<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑115/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0115</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:760">EU:C:2015:760</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20151117">17.11.2015</DATE> – KAWŻA C‑115/14</P><P>REGIOPOST</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20151117">17 ta’ Novembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 56 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 96/71/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/18/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 26</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi postali</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru li timponi fuq l-offerenti u s-subappaltaturi tagħhom li jintrabtu li jħallsu paga minima lill-persunal li jkun qed jeżegwixxi s-servizzi fil-mira ta’ kuntratt pubbliku</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑115/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Koblenz (qorti reġjonali superjuri ta’ Koblenz, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20140219">19 ta’ Frar 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">RegioPost GmbH &amp; Co. KG</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Stadt Landau in der Pfalz,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">PostCon Deutschland GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Deutsche Post AG,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tat-Tielet Awla, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, J. Malenovský, M. Safjan, A. Prechal (Relatur) u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20150429">29 ta’ April 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal RegioPost GmbH &amp; Co. KG, minn A. Günther, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-iStadt Landau in der Pfalz, minn R. Goodarzi, avukat,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għal PostCon Deutschland GmbH, minn T. Brach, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Deutsche Post AG, minn W. Krohn u T. Schneider, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u A. Lippstreu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn C. Thorning u M. Wolff, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. Salvatorelli, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn M. Fruhmann, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Norveġiż, minn K. Nordland Hansen u P. Wennerås, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Tokár u J. Enegren kif ukoll minn S. Grünheid, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20150909">9 ta’ Settembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19961216">16 ta’ Diċembru 1996</DATE>, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431), u tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011, tat-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="319" PAGE.FIRST="43" DATE.PUB="2011">ĠU L 319, p. 43</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 2004/18<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn RegioPost GmbH &amp; Co. KG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>RegioPost<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> u l-iStadt Landau in der Pfalz (belt ta’ Landau f’Palatinat, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>belt ta’ Landau<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), dwar l-obbligu impost fuq offerenti u s-subappaltaturi tagħhom fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi postali ta’ din il-belt, li jintrabtu rwieħhom li jħallsu paga minima lill-persunal li jkun qed jeżegwixxi s-servizzi li huma fil-mira ta’ dan il-kuntratt pubbliku.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 96/71</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 1 tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Il-kamp ta’ l-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, id-Direttiva 96/71 tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għall-impriżi stabbiliti fi Stat Membru li, fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi transnazzjonali, jimpjegaw ħaddiema skont paragrafu 3, fit-territorju ta’ Stat Membru.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva għandha tapplika sa fejn l-impriżi msemmija fil-paragrafu 1 jieħdu waħda mill-miżuri transnazzjonali li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jibgħatu ħaddiema fit-territorju ta’ Stat Membru għall-kont tagħhom proprju u taħt il-kontroll tagħhom fil-qafas ta’ kuntratt konkluz bejn l-impriża li tibgħat u d-destinatarju tal-prestazzjoni ta’ servizzi li jopera f’dak l-Isat Membru, sakemm teżisti relazzjoni ta’ mpjieg bejn l-impriża li tibgħat u l-ħaddiem fil-perijodu tal-kollokazzjoni; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jibgħat ħaddiema fi stabbiliment jew f’impriża fil-proprjetà ta’ grupp fit-territorju ta’ Stat Membru, sakemm ikun hemm relazzjoni ta’ impjieg bejn l-impriża li tagħmel il-kollokament u l-ħaddiema tul il-perjodu tal-kollokament; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>billi tkun impriża ta’ impjieg jew aġent ta’ kollokazzjoni temporanju, tibgħat ħaddiem lill-impriża utenti stabbilita jew li topera fit-territorju ta’ Stat Membru, sakemm ikun hemm relazzjoni ta’ impjieg bejn l-impriża ta’ impjieg jew aġent ta’ kollokament temporanju u l-ħaddiem matul il-perjodu tal-kollokament.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din l-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>It-termini u l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jiddisponi fil-paragrafi 1 u 7 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, tkun xi tkun il-liġi li tapplika għar-relazzjoni ta’ mpjieg, l-impriżi msemmija fl-Artikolu 1(1) jiggarantixxu ħaddiema mibgħuta fit-territorju tagħhom it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg li jkopru il-kwistjonijiet li ġejjin, fl-Istati Membri fejn ix-xogħol hu mwettaq, huma stabbiliti:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>skont liġi, regolament jew disposizzjonijiet amministrattiva, u/jew</P></ITEM><ITEM><P>bi ftehim kollettiv jew sentenza ta’ arbitraġġ li kienu ddikjarati universalment applikabbli fis-sens tal-paragrafu 8, sa fejn jikkonċernaw l-attivitajiet msemmija fl-Anness:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>ir-rati minimi ta’ ħlas, li jinkludu rati ta’ sahra; dan il-punt ma japplikax għal skemi komplimentari għall-irtirar mix-xogħol;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, il-kunċett ta’ rati minimi ta’ ħlas msemmija fil-paragrafu 1(ċ) huwa definit mill-liġi u/jew il-prattika nazzjonali ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-ħaddiem huwa mibgħut.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="003.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ftehim kollettiv jew sentenzi ta’ arbitraġġ ddikjarati bħala ta’ applikazzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jfisser ftehim kollettiv jew sentenzi ta’ arbitraġġ li għandhom ikunu osservati mill-impriżi kollha fis-settur u fil-professjoni jew fl-industrjiji kkonċernat.