intervenjent fl-appell igawdi <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> mill-kwalità ta’ intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali, meta kawża tiġi mibgħuta lura lil din il-qorti wara l-annullament mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, huwa paċifiku, minn naħa, li, permezz tad-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑15 ta’ Ottubru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju u Magnetrol International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑337/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:909">EU:C:2019:909</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), Anheuser-Busch InBev u Ampar ġew ammessi sabiex jintervjenu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C‑337/19 P u li, min-naħa l-oħra, permezz tas-sentenza tas‑16 ta’ Settembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Belġju u Magnetrol International vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑337/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:741">EU:C:2021:741</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal‑14 ta’ Frar 2019 <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Belġju u Magnetrol International vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑131/16 u T-263/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:91">EU:T:2019:91</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u tibgħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali l-Kawżi T‑136/16 u T‑263/16, sabiex tiddeċidihom fuq xi wħud mill-motivi ppreżentati f’dawn il-kawżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet lill-appellanti l-kwalità ta’ intervenjent quddiemha fil-Kawża T‑263/16 RENV.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-motiv uniku mqajjem mill-appellanti għandu jiġi milqugħ u d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il‑proċedura quddiem il‑Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, hija tista’ jew tiddeċiedi definittivament il-kawża hija stess, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-punti 96 sa 98 ta’ dan id-digriet jirriżulta li Anheuser-Busch InBev u Ampar għandhom, <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT>, il-kwalità ta’ intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali f’din il-kawża u għandhom, konsegwentement, id-drittijiet kollha inerenti għal din il-kwalità, b’mod partikolari dak li jippreżentaw osservazzjonijiet skont l-Artikolu 217(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-Qorti Ġenerali li għandha tadotta l-miżuri proċedurali li jirriżultaw mill-imsemmija kwalità.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ġew mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Issa, għalkemm il-Kummissjoni tilfet, Anheuser-Busch InBev, Ampar u Magnetrol International ma talbux li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż. Għaldaqstant, kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura tal-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tordna:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Diċembru 2021 li tirrifjuta li tirrikonoxxi lil Anheuser-Busch InBev SA/NV u lil Ampar BVBA bħala intervenjenti fil-Kawża T‑263/16 RENV u li tpoġġi fil-proċess ta’ din il-kawża l-osservazzjonijiet bil-miktub. ippreżentati minnhom dwar il-konklużjonijiet li għandhom jittieħdu mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑16 ta’ Settembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju u Magnetrol International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑337/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:741">EU:C:2021:741</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għas-soluzzjoni tat-tilwima fl-imsemmi kawża, hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Anheuser-Busch InBev SA/NV, Ampar BVBA, Magnetrol International NV u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>