|
6.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 342/316 |
P9_TA(2022)0021
Il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2022 dwar il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari (2022/2547(RSO))
(2022/C 342/29)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta' April 2019 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għall-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u għal assemblej parlamentari multilaterali (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta' Lulju 2019 dwar il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-5 ta' Ottubru 2021 dwar it-twaqqif ta' delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari ta' Sħubija UE-Renju Unit, u definizzjoni tal-kompożizzjoni numerika tagħha (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 223 u 224 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jiddeċiedi li jistabbilixxi kif ġej il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari li ġejjin:
|
|
2. |
Jiddeċiedi, b'referenza għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-11 ta' Lulju 2019 dwar il-kompożizzjoni tal-bureaux tad-delegazzjonijiet, li dawn tal-aħħar jista' jkollhom sa żewġ viċi presidenti; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni. |
(1) ĠU C 158, 30.4.2021, p. 536.
(2) ĠU C 165, 4.5.2021, p. 23.
(3) Testi adottati, P9_TA(2021)0398.