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2004/18</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 33 u 34 tad-Direttiva 2004/18 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(2)</NO.P><TXT>L-għoti tal-kuntratti ffinalizzati fl-Istati Membri f’isem l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u korpi oħra mmexxija minn entitajiet legali pubbliċi, huwa soġġett li josserva l-prinċipji tat-Trattat u in partikolari għall-prinċipji tal-moviment ħieles tal-prodotti, il-prinċipju ta’ l-istabbiliment ħieles u l-prinċipju tal-libertà li tipprovdi servizzi u l-prinċipji li jitnisslu minn dawn, bħal ma huwa il-prinċipju tat-trattament ugwali, il-prinċipju ta’ bla diskriminazzjoni, il-prinċipju ta’ għarfien reċiproku, il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-prinċipju tat-trasparenza. Madankollu, għall-kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu ammont, huwa rakkomandat li jinħarġu disposizzjonijiet ta’ kordinazzjoni Komunitarja tal-proċeduri nazzjonali għall-għoti ta’ kuntratti bħal dawn li huma bbażati fuq dawn il-prinċipji sabiex jiġu assigurati l-effetti li dawn jista’ jkollhom u biex jiggarantixxu l-bidu tal-kisba għall-kompetizzjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet ta’ koordinazzjoni għandhom għalhekk ikunu interpretati konformement kemm mar-regoli u l-prinċipji msemmija qabel kif ukoll mar-regoli l-oħra tat-Trattat.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(33)</NO.P><TXT>Il-kondizzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva sakemm dawn ma jkunux direttament jew indirettament diskriminatorji u li jkunu indikati fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet. Dawn jistgħu, b’mod partikolari, ikunu intiżi li jiffavorixxu taħriġ vokazzjonali fuq il-post, impjieg għan-nies li qed iġarrbu diffikultà biex jakkwistaw integrazzjoni, il-ġlieda kontra l-qagħad jew il-protezzjoni ta’ l-ambjent. [...]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(34)</NO.P><TXT>Il-liġijiet, regoli, u l-ftehim kollettiv, fuq livell kemm nazzjonali u dak Komunitarju, li huma fis-seħħ fl-oqsma tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol japplikaw matul l-esekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku, bil-kondizzjoni illi dawn ir-regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, jikkonformaw mal-liġi Komunitarja. F’sitwazzjonijiet ta’ fruntiera u oħra, fejn il-ħaddiema minn Stat Membru wieħed jipprovdi servizzi lill-Stat Membru ieħor għall-fini ta’ esekuzzjoni ta; kuntratt pubbliku, id-Direttiva [96/71] tistipula l-kondizzjonijiet minimi li għandhom jiġu osservati mill-pajjiż ospitu fir-rigward tal-ħaddiema spustjati. Jekk il-liġi nazzjonali tħaddan disposizzjonijiet f’dan ir-rigward, non konformità ma’ dawk l-obligazzjonijiet tista’ tiġi kkunsidrata bħala kondotta gravi mhux xierqa jew offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali ta’ l-operatur ekonomiku involut, li jista’ jwassal għall-esklużjoni ta’ dak l-operatur ekonomiku mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(b) tad-Direttiva 2004/18, dan huwa applikabbli b’mod partikolari għal kuntratti pubbliċi għal provvisti li jkollhom valur, eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, ta’ jew iktar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">200000</FT> fir-rigward ta’ kuntratti mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti, minbarra dawk mogħtija mill-awtoritajiet governattivi ċentrali msemmija fl-Anness IV ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Kondizzjonijiet għall-esekuzzjoni ta’ kuntratti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Awtoritajiet kontrattwanti jistgħu jniżżlu kondizzjonijiet speċjali relatati mat-twettiq ta’ xi kuntratt, basta dawn ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Komunità u huma indikati fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet. Il-kondizzjonijiet li jirregolaw it-twettieq ta’ kuntratt jistgħu, partikolarment, jirrigwardjaw konsiderazzjonijiet soċjali u ambjentali.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Obbligi relatati ma’ taxxi, ħarsien ambjentali, disposizzjonijiet għal ħarsien ta’ xogħol u kondizzjonijiet ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità kontraenti tista’ tiddikkjara fid-dokumenti tal-kuntratt, jew tkun obbligata minn Stat Membru biex tagħmel dan, l-awtorità jew l-awtoritajiet li minnhom offerent jista’ jikseb l-informazzjoni approprjata dwar l-obbligi li jirrelataw [...] [għal]l-kondizzjonijiet tax-xogħol li huma fis-seħħ fl-Istat Membru, fir-reġjun jew fil-lokalità li fihom is-servizzi għandhom jitwettqu u li għandhom ikunu applikabbli għas-servizzi provduti fuq is-sit matul it-twettieq tal-kuntratt.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Awtorità kontrattwanti li tissuplixxi t-tagħrif li sar riferiment għalih fil-paragrafu 1 għandha titlob lil min ikun xeħet l-offerta jew kandidati fil-proċedura tal-għoti tal-kuntratt biex jindikaw li huma kienu ħadu akkont, meta fasslu l-offerta tagħhom, ta’ l-obbligi relatati ma’ disposizzjonijiet ta’ ħarsien ta’ xogħol u l-kuindizzjonijiet ta’ xogħol li huma fis-seħħ fil-post ta’ fejn ix-xogħlijiet ikunu se jsiru jew is-servizz ikun se jiġi provdut.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-dritt federali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 97(4) tal-liġi kontra r-restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni (Gesetz gegen Wettbewerbsbeschränkungen), fil-verżjoni tagħha tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> (BGBl. 2013 I, p. 1750), kif emendata fl-aħħar lok mill-Artikolu 5 tal-liġi tal-<DATE ISO="20140721">21 ta’ Lulju 2014</DATE> (BGBl. 2014 I, p. 1066), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Il-kuntratti jingħataw lil impriżi speċjalizzati, effikaċi, affidabbli u li josservaw il-liġi. L-eżekuzzjoni tal-kuntratt tista’ tkun suġġetta għal rekwiżiti supplimentari għall-offerent rebbieħ, li jikkonċernaw b’mod partikolari aspetti soċjali, ambjentali jew ta’ innovazzjoni, jekk ikollhom konnessjoni oġġettiva mas-suġġett tal-kuntratt u huma msemmija fid-deskrizzjoni tas-servizz li għandu jiġi pprovdut. L-offerent rebbieħ jista’ jkun suġġett għal rekwiżiti oħra jew għal rekwiżiti li jmorru lil hinn minn dawk imsemmija iktar ’il fuq biss jekk dawn huma previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Federali jew tal-Länder.