|
30.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-25 ta’ Marzu 2022
li temenda r-Rakkomandazzjoni BĊE/2017/10 dwar speċifikazzjonijiet komuni għall-mod kif għandhom jiġu eżerċitati ċerti opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni Ewropea minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti
(BĊE/2022/13)
(2022/C 142/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 6(1) u (5)(c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-4 ta’ April 2017, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta r-Rakkomandazzjoni BĊE/2017/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) (minn hawn ’il quddiem “ir-Rakkomandazzjoni O&D”), li fiha stabbilixxa speċifikazzjonijiet komuni għall-eżerċizzju ta’ ċerti opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fid-dritt tal-Unjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK) fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti. Il-leġiżlazzjoni introdotta mill-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni O&D emendat jew ħassret xi wħud mill-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet previsti fil-liġi tal-Unjoni li kienu inklużi fir-Rakkomandazzjoni O&D, u l-Gwida tal-BĊE dwar l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni ta’ Novembru 2016 (minn hawn ’il quddiem il-“Gwida BĊE”) ġiet aġġornata wkoll. Għalhekk, ċerti emendi konsegwenzjali għar-Rakkomandazzjoni O&D huma meħtieġa. |
|
(2) |
Fir-rigward tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet relatati mas-superviżjoni konsolidata u tneħħijiet ta’ rekwiżiti prudenzjali, f’konformità mas-speċifikazzjonijiet li hemm fil-Kapitolu 1 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE, l-ANK għandhom jiġu mħeġġa jadottaw approċċ prudenti meta jagħmlu dawk it-tneħħijiet fuq bażi individwali. Ir-regoli dwar l-identifikazzjoni tas-superviżur konsolidanti u l-metodi u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni u s-subkonsolidazzjoni għandhom jiġu applikati wkoll b’mod konsistenti mal-Gwida BĊE. |
|
(3) |
Fir-rigward ta’ tneħħijiet ta’ likwidità fil-livell transkonfinali, il-BĊE jirrakkomanda approċċ speċifiku għall-istituzzjonijiet inqas sinifikanti peress li mhux l-ispeċifikazzjonijiet kollha għall-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet inklużi fil-Gwida BĊE huma rilevanti għal dawn l-istituzzjonijiet. |
|
(4) |
Il-BĊE jirrakkomanda approċċ konsistenti u prudenti fir-rigward tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet relatati mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet li jinsabu fil-Kapitolu 2 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE. Sabiex jiġu riflessi l-ispeċifiċitajiet ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti fir-rigward tar-rekwiżit tal-marġni tal-kapital eċċessiv għat-tnaqqis tal-fondi proprji, huma meħtieġa ċerti aġġustamenti ta’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet. |
|
(5) |
Il-BĊE jirrakkomanda approċċ konsistenti u prudenti fir-rigward ta’ opzjonijiet u diskrezzjonijiet relatati mar-rekwiżiti ta’ likwidità, li għandhom isegwu l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 6 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE, billi dawn l-opzjonijiet u diskrezzjonijiet għandhom impatt fuq il-kalkolu tar-rekwiżiti tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità, pereżempju billi jiġi speċifikat t-trattament ta’ flussi ta’ dħul u ħruġ speċifiċi. |
|
(6) |
Fir-rigward tal-flussi ta’ ħruġ minn prodotti relatati mal-finanzjament kummerċjali li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ġew miżjuda speċifikazzjonijiet mal-Gwida BĊE biex titqies il-politika l-ġdida tal-BĊE li tippermetti flessibbiltà addizzjonali fid-determinazzjoni tar-rati tal-flussi ta’ ħruġ. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni tar-rati tal-flussi ta’ ħruġ għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ ta’ finanzjament kummerċjali fost istituzzjonijiet sinifikanti u inqas sinifikanti, l-ANK għandhom isegwu l-ispeċifikazzjonijiet inklużi fil-Gwida BĊE. |
|
(7) |
