|
19.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 387/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1730
tat-18 ta’ Novembru 2020
li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2017/1954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda għar-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz ta' ittra lill-Kummissjoni Ewropea li ġġib id-data tad-29 ta' Lulju 2020, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li taċċetta, u li tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2017/1954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
|
(2) |
Ma hemm l-ebda kundizzjoni speċifika marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda f’dak ir-Regolament u ma hemmx bżonn ta’ miżuri tranżitorji. |
|
(3) |
Formati armonizzati u standards ta’ sigurtà komuni għall-permessi ta’ residenza fl-Unjoni Ewropea jiffaċilitaw il-qsim tal-fruntiera u għalhekk jikkontribwixxu għal tħaddim tajjeb ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. |
|
(4) |
Jeħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2017/1954 għalhekk tiġi kkonfermata. |
|
(5) |
Sabiex l-Irlanda tkun tista' tapplika r-Regolament (UE) 2017/1954 kemm jista' jkun malajr, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2017/1954 hija kkonfermata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) Ir-Regolament (UE) 2017/1954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ĠU L 286, 1.11.2017, p. 9).