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont il-liġi dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol imperattivi applikabbli għall-provvisti ta’ servizzi transkonfinali (Gesetz über zwingende Arbeitsbedingungen bei grenzüberschreitenden Dienstleistungen), tas-<DATE ISO="19960226">26 ta’ Frar 1996</DATE> (BGBl. 1996 I, p. 227, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>AEntG<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), ftehim kollettiv li jistabbilixxi paga minima obbligatorja għall-qasam ta’ servizzi postali ġie konkluż fid-<DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE> u ġie ddikjarat ta’ applikazzjoni ġenerali għall-impriżi kollha ta’ dan il-qasam b’regolament tat-<DATE ISO="20071228">28 ta’ Diċembru 2007</DATE>. Madankollu, b’sentenza tal-Bundesverwaltungsgericht (qorti amministrattiva federali), tat-<DATE ISO="20100128">28 ta’ Jannar 2010</DATE>, dan ir-regolament ġie annullat, hekk li, fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, ma kienx hemm, għall-qasam tas-servizzi postali, paga minima obbligatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-liġi li tirregola paga minima ġenerali (Gesetz zur Regelung eines allgemeinen Mindestlohns), tal-<DATE ISO="20140811">11 ta’ Awwissu 2014</DATE> (BGBl. 2014 I, p. 1348) tipprevedi, fil-prinċipju, għall-ħaddiema kollha, mill-<DATE ISO="20150101">1 ta’ Jannar 2015</DATE>, id-dritt għal paga minima ta’ ammont gross ta’ EUR 8.50 fis-siegħa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Land Rheinland-Pfalz</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-liġi tal-Land Rheinland-Pfalz dwar il-garanzija tal-osservanza tal-ftehimiet kollettivi u ta’ paga minima fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (Landesgesetz zur Gewährleistung von Tariftreue und Mindestentgelt bei öffentlichen Auftragsvergaben), tal-<DATE ISO="20101201">1 ta’ Diċembru 2010</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>LTTG<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), jipprovdi fil-paragrafu 1:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Din il-liġi tikkumbatti d-distorsjonijiet li jseħħu waqt fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minħabba l-użu ta’ xogħol bl-irħis u tnaqqas l-ispejjeż li jirriżultaw għas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali. Għal dan il-għan, hija tipprovdi li l-awtoritajiet kontraenti [...] għandhom id-dritt li jagħżlu bħala offerenti rebbieħa ta’ kuntratti pubbliċi, konformement ma’ din il-liġi, biss l-impriżi li jħallsu lill-impjegati tagħhom il-paga minima stabbilita f’din il-liġi u li josservaw il-ftehimiet kollettivi.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-LTTG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Paga minima<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fil-paragrafu 1 tiegħu, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Sa fejn l-osservanza tal-ftehimiet kollettivi ma tistax tiġi rikjesta skont l-Artikolu 4, il-kuntratti pubbliċi jistgħu jiġu attribwiti biss lill-impriżi li, meta jippreżentaw l-offerta, jintrabtu bil-miktub li jħallsu lill-persunal tagħhom għall-eżekuzzjoni tas-servizz, paga ta’ mill-inqas EUR 8.50 gross (paga minima) u jimplementaw, favur l-impjegati tagħhom, matul it-tul tal-eżekuzzjoni, il-bidliet fil-paga minima [...]. Jekk id-dikjarazzjoni dwar il-paga minima hija nieqsa meta l-offerta tiġi ppreżentata l-offerta u jekk ma tiġix ippreżentata wara talba f’dan is-sens, l-offerta hija eskluża mill-evalwazzjoni. Jekk is-servizz [kompetenti] ippubblika mudelli [...] ta’ dikjarazzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni minima, dawn jistgħu jintużaw.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Wara l-adozzjoni tar-regolament tal-gvern tal-Land Rheinland-Pfalz tal-<DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, il-paga minima msemmija fl-Artikolu 3(1) tal-LTTG issa titla għal ammont gross ta’ EUR 8.70 kull siegħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tal-LTTG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Obbligu ta’ osservanza ta’ ftehimiet kollettivi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-kuntratti pubbliċi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli b’mod obbligatorju lill-ħaddiema kkollokati transkonfinali jew impjegati regolarment fit-territorju nazzjonali (Gesetz über zwingende Arbeitsbedingungen für grenzüberschreitend entsandte und für regelmäßig im Inland beschäftigte Arbeitnehmer und Arbeitnehmerinnen), tal-<DATE ISO="20090420">20 ta’ April 2009</DATE> (BGBl. 2009 I, p. 799), fil-verżjoni tagħha applikabbli, jistgħu jiġu attribwiti biss lill-impriżi li jintrabtu bil-miktub, meta jiddepożitaw l-offerta, li jħallsu lill-persunal tagħhom, għall-eżekuzzjoni tas-servizz, remunerazzjoni li, minħabba l-ammont tagħha u l-modalitajiet tagħha, tikkorrispondi għal mill-inqas mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv li jorbot l-impriża skont [l-imsemmija liġi].</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="004.006"><NO.PARAG>(6)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk id-dikjarazzjoni dwar l-osservanza tal-ftehimiet kollettivi tkun nieqsa meta l-offerta tkun iddepożitata u jekk hija ma tiġix ippreżentata wara talba f’dan is-sens, l-offerta hija eskluża mill-evalwazzjoni. Jekk is-servizz [kompetenti] ippubblika mudelli [...] ta’ dikjarazzjonijiet dwar l-osservanza tal-ftehimiet kollettivi, dawn jistgħu jintużaw.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-LTTG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Subappaltaturi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Fil-każ ta’ eżekuzzjoni ta’ servizzi kuntrattwali minn subappaltaturi, l-impriża tiggarantixxi l-osservanza, minn dawn tal-aħħar, tal-obbligi li hemm fl-Artikoli 3 u 4 u tagħti lill-awtorità kontraenti dikjarazzjonijiet tas-subappaltaturi dwar il-paga minima u l-osservanza tal-ftehimiet kollettivi [...]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-LTTG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Provi u kontroll<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jimponi ċerti obbligi fuq l-offerent rebbieħ u s-subappaltaturi, li jirrigwardaw b’mod partikolari il-konservazzjoni u l-provvista ta’ dokumenti u ta’ data, sabiex jippermettu lill-awtorità kontraenti li tistħarreġ l-osservanza tal-obbligi imposti mil-LTTG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-LTTG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Sanzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-obbligi ddefiniti fl-Artikoli 3 sa 6, l-awtoritajiet kontraenti jiftehmu mal-offerent rebbieħ, għal kull nuqqas bi ħtija, penalità kuntrattwali ta’ 1 tal-valur tal-kuntratt; fil-każ ta’ nuqqasijiet multipli, is-somma totali tal-penalitajiet ma tistax taqbeż 10 % tal-valur tas-suq. L-offerent rebbieħ huwa wkoll obbligat li jħallas il-penalità kuntrattwali msemmija fl-ewwel sentenza meta n-nuqqas huwa tort ta’ wieħed mis-subappaltaturi tiegħu u li l-offerent rebbieħ kien jaf jew kellu jkun jaf b’dan in-nuqqas. Jekk il-penali kuntrattwali tkun ta’ ammont sproporzjonat, hija tista’ tiġi mnaqqsa għal ammont xieraq mill-awtorità kontraenti, fuq talba tal-offerent rebbieħ. [...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiftehmu mal-offerent rebbieħ li n-nuqqas li jikkostitwixxi traskuraġni grossa gravi tal-preskrizzjonijiet tal-Artikoli 3 sa 6 mill-offerent rebbieħ jawtorizza lill-awtorità kontraenti li jxolji l-kuntratt mingħajr avviż minn qabel għal raġuni gravi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-offerent rebbieħ jew is-subappaltatur naqas għall-inqas b’traskuraġni grossa jew b’mod ripetut milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont din il-liġi, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeskludu lil dan l-offerent jew lil dan is-subappaltatur mill-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal tul massimu ta’ tliet snin.