Fir-rigward tar-rati tal-flussi ta’ ħruġ li għandhom jiġu applikati għal depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur, ċerti fatturi impedixxew l-applikazzjoni prattika tad-diskrezzjoni msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/445 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/4) (3) li permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lill-istituzzjonijiet biex japplikaw rata ta’ fluss ta’ ħruġ ta’ 3 % għal depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur koperti minn skema ta’ garanzija tad-depożiti (DGS), soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 24(4) u (5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (4). Hemm bżonn ta’ aktar evidenza u analiżi sabiex jintwera li r-rati ta’ run-off għal depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur koperti minn DGS kif imsemmi fl-Artikolu 24(5) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61 ikunu inqas minn 3 % matul kwalunkwe perjodu ta’ stress esperjenzat b’mod konsistenti max-xenarji msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61. Fin-nuqqas ta’ tali evidenza u analiżi, l-ispeċifikazzjoni ġenerali ta’ rata ta’ fluss ta’ ħruġ ta’ 3 % tneħħiet mil-Linja Gwida BĊE/2017/9 tal-Bank Ċentrali Ewropew (5) dwar l-eżerċizzju ta’ opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fid-dritt tal-Unjoni minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti. Il-pożizzjoni tal-BĊE fir-rigward ta’ din l-opzjoni ġiet stabbilita fit-Taqsima III tal-Gwida BĊE. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-eżerċizzju tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet fir-rigward ta’ istituzzjonijiet sinifikanti u inqas sinifikanti, l-ANK għandhom jadottaw l-istess pożizzjoni. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet relatati mal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-BĊE jirrakkomanda approċċ konsistenti u prudenti, komuni mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 3 tat-Taqsima I tal-Gwida BĊE u l-Kapitolu 7 tat-Taqsima II tagħha. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet relatati ma’ impriżi prinċipali intermedjarji u l-possibbiltà għall-awtoritajiet kompetenti li jippermettu żewġ istituzzjonijiet jew aktar fl-Unjoni li huma parti mill-istess grupp ta’ pajjiż terz li jkollhom żewġ impriżi prinċipali intermedjarji tal-UE skont l-Artikolu 21b(2) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u r-rilevanza ta’ tali possibbiltà fil-każ ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti, il-BĊE jirrakkomanda li l-ANK jadottaw approċċ konsistenti ma’ dak stabbilit fil-Kapitolu 9 tat-Taqsima II tal-Gwida tal-BĊE, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali. |
|
(10) |
Fir-rigward tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet relatati mar-rekwiżiti ta’ rapportar għall-istituzzjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-assi u ta’ partiti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u fir-rigward tar-rinunzji tar-rapportar, il-BĊE jirrakkomanda li l-ANK isegwu l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 8 tat-Taqsima II tal-Gwida BĊE, sabiex jiżguraw kemm applikazzjoni konsistenti tal-istandards ta’ politika fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku kif ukoll kundizzjonijiet ugwali. |
|
(11) |
Fir-rigward tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet relatati mal-governanza, ir-Rakkomandazzjoni O&D għandha tiġi emendata biex tirrifletti l-bidliet leġiżlattivi li jikkonċernaw it-trattament superviżorju ta’ kumpaniji azzjonarji finanzjarji (imħallta). |
|
(12) |
Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2017/10 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
L-EWWEL PARTI
Emendi
Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2017/10 hija emendata kif ġej:
|
1. |
Fl-Ewwel Parti, il-paragrafu 2 fit-Taqsima I huwa ssostitwit b’dan li ġej:
(*1) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/61 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1)." (*2) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).”;" |
|
2. |
fit-Tieni Parti, tiddaħħal it-Taqsima IIa li ġejja: “IIa. Rekwiżiti ta’ fondi proprji
|
TIENI PARTI
Destinatarji
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-ANK tal-Istati Membri partecipanti.
L-ANK huma rakkomandati li japplikaw din ir-Rakkomandazzjoni mid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Marzu 2022.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p.63.
(2) Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2017 dwar speċifikazzjonijiet komuni għall-mod kif għandhom jiġu eżerċitati ċerti opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni Ewropea mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti (BĊE/2017/10) (ĠU L 120, 13.4.2017, p. 2).
(3) Regolament (UE) 2016/445 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2016 dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni (BĊE/2016/4) (ĠU L 78, 24.3.2016, p. 60).
(4) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/61 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).
(5) Linja Gwida (UE) 2017/697 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2017 dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni Ewropea minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti (BĊE/2017/9) (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 156).
