Official Journal L 014 , 18/01/1990 P. 0018 - 0018
Id-Deċiżjoni tal- Kunsill tad− 29 ta' Settembru 1989 li tirrigwarda l-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, tal-Ftehim Kwadru għal kooperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u r- Repubblika ta' l-Islanda (90/23/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 130q tiegħu (2), Wara li kkunsidra l-proposta tal- Kummissjoni [1], b'kooperazzjoni mal- Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3], Billi, permezz tad-Deċiżjoni tiegħu 87/516/Euratom, KEE [4], kif emendata mid-Deċiżjoni 88/193/Euratom, KEE [5], il-Kunsill adotta programm kwadru għall-attivitajiet Komunitarji fil-qasam ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku (1987 sa 1991) kif provdut fl-Artikolu 130i tat-Trattat; Billi l-programm kwadru jkopri l-azzjonijiet Komunitarji kollha fil-qasam ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku; Billi, fl-implimentazzjoni tal- programm kwadru għall- attivitajiet Komunitarji fil-qasam ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku, huma meħtieġa dispożizzjonijiet li jirrigwardaw kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, b' mod konformi ma' l-Artikolu 130n tat-Trattat; Billi huwa meħtieġ li jiġu possibilment konklużi ftehim futuri speċifiċi mar-Repubblika ta' l-Islanda skond l-Artikolu 130n tat-Trattat li jitpoġġew fil-kuntest ġenerali u li għalhekk għandu jiġi approvat Ftehim Kwadru għall-koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika ta' l-Islanda. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il- Ftehim Kwadru li jirrigwarda kooperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u r- Repubblika ta' l- Islanda qiegħed bis-saħħa tal-presenti jiġi approvat f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea. It- test tal- Ftehim Kwadru huwa mehmuż ma' din id- Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal- Kunsill għandu jagħti n-notifika msemmija fl-Artikolu 12 tal-Ftehim f'isem il- Komunità Ekonomika Ewropea. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Settembru 1989. Għall-Kunsill Il-President C. Évin [1] ĠU C 273, tat-22.10.1988, p. 4. [2] ĠU C 120, tas-16.5.1989, p. 72 uĠU C 256, tad-9.10.1989, p. 51. [3] ĠU C 102, ta' l-24.4.1989, p. 15. [4] ĠU L 302, ta' l-24.10.1987, p. 1. [5] ĠU L 89, tas-6.4.1988, p. 35. --------------------------------------------------