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fit-<DATE ISO="20130423">23 ta’ April 2013</DATE>, il-belt ta’ Landau nediet, fil-livell tal-Unjoni Ewropea, sejħa għal offerti, fi proċedura miftuħa, maqsuma f’żewġ lottijiet, li għandhom l-għan ta’ kuntratt pubbliku għas-servizzi postali ta’ din il-belt, li għandhom l-għan, b’mod partikolari, tal-konklużjoni ta’ kuntratt-qafas għall-ġbir, it-trasport u t-tqassim ta’ ittri, ta’ pakki u ta’ pakketti. It-tul previst tal-kuntratt kien għal sentejn, filwaqt li l-awtorità kontraenti setgħet testendih darbtejn oħra, kull darba għal perijodu ta’ sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Konformement mal-punt III 2.2(4) tal-avviż tal-kuntratt, li jinsab taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Kapaċità ekonomika u finanzjarja<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>’l-offerent rebbieħ josserva d-dispożizzjonijiet [tal-LTTG]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, ma kienx hemm ftehim kollettiv li jistabbilixxi paga minima u li jorbot l-impriżi tal-qasam tas-servizzi postali skont l-AEntG. F’din l-istess data, l-impriżi ma kinux iktar suġġetti għall-obbligu ta’ ħlas ta’ paga minima ġenerali istitwita bil-liġi tal-<DATE ISO="20140811">11 ta’ Awwissu 2014</DATE> li fiha regoli ta’ paga minima ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-anness E6 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Mudell ta’ dikjarazzjoni konformi mal-Artikolu 1 tal-LTTG<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Dan l-anness kien imfassal sabiex jippermetti lill-offerenti sabiex jippreżentaw, waqt id-depożitu tal-offerta tagħhom, id-dikjarazzjoni tagħhom stess fuq il-paga minima u dawk tas-subappaltaturi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-mudell tad-dikjarazzjoni huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Bil-preżenti, nintrabat/nintrabtu</P><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>li nħallas/nħallsu lill-impjegati, fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tas-servizz, għall-inqas ir-remunerazzjoni (grossa) fis-siegħa dovuta skont ir-regolament tal-Land fis-seħħ għall-finijiet tal-istabbiliment tal-paga minima msemmija fit-tielet sentenza tal-Artikolu 3(2) [tal-LTTG], ħlief fejn is-servizz huwa pprovdut minn min qed jitħarreġ;</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>li nagħżel/nagħżlu bir-reqqa is-subappaltaturi u b’mod partikolari nivverifika/nivverifikaw jekk l-offerti tagħhom jistgħux ikunu kkalkolati abbażi tal-paga minima li għandha titħallas;</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>fil-każ ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt minn subappaltaturi jew minn impjegati ta’ aġenzija temporanja jew mill-impjegati tal-aġenzija temporanja tas-subappaltatur, li niggarantixxi/niggarantixxu l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 4(1) tal-LTTG jew tal-Artikolu 3(1) tal-LTTG u sabiex jippreżentaw lill-awtorità kontraenti dikjarazzjonijiet li bihom is-subappaltaturi u l-aġenziji temporanji jintrabtu li josservaw ir-remunerazzjoni minima u l-ftehimiet kollettivi;</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>li jkolli/jkollna disponibbli dokumenti kompleti u verifikabbli dwar l-impjegati assenjati għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt, li nippreżenta/nippreżentaw l-imsemmija dokumenti lill-awtorità kontraenti fuq talba ta’ din tal-aħħar u li ninforma/ninformaw lill-impjegati bil-possibbiltà ta’ verifiki magħmula mill-awtorità kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE>, RegioPost sostniet li d-dikjarazzjonijiet dwar il-paga minima msemmija fl-Artikolu 3 tal-LTTG kienu kuntrarji għad-dritt tal-kuntratti pubbliċi. Hija hemżet mal-offerta tagħha, iddepożitata fit-termini rikjesti, dikjarazzjonijiet tas-subappaltaturi tagħha li hija kienet irrediġiet stess. Madankollu, hija ma ddepożitatx għaliha stess dikjarazzjoni ta’ osservanza tal-paga minima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tal-<DATE ISO="20130625">25 ta’ Ġunju 2013</DATE>, il-belt ta’ Landau tat lil RegioPost l-opportunità li tipproduċi, fi żmien erbatax-il jum, id-dikjarazzjonijiet dwar il-paga minima msemmija fl-Artikolu 3 tal-LTTG, filwaqt li indikat li kienet ser teskludi l-offerta ta’ RegioPost fil-każ li hija ma tikkonformax ma’ din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>, RegioPost sempliċement tenniet l-ilmenti tagħha u ħabbret li, fil-każ ta’ esklużjoni tal-offerta tagħha, hija ser tippreżenta azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-belt ta’ Landau informat lil RegioPost li, minħabba l-assenza ta’ dikjarazzjonijiet dwar il-paga minima msemmija fl-Artikolu 3 tal-LTTG, l-offerta tagħha ma setgħetx tiġi evalwata. Fl-istess ittra, hija indikat li l-ewwel lott tal-kuntratt kien ser jingħata lil PostCon Deutschland GmbH u t-tieni lott lil Deutsche Post AG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20131023">23 ta’ Ottubru 2013</DATE>, il-Vergabekammer Rheinland-Pfalz (il-bord tal-kuntratti pubbliċi tal-Land Rheinland-Pfalz) ċaħdet l-azzjoni mressqa minn RegioPost, billi qieset, b’mod partikolari, li l-offerta kienet ġiet ġustament eskluża minħabba l-assenza tad-dikjarazzjonijiet relatati mal-paga minima, li kienu ġew mitluba kif suppost, mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Adita bit-tilwima fl-appell, il-qorti tar-rinviju qieset li s-soluzzjoni għal dan tal-aħħar tiddependi fuq jekk hijiex marbuta li ma tapplikax l-Artikolu 3 tal-LTTG peress li din id-dispożizzjoni ma hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tqis li l-Artikolu 3 tal-LTTG fih kundizzjoni partikolari li tikkonċerna l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, li, skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, tkun biss leċita jekk tkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, il-qorti tar-rinviju tqis li ma hijiex f’pożizzjoni li tivverifika din il-kompatibbiltà, fid-dawl ukoll tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u b’mod partikolari tas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-fatt li RegioPost hija impriża stabbilita fil-Ġermanja u li l-offerenti l-oħra għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru ma jipprekludix talba għal deċiżjoni preliminari, peress li l-kwistjoni dwar jekk dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali għandhiex tibqa’ mhux applikabbli minħabba l-inkompatibbiltà eventwali tagħha mad-dritt tal-unjoni hija kwistjoni ta’ dritt li tqum indipendentement min-nazzjonalità tal-partijiet fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt jew tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-miżura nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali mal-Artikolu 56(1) TFUE, il-qorti tar-rinviju tosserva li l-obbligu għall-impriżi stabbiliti fi Stati membri oħra barra r-Repubblika Federal tal-Ġermanja li jadattaw il-pagi mħallsin lill-ħaddiema tagħhom għal livell ta’ remunerazzjoni ogħla, applikabbli fil-post tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt li jinsab f’dan l-aħħar Stat, itellef lil dawn l-impriżi l-vantaġġ kompetittiv li huma għandhom minħabba li l-ispiża tagħhom f’pagi hija iktar baxxa, minkejja li dan il-vantaġġ huwa spiss neċessarju sabiex jikkumpensa l-vantaġġi strutturali li jibbenefikaw minnhom l-impriżi u sabiex ikollhom aċċess għall-kuntratt meqjus. L-obbligu ta’ osservanza tal-paga minima preskritt fl-Artikolu 3(1) tal-LTTG jikkostitwixxi għaldaqstant xkiel għall-impriżi stabbiliti f’dawn l-Istati Membri l-oħra li huwa fil-prinċipju pprojbit mill-Artikolu 56(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tqis li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-Artikolu 3 tal-LTTG għall-imsemmija impriżi, kemm-il darba jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE kienu ġew issodisfatti. Issa, skont din il-qorti, fuq dan il-punt, jista’ jkun hemm dubji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn naħa, din il-qorti tosserva li, għalkemm l-Artikolu 3(1) tal-LTTG jikkostitwixxi dispożizzjoni leġiżlattiva li tistabbilixxi r-rata ta’ paga minima, din id-dispożizzjoni ma tiggarantixxix lill-ħaddiema l-ħlas mill-persuna li timpjegahom il-paga minima. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni nazzjonali tipprojbixxi biss lill-awtoritajiet kontraenti li jagħtu kuntratt pubbliku lil offerenti li ma jkunux intrabtu li jħallsu l-paga minima li hija tipprevedi lill-ħaddiema assenjati għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-imsemmija qorti tirrileva li l-obbligu dwar il-paga minima stabbilit fl-Artikolu 3(1) tal-LTTG jikkonċerna biss il-ħaddiema tal-offerent rebbieħ li huma assenjati sabiex jeżegwixxu l-kuntratt pubbliku kkonċernat. Issa, ħaddiem assenjat għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt privat ma jkunx inqas denju ta’ protezzjoni soċjali minn ħaddiem li huwa assenjat għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tagħlim li għandu jinġibed mis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-qorti tar-rinviju tosserva li, fid-duttrina Ġermaniża, b’mod partikolari ġie sostnut li din is-sentenza għandha tinftiehem fis-sens li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 ma jipprekludix dispożizzjoni bħall-Artikolu 3(1) tal-LTTG li jistabbilixxi, f’dispożizzjoni leġiżlattiva, rata minima ta’ ħlas, anki jekk din tal-aħħar għandha tiġi osservata biss fil-kuntest biss tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratti pubbliċi, ladarba r-rekwiżit ta’ applikazzjoni ġenerali ma jikkonċernax id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, iżda l-ftehimiet kollettivi biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tafferma, madankollu, li għandha dubji serji dwar l-eżattezza ta’ din it-teżi. Peress li din hija restrizzjoni għal libertà fundamentali bħal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, hija tqis li jkun illoġiku li l-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva jiġi interpretat fis-sens li dan tal-aħħar jirrikjedi li l-ftehimiet kollettivi li jistabbilixxu paga minima jkunu ta’ applikazzjoni ġenerali, inklużi l-ħaddiema kollha fis-settur ikkonċernat, kemm jekk ikunu impjegati fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratti pubbliċi jew ta’ kuntratti privati, filwaqt li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jistabbilixxu paga minima jkun jista’ jiġi ristrett għall-ħaddiema biss assenjati għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis li, jekk kellu jiġi konkluż li dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 3(1) tal-LTTG timponi fuq l-offerenti u s-subappaltaturi tagħhom l-obbligu li jintrabtu li jħallsu lill-persunal li jeżegwixxi s-servizzi li huma fil-mira ta’ kuntratt pubbliku paga minima, hija kompatibbli<?PAGE NO="10"?> mal-Artikolu 56 TFUE, ikun hemm lok li ssir id-domanda dwar il-kompatibbiltà mal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 tas-sanzjoni prevista mill-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali fil-każ ta’ ksur ta’ dan l-obbligu, jiġifieri l-esklużjoni tal-offerent milli jipparteċipa fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li din il-kompatibbiltà tidher dubjuża ladarba, jekk l-Artikolu 3(1) tal-LTTG jikkostitwixxu hija kundizzjoni partikolari dwar l-eżekuzzjoni tal-kuntratt fis-sens tal-Artikolu 26 tal-imsemmija direttiva, din tal-aħħar ma tipprevedix motiv ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni għal kuntratt dwar il-ksur ta’ tali kundizzjoni partikolari. Tali motiv ta’ esklużjoni barra minn hekk jinftiehem ħażin ladarba l-kwistjoni tal-osservanza minn offerent ta’ kundizzjonijiet partikolari li għalihom dan tal-aħħar intrabat tqum biss wara l-għoti tal-kuntratt lil dan l-operatur. Għaldaqstant dan ma huwiex kriterju ta’ għażla kwalitattiva li jista’ jiġġustifika l-esklużjoni ta’ offerent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis li s-sanzjoni ta’ esklużjoni tal-offerta fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 3(1) tal-LTTG ma hijiex ibbażata fuq raġuni valida ladarba l-impenji preskritti minn din id-dispożizzjoni huma biss ta’ natura dikjaratorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li din is-sanzjoni tidher inutli ladarba, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-obbligu dwar il-ħlas tal-paga minima preskritt fl-Artikolu 3(1) tal-LTTG huwa parti mill-obbligi li jinsabu kemm fl-avviż ta’ kuntratt kif ukoll fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt li l-offerent rebbieħ huwa marbut bihom wara l-għoti tal-kuntratt u li l-penalità kuntrattwali stabbilita fl-Artikolu 7(1) tal-LTTG timmira li tiżgura l-osservanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberlandesgericht Koblenz (qorti reġjonali superjuri ta’ Koblenz) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 56(1) [TFUE], flimkien mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva [96/71], għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tobbliga lil awtorità kontraenti pubblika tagħti kuntratti biss lil impriżi li jimpenjaw ruħhom, b’subappaltaturi li wkoll jimpenjaw ruħhom bil-miktub, meta tiġi ppreżentata l-offerta, li jħallsu lill-impjegati tagħhom inkarigati bl-eżekuzzjoni tal-kuntratt, salarju minimu li jiġi stabbilit mill-Istat għall-kuntratti pubbliċi biss, iżda mhux għall-kuntratti privati, meta la jkun jeżisti salarju minimu ġenerali legali u lanqas ftehim kollettiv ta’ portata ġenerali li jorbot lill-eventwali offerent magħżul u lill-eventwali subappaltaturi tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:</TXT><P>Id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, b’mod partikolari l-Artikolu 26 tad-Direttiva [2004/18], għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali [... ] [bħat-tielet sentenza tal-]-Artikolu 3 (1) [tal-]LTTG li jipprevedi l-esklużjoni obbligatorja ta’ offerta fil-każ fejn operatur ekonomiku ma jimpenjax ruħu, mal-preżentazzjoni tal-offerta, f’dikjarazzjoni separata, għal att li, fil-każ tal-għoti tal-kuntratt, ikun kuntrattwalment marbut iwettaq anki jekk ma jkunx ippreżenta din id-dikjarazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-belt ta’ Landau kif ukoll il-gvernijiet Ġermaniż u dak Taljan jeċċepixxu l-inammissibbiltà tal-ewwel domanda billi jinvokaw l-assenza, ikkonfermata mill-qorti tar-rinviju, ta’ kwalunkwe element transkonfinali li jikkaratterizza t-tilwima fil-kawża prinċipali, sa fejn l-impriżi kollha li ħadu sehem<?PAGE NO="11"?> fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt inkwistjoni huma stabbiliti fit-territorju tal-Istat Membru li taqa’ fih l-awtorità kontraenti, jiġifieri r-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Fin-nuqqas ta’ element transkonfinali, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tesprimi ruħha fuq il-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali mad-Direttiva 96/71 u/jew l-Artikolu 56 TFUE. Il-Gvern Taljan jikkontesta wkoll l-ammissibbiltà tat-tieni domanda, għal raġunijiet simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Dawn l-oġġezzjonijiet għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li, il-fatt li qorti tar-rinviju fformulat formalment domanda preliminari billi rreferiet għal ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ma huwiex ta’ ostakolu sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi lil din il-qorti l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha, kemm jekk hija rreferiet għalihom jew le meta ressqet id-domandi tagħha. F’dan ir-rigward, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeduċi mill-elementi kollha pprovduti mill-qorti tar-rinviju, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, l-elementi tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tat-tilwima (ara, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vicoplus <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-307/09 sa C-309/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:64">EU:C:2011:64</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, l-ewwel domanda għandha l-ewwel nett tiġi eżaminata fid-dawl tad-dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju li tirregolaha speċifikament, jiġifieri l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, dispożizzjoni li tirreferi espressament għaliha barra minn hekk il-qorti nazzjonali bħala parti tat-tieni domanda tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, mill-proċess li hemm quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari mid-deċiżjoni tal-Vergabekammer Rheinland-Pfalz (bord tal-kuntratti pubbliċi tal-Land Rheinland-Pfalz) li hemm riferiment għaliha fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, jirriżulta kjarament li l-imsemmija direttiva hija applikabbli fil-kawża prinċipali meta l-valur tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni jaqbeż sew il-limitu rilevanti ta’ applikazzjoni tal-istess direttiva li, fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, kien stabbilit għal EUR <FT TYPE="NUMBER">200000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li, f’dan il-każ, id-Direttiva 2004/18 hija applikabbli, li barra minn hekk ma huwa kkontestat minn ħadd mill-partijiet ikkonċernati li ddepożitaw noti ta’ osservazzjonijiet jew li kienu preżenti matul is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, domanda ta’ interpretazzjoni dwar waħda mid-dispożizzjonijiet tagħha, f’dan il-każ l-Artikolu 26 tagħha, hija ammissibbli, anki jekk hija magħmula, kif inhu l-każ f’din il-kawża, fil-kuntest ta’ tilwima fejn l-elementi kollha huwa ristretti għal Stat Membru wieħed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm, f’dan il-każ, l-elementi kollha ta’ din it-tilwima huma ristretti ġo Stat Membru wieħed, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq l-Artikolu 56 TFUE, sa fejn il-grad ta’ armonizzazzjoni previst mill-imsemmija direttiva jippermetti dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-valur tal-kuntratt s-suq inkwistjoni jaqbeż manifestament il-limitu rilevanti ta’ applikazzjoni li tippermetti l-istess direttiva, għandu jitqies li dan il-kuntratt għandu ċertu interess transkonfinali. Għaldaqstant, bl-ebda mod ma jista’ jiġi eskluż li impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra minbarra r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kienu interessati li jipparteċipaw fl-imsemmi kuntratt, wara l-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt, għalkemm, finalment, huma ddeċidew li ma jipparteċipawx minħabba raġunijiet li jirrigward lihom stess, iżda li, għal xi wħud minn dawn l-impriżi li huma stabbiliti fi Stati Membri fejn l-għoli tal-ħajja u r-rata minima ta’ paga fis-seħħ huma sinjifikattivament iktar baxxi minn dawk prevalenti fil-Land Rheinland-Pfalz, jistgħu jinkludu l-obbligu preskritt espressament li josservaw il-paga minima imposta f’dan il-Land.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel domanda, ifformulata mill-ġdid fis-sens li tirrigwarda fl-ewwel lok l-interpretazzjoni tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, u t-tieni domanda huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti dwar l-ammissibbiltà tat-talba għal domanda preliminari, hemm lok li jitqies li, bl-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-offerenti u lis-subappaltaturi tagħhom li jintrabtu, b’dikjarazzjoni bil-miktub li għandha tinhemeż mal-offerta tagħhom, li jħallsu lill-persunal inkarigat bl-eżekuzzjoni tas-servizzi li huma fil-mira tal-kuntratt pubbliku meqjus paga minima stabbilita minn din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 3 tal-LTTG, sa fejn tipprevedi l-obbligu għal-kwalunkwe offerent u subappaltatur li jintrabat fir-rigward tal-awtorità kontraenti li jħallas lill-persunal sabiex jeżegwixxu l-kuntratt pubbliku kkonċernat paga minima stabbilita bil-liġi, għandha tiġu kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>kondizzjonijiet speċjali relatati mat-twettiq ta’ xi kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> ibbażati fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>konsiderazzjonijiet soċjali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens tal-Artikolu 26 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan il-każ, din il-kundizzjoni partikolari ġiet indikata kemm fl-avviż tal-kuntratt kif ukoll fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, hekk li l-kundizzjoni proċedurali ta’ trasparenza, magħmula f’dan l-aħħar artikolu, hija ssodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-premessa 33 tal-istess direttiva jirriżulta li kundizzjoni partikolari ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni biss sa fejn hija ma hijiex direttament jew indirettament diskriminatorja. Issa, huwa paċifiku li dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tissodisfa din il-kundizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, ladarba miżura nazzjonali tkun f’qasam li saret armonizzazzjoni eżawrjenti tagħha fil-livell tal-Unjoni, din il-miżura għandha tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-miżura ta’ armonizzazzjoni, u mhux fid-dawl ta’ dawk tad-dritt primarju (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>DaimlerChrysler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑324/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:682">EU:C:2001:682</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Brzeziński</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑313/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:33">EU:C:2007:33</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Ungerija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑115/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:253">EU:C:2014:253</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, kundizzjonijiet partikolari ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt jistgħu jiġu