(6) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
ANNESS
L-Anness għar-Rakkomandazzjoni BĊE/2017/10 huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS
|
Bażi legali tal-opzjoni u/jew diskrezzjoni |
Approċċ irrakkomandat: konsistenza mal-politika fuq l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet għal istituzzjonijiet sinifikanti |
|
Superviżjoni konsolidata u tneħħijiet ta’ rekwiżiti prudenzjali |
|
|
Artikolu 7(1) sa (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tneħħijiet kapitali |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tneħħijiet ta’ likwidità |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: metodu ta’ konsolidazzjoni individwali |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tneħħijiet għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali. |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 6 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: metodi għall-konsolidazzjoni fil-każ ta’ impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE |
Taqsima III, Kapitolu 1 paragrafu 1 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: metodi għall-konsolidazzjoni fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet jew rabtiet kapitali għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) u (4) |
Taqsima III, Kapitolu 1 paragrafu 2 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: konsolidazzjoni fil-każijiet ta’ influwenza sinifikanti u ġestjoni komuni |
Taqsima III, Kapitolu 1 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 18(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: konsolidazzjoni |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 8 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: konsolidazzjoni |
Taqsima III, Kapitolu 1 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: esklużjoni tal-konsolidazzjoni |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 9 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: valutazzjoni tal-assi u partiti mhux fil-karta tal-bilanċ - użu ta’ Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju għal finijiet prudenzjali |
Taqsima II, Kapitolu 1 paragrafu 10 tal-Gwida BĊE |
|
Fondi proprji |
|
|
Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: klassifikazzjoni bħala strumenti CET1 ta’ ħruġ sussegwenti |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis fl-investimenti tal-assigurazzjoni |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis fl-investimenti tal-entitajiet tas-settur finanzjarju |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 6 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 54(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: kalkolu tal-iskattatur għal strumenti tal-Grad 1 addizzjonali maħruġa minn impriżi sussidjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 7 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis tal-fondi proprji – mutwali, tifdil u kooperattivi |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 10 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 78(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis ta’ strumenti addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2 |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 11 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 79(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis ta’ strumenti addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2 |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 12 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 83(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tneħħija għal strumenti addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2 maħruġa minn entità bi skop speċjali |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 13 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 84(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: interessi minoritarji inklużi fil-kapital ikkonsolidat tal Ekwità Komuni tal-Grad 1 |
Taqsima II, Kapitolu 2 paragrafu 14 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 142(1) tad-Direttiva 2013/36/UE: nuqqas li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata jew ir-rekwiżit ta’ riżerva għall-proporzjon ta’ lieva finanzjarja |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 12 tal-Gwida BĊE |
|
Rekwiżiti ta’ kapital |
|
|
Artikolu 113(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: kalkolu ta’ ammonti ta’ skopertura ta’ riskju peżat – skoperturi intragrupp |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 162(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: maturità tal-iskoperturi |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 225(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: stima proprja tal-aġġustamenti tal-volatilità |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 6 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 244(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 245(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: trasferiment tar-riskju sinifikanti |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 9 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 283(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: implimentazzjoni tal-metodu tal-mudell intern |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 8 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 284(4) u (9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: kalkolu tal-valur ta’ skopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 9 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 366(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: kalkolu tan-numru tal-valur fis-riskju |
Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 13 tal-Gwida BĊE |
|
Skemi ta’ protezzjoni istituzzjonali |
|
|
Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tneħħijiet ta’ likwidità għal membri ta’ skemi ta’ protezzjoni istituzzjonali |
Taqsima II, Kapitolu 4 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
|
Skoperturi kbar |
|
|
Artikolu 396(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: konformità ma rekwiżiti ta’ skoperturi kbar |
Taqsima II, Kapitolu 5 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 400(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: konformità ma’ rekwiżiti ta’ skoperturi kbar |
Taqsima II, Kapitolu 5 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE |
|
Likwidità |
|
|
Artikolu 414 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: konformità ma’ rekwiżiti ta’ likwidità |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 422(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61: flussi ta’ ħruġ ta’ likwidità intragrupp |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 10 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 425(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 34 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61: flussi ta’ dħul ta’ likwidità intragrupp |
Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 14 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 8(1) tar-Regolament ta’ Delega (EU) 2015/61: diversifikazzjoni ta’ investimenti ta’ assi liquidi |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 8(3)(c) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61: ġestjoni ta’ assi likwidi |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 6 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 8(6) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61: diskrepanzi fil-muniti |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 17(4)(c) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61: rinunzja tal-mekkaniżmu ta’ riversjar |
Taqsima I, Kapitolu 3, paragrafu 1 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 23(2) of Regolament ta’ Delega (EU) 2015/61: flussi ta’ ħruġ minn prodotti u servizzi oħra |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 7 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 24(4) u (5) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 2015/61: flussi ta’ ħruġ minn depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur |
Taqsima III, Kapitolu 3 paragrafu 1 tal-Gwida BĊE |
|
L-Artikolu 24(6) tar-Regolament ta’ Delega (EU) 2015/61: multiplikatur għal depożiti fil-livell tal-konsumatur koperti minn skema ta’ garanzija tad-depożiti |
Taqsima III, Kapitolu 3 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 25(3) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61:rati ogħla ta’ flussi ta’ ħruġ |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 8 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 26 tar-Regolament ta’ Delega (EU) 2015/61: flussi ta’ ħruġ ma’ flussi ta’ dħul interdipendenti |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 9 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61: trattament preferenzjali fi ħdan grupp jew skema ta’ protezzjoni istituzzjonali (IPS) |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 10 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 30(2) of Regolament ta’ Delega (EU) 2015/61: flussi ta’ ħruġ kollaterali addizzjonali minn attivaturi ta’ downgrade |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 11 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 33(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61: limitu fuq flussi ta’ dħul |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 12 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 33(3) sa (5) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61: istituzzjonijiet ta’ kreditu speċjalizzati |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 13 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 34 tar-Regolament ta’ Deega (UE) 2015/61: flussi ta’ dħul fi grupp jew skema ta’ protezzjoni istituzzjonali |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 14 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 428b(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: rekwiżit ta’ finanzjament stabbli nett (NSFR) — restrizzjoni ta’ diskrepanzi fil-muniti |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 15 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 428f(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: NSFR — assi u obbligazzjonijiet interdipendenti |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 16 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 428h tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: NSFR — Trattament preferenzjali fi ħdan grupp jew IPS |
Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 17 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 428p(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: NSFR — trattament ta’ operazzjonijiet mhux standard tal-bank ċentrali |
Taqsima I, Kapitolu 3, paragrafu 1 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 428ai tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: NSFR — applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ finanzjament stabbli nett simplifikat (sNSFR) |
Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 18 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 428aq(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 — NSFR — trattament ta’ operazzjonijiet mhux standard tal-bank ċentrali (sNSFR) |
Taqsima I, Kapitolu 3, paragrafu 1 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tneħħijiet ta’ likwidità |
Taqsima II, Kapitolu 4 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
|
Lieva finanzjarja |
|
|
Artikolu 429a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: trattament preferenzjali favur banek ta’ żvilupp pubbliku |
Taqsima II, Kapitolu 7 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 429a(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: esklużjoni ta’ riżervi tal-bank ċentrali mill-kalkolu tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja |
Taqsima I, Kapitolu 3, paragrafu 1 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 429b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: trattament preferenzjali għal arranġamenti ta’ aggregazzjoni nozzjonali ta’ flus kontanti |
Taqsima II, Kapitolu 7 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE |
|
Rekwiżiti ta’ rapportar |
|
|
Artikolu 430(11) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: rappurtar dwar rekwiżiti prudenzjali u informazzjoni finanzjarja |
Taqsima II, Kapitolu 8 paragrafu 1 tal-Gwida BĊE |
|
Rekwiżiti ġenerali għall-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
|
|
Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2013/36/UE: tneħħija għal istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali |
Taqsima II, Kapitolu 9 paragrafu 1 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 21b(2) tad-Direttiva 2013/36/UE: impriża prinċipali intermedjarja |
Taqsima II, Kapitolu 9 paragrafu 2 tal-Gwida BĊE |
|
Arranġamenti ta’ governanza u superviżjoni prudenzjali |
|
|
Artikolu 88(1)(e) tad-Direttiva 2013/36/UE: kombinazzjoni ta’ funzjonijiet ta’ president u CEO |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 91(6) tad-Direttiva 2013/36/EU: direttorat addizzjonali mhux eżekuttiv |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 108(1) tad-Direttiva 2013/36/EU: proċess ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 6 tal-Gwida BĊE |
|
Artikoli 117 u 118 tad-Direttiva 2013/36/UE: obbligazzjonijiet ta’ kooperazzjoni |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 9 tal-Gwida BĊE |
|
Artikolu 142 tad-Direttiva 2013/36/UE: pjanijiet ta’ konservazzjoni kapitali |
Taqsima II, Kapitolu 11 paragrafu 12 tal-Gwida BĊE |