31992D0535



Official Journal L 343 , 25/11/1992 P. 0001 - 0001


Id-Deċiżjoni tal Kunsill

tas-26 ta' Ottubru 1992

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Albanija dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika

(92/535/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Billi l-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Albanija dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika hija meħtieġa biex tikseb l-oġġettivi tal-Komunità fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Albanija dwar kummerċ u koperazzjoni kummerċjali u ekonomika qiegħed b'dan jiġi approvat għan-nom tal-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifikazzjoni provduta fl-Artikolu 21 tal-Ftehim [2].

Artikolu 3

Il-Kummissjoni megħjuna mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Komunità fuq il-Kumitat Konġunt imwaqqaf taħt l-Atikolu 18 tal-Ftehim.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-26 ta' Ottubru 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Gummer

[1] ĠU C 284, tat-2.11.1992.

[2] Ara paġna 10 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------