rikjesti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>basta dawn ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-imsemmija direttiva ma tirregolax b’mod eżawrjenti l-qasam tal-kundizzjonijiet partikolari ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratti, hekk li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tiġi evalwata fir-rigward tad-dritt primarju tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, konformement mal-premessa 34 tad-Direttiva 2004/18, bħala parti mill-eżami tal-kompatibbiltà tal-miżura nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali mad-dritt tal-Unjoni, hemm lok li jiġi vverifikat jekk, f’sitwazzjonijiet transkonfinali jew fejn il-ħaddiema ta’ Stat Membru wieħed jipprovdu servizzi lill-Stat Membru ieħor għat-twettiq ta’ kuntratt pubbliku, il-kundizzjonijiet minimi stipulati mid-Direttiva 96/71 għandhomx jiġu osservati mill-pajjiż ospitanti fir-rigward tal-ħaddiema kkollokati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-effetti tal-miżura nazzjonali inkwistjoni fuq impriżi stabbiliti barra t-territorju Ġermaniż li setgħu jkollhom interess li jipparteċipaw fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt pubbliku meqjus u li jaħseb għal kollokament tal-ħaddiema tagħhom f’dak it-territorju, peress li dawn l-impriżi setgħu rrinunzjaw għal din il-parteċipazzjoni minħabba l-obbligu li kien impost fuqhom li jintrabtu li josservaw il-paga minima imposta mil-LTTG. Għaldaqstant, hemm lok li din il-miżura nazzjonali tiġi eżaminata fir-rigward tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi kkonstatat li dispożizzjoni bħall-Artikolu 3 tal-LTTG għandha tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>liġi<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fis-sens tal-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-imsemmija direttiva li jipprovdi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>rati minimi ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fis-sens tal-ewwel subparagrafu (c) tal-Artikolu 3(1) ta’ l-istess direttiva. Fil-fatt, minn naħa, kuntrarjament għal-liġi tal-Land Niedersachsen dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi li kienet inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dispożizzjoni bħall-Artikolu 3 tal-LTTG tistabbilixxi hija stess l-imsemmija rata ta’ paga minima. Min-naħa l-oħra, fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, la l-AEntG u lanqas xi leġiżlazzjoni nazzjonali oħra ma timponi, għall-qasam tas-servizzi postali, paga ta’ livell iktar baxx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Din il-klassifika ma tistax tiġi kkontestata minħabba l-fatt li l-miżura nazzjonali meqjusa tapplika għall-kuntratti pubbliċi u mhux għall-kuntratti privat ladarba l-kundizzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali ddefinita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 96/71 tapplika biss għal ftehimiet kollettivi jew għas-sentenzi ta’ arbitraġġ imsemmija fit-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ladarba l-miżura nazzjonali inkwistjoni taqa’ fil-kuntest tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 li jippermetti, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-impożizzjoni ta’ paga minima fil-kuntratti pubbliċi, ma jistax jiġi rikjest li din il-miżura tmur lil hinn minn dan il-qasam speċifiku billi tkun imposta b’mod ġenerali fil-kuntratti kollha, inklużi l-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura nazzjonali għall-kuntratti pubbliċi hija l-konsegwenza sempliċi tal-fatt li hemm regoli tad-dritt tal-Unjoni li huma speċifiċi għal dan il-qasam, f’dan il-każ dawk previsti mid-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, moqri flimkien mad-Direttiva 96/71, jippermetti lill-Istat Membru ospitanti li jipprevedi, fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku, regola imperattiva ta’ protezzjoni minima li tinsab fl-ewwel subparagrafu (c) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi l-osservanza mill-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra rata ta’ paga minima għall-benefiċċju tal-ħaddiema tagħhom ikkollokati fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti għall-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt pubbliku. Fil-fatt, tali regola tagħmel parti mil-livell ta’ protezzjoni li għandu jiġi ggarantit lill-imsemmija ħaddiema (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Laval un Partneri</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:809">EU:C:2007:809</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 96/71 hija kkonfermata barra minn hekk minn qari ta’ din id-dispożizzjoni fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE, peress li l-għan ta’ din id-direttiva huwa, b’mod partikolari, li titwettaq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, li hija waħda mil-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat (ara, b’analoġija, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Barra minn hekk mill-premessa 2 tal-imsemmija direttiva jirriżulta li d-dispożizzjonijiet ta’ koordinazzjoni li fiha l-istess direttiva għall-kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu ammont għandhom jiġu interpretati konformement mar-regoli u l-prinċipji tat-Trattat, fosthom dawk dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-impożizzjoni, skont leġiżlazzjoni nazzjonali, ta’ remunerazzjoni minima fuq l-offerenti u s-subappaltaturi eventwali tagħhom stabbiliti fi Stat Membru li ma huwiex dak tal-awtorità kontraenti u li fih ir-rati ta’ paga<?PAGE NO="14"?> minima jkunu iktar baxxi, tikkostitwixxi piż ekonomiku addizzjonali li jista’ jipprojbixxi, ifixkel jew jirrendi inqas attraenti l-eżekuzzjoni tas-servizzi tagħhom fl-Istat Membru ospitanti. Għaldaqstant, miżura bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tikkostitwixxi restrizzjoni fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bundesdruckerei</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑549/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2235">EU:C:2014:2235</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Tali miżura nazzjonali tista’ bħala prinċipju tiġi ġġustifikata mill-għan tal-protezzjoni tal-ħaddiema (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bundesdruckerei</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑549/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2235">EU:C:2014:2235</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Madankollu, kif il-qorti tar-rinviju rrilevat, tqum id-domanda dwar jekk mill-punti 38 sa 40 tas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) jirriżultax li tali ġustifikazzjoni ma tistax tiġi aċċettata peress li l-paga minima li jimponi l-Artikolu 3(1) tal-LTTG tapplika biss għall-kuntratti pubbliċi, bl-esklużjoni ta’ kuntratti privati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Din id-domanda għandha tingħata risposta negattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-imsemmija punti 38 sa 40 tas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) jirriżulta li, għalkemm, fil-kuntest tal-eżami fir-rigward tal-Artikolu 56 TFUE tal-miżura nazzjonali inkwistjoni fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li din il-miżura ma tistax tiġi ġġustifikata bl-għan tal-protezzjoni tal-ħaddiema, hija bbażata fuq ċerti karatteristiċi tal-imsemmija miżura li jiddistingwuha b’mod evidenti mill-miżura nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>B’hekk fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha fuq il-konstatazzjoni li inkwistjoni hemm, fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, ftehim kollettiv japplika biss għall-qasam tal-kostruzzjoni, li ma jkoprix il-kuntratti pubbliċi u li ma kienx iddikjarat bħala ta’ applikazzjoni ġenerali. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li r-rata ta’ paga stabbilita minn dan il-ftehim kollettiv teċċedi r-rata ta’ paga minima applikabbli għal dan il-qasam skont l-AEntG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Issa, ir-rata ta’ paga minima imposta mill-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija stabbilita minn dispożizzjoni leġiżlattiva li, bħala regola imperattiva ta’ protezzjoni minima, tapplika, fil-prinċipju, b’mod ġenerali għall-għoti ta’ kwalunkwe kuntratt pubbliku fil-Land Rheinland-Pfalz, ikun xi jkun il-qasam ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni leġiżlattiva tagħti protezzjoni soċjali minima ladarba, fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, la l-AEntG u lanqas leġiżlazzjoni nazzjonali oħra ma jimponu, għall-qasam tas-servizzi postali, paga minima ta’ livell iktar baxx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda li l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-offerenti u lis-subappaltaturi tagħhom li jintrabtu, b’dikjarazzjoni bil-miktub li għandha tinhemeż mal-offerta tagħhom, li jħallsu lill-persunal inkarigat bl-eżekuzzjoni tas-servizzi li huma fil-mira tal-kuntratt pubbliku meqjus paga minima stabbilita minn din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku ta’ offerenti u tas-subappaltaturi tagħhom li jirrifjutaw li jintrabtu, b’dikjarazzjoni li tiġi mehmuża mal-offerta tagħhom, li jħallsu lill-persunal inkarigat li jeżegwixxi s-servizzi fil-mira ta’ kuntratt pubbliku meqjus paga minima stabbilita minn din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Mir-risposta mogħtija għall-ewwel domanda jirriżulta li l-imsemmi Artikolu 26 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-offerenti u s-subappaltaturi tagħhom li jintrabtu, f’dikjarazzjoni bil-miktub li għandha tkun mehmuża mal-offerta tagħhom, li jħallsu lill-persunal li jeżegwixxu s-servizzi koperti mill-kuntratt pubbliku kkunsidrat paga minima stabbilita minn din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-LTTG jipprovdi wkoll li, jekk din id-dikjarazzjoni tkun nieqsa meta l-offerta tiġi ppreżentata u jekk ma tiġix ippreżentata wara talba f’dan is-sens, din l-offerta hija eskluża mill-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 7 tal-LTTG jipprovdi sistema ta’ sanzjonijiet li tapplika f’diversi ipoteżijiet fejn tali impenn bil-miktub kien mehmuż mal-offerta, iżda ma kienx osservat matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku. Din is-sistema ma hijiex rilevanti fil-kuntest tal-kawża prinċipali li tikkonċerna l-esklużjoni ta’ offerent li rrifjuta li jehmeż dan l-impenn mal-offerta tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>F’din il-każ, RegioPost kienet eskluża mill-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-għoti tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni fil-kawża prinċipali wara li rrifjutaw li tirregolarizza l-offerta tagħha billi tehmeż l-impenn bil-miktub tagħha li tosserva l-obbligu li tħallas il-paga minima prevista fl-Artikolu 3(1) tal-LTTG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Issa, l-esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’dan il-kuntratt ma tistax tiġi kklassifikata bħala sanzjoni. Hija biss il-konsegwenza tan-nuqqas, ikkaratterizzat mill-assenza li mal-offerta jinhemżu impenji bil-miktub rikjesti fl-Artikolu 3(1) tal-LTTG, ta’ rekwiżit ifformulat b’mod trasparenti ħafna fl-avviż ta’ kompetizzjoni kkunsidrat u intiż li qabel kollox jenfasizza l-importanza tal-osservanza ta’ regola imperattiva għal protezzjoni minima espressament awtorizzata fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>B’hekk, bl-istess mod kif dan l-aħħar artikolu ma jipprekludix li jkun rikjest impenn bil-miktub għall-osservanza tal-imsemmija regola, jippermetti tali esklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>L-importanza tal-osservanza ta’ din ir-regola imperattiva ta’ protezzjoni minima tirriżulta barra minn hekk mill-premessa 34 tad-Direttiva 2004/18 sa fejn din tal-aħħar tistabbilixxi li, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi imposti mid-dritt nazzjonali f’dan il-qasam, b’mod partikolari, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jikklassifikaw tali nuqqas ta’ osservanza bħala nuqqas gravi jew bħala offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali tal-operatur ekonomiku li jista’ jwassal għall-esklużjoni ta’ dan l-operatur ekonomiku mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-limitazzjoni li tirrappreżenta, għall-offerenti u s-subappaltaturi tagħhom, l-obbligu li jiġi inkluż impenn li tiġi osservata paga minima, kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tal-LTTG, hija negliġibbli, speċjalment peress li dawn jistgħu jkunu limitati sabiex jimlew formoli stabbiliti minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>In-natura xierqa u proporzjonata tal-esklużjoni ta’ operatur milli jipparteċipa fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku bħall-esklużjoni prevista fl-Artikolu 3(1) tal-LTTG, tirriżulta wkoll mill-fatt li din id-dispożizzjoni tipprovdi espressament li l-imsemmija esklużjoni ma tapplikax jekk, wara li jkun intalab jikkompleta l-offerta tiegħu u jiżdied miegħu l-imsemmi impenn, l-operatur konċernat jirrifjuta, bħal fil-kawża prinċipali, li jikkonforma ruħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjoni kollha preċedenti jirriżulta li għandha tingħata risposta għat-tieni domanda li l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku ta’ offerenti u tas-subappaltaturi tagħhom li jirrifjutaw li jintrabtu, b’dikjarazzjoni li tiġi mehmuża mal-offerta tagħhom, li jħallsu lill-persunal inkarigat li jeżegwixxi s-servizzi fil-mira ta’ kuntratt pubbliku meqjus paga minima stabbilita minn din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], kif emendat bir-Regolament (UE) tal-Kummissjoni Nru 1251/2011, tat-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-offerenti u lis-subappaltaturi tagħhom li jintrabtu, b’dikjarazzjoni bil-miktub li għandha tinhemeż mal-offerta tagħhom, li jħallsu lill-persunal inkarigat bl-eżekuzzjoni tas-servizzi li huma fil-mira tal-kuntratt pubbliku meqjus paga minima stabbilita minn din il-leġiżlazzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, kif emendata bir-Regolament Nru 1251/2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku ta’ offerenti u tas-subappaltaturi tagħhom li jirrifjutaw li jintrabtu, b’dikjarazzjoni li tiġi mehmuża mal-offerta tagħhom, li jħallsu lill-persunal inkarigat li jeżegwixxi s-servizzi fil-mira ta’ kuntratt pubbliku meqjus paga minima stabbilita minn din il-leġiżlazzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>