20.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 222/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Lulju 2008

dwar in-nuqqas ta’ l-inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3854)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/681/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

(2)

Għal għadd ta’ kombinazzjonijiet ta' sustanzi/tipi ta' prodotti inklużi f'dik il-lista, ġara li jew il-parteċipanti kollha waqfu mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm ta’ reviżjoni, jew l-Istat Membru nnominat bħala Referent għall-evalwazzjoni ma wasallu l-ebda dossier komplut fil-perjodu ta’ żmien speċifikat fl-Artikoli 9 u 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(3)

Għalhekk, u skond l-Artikoli 11(2), 12(1) u 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri b'dan. Fit-22 ta’ Ġunju 2007, l-informazzjoni ġiet ukoll ippubblikata elettronikament.

(4)

Fil-perjodu ta’ tliet xhur minn dik il-pubblikazzjoni, l-ebda persuna jew Stat Membru ma indika(t) interess biex jassumi/tassumi r-rwol ta’ parteċipant għas-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti kkonċernati.

(5)

Skond l-Artikolu 12(5) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti kkonċernati ma għandhomx għalhekk jiġu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2008/31/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 57).

(2)   ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

SUSTANZI U TIPI TA’ PRODOTTI LI MA GĦANDHOMX JIĠU INKLUŻI FL-ANNESSI I, IA JEW IB GĦAD-DIRETTIVA 98/8/KE

Isem

Numru KE

Numru CAS

Tip ta’ prodott

Formaldehyde

200-001-8

50-00-0

11

Formaldehyde

200-001-8

50-00-0

12

Formaldehyde

200-001-8

50-00-0

13

2-(2-butoxyethoxy)ethyl 6-propylpiperonyl ether / Piperonyl butoxide

200-076-7

51-03-6

19

1,3-dibromo-5,5-dimethylhydantoin

201-030-9

77-48-5

2

1,3-dibromo-5,5-dimethylhydantoin

201-030-9

77-48-5

11

1,3-dibromo-5,5-dimethylhydantoin

201-030-9

77-48-5

12

Naphthalene

202-049-5

91-20-3

19

m-Cresol

203-577-9

108-39-4

2

m-Cresol

203-577-9

108-39-4

3

Hexa-2,4-dienoic acid / Sorbic acid

203-768-7

110-44-1

8

Benzyl benzoate

204-402-9

120-51-4

18

Benzothiazole-2-thiol

205-736-8

149-30-4

2

Benzothiazole-2-thiol

205-736-8

149-30-4

7

Benzothiazole-2-thiol

205-736-8

149-30-4

9

Benzothiazole-2-thiol

205-736-8

149-30-4

11

Benzothiazole-2-thiol

205-736-8

149-30-4

12

Benzothiazole-2-thiol

205-736-8

149-30-4

13

2-hydroxy-4-isopropyl-2,4,6-cycloheptatrien-1-one

207-880-7

499-44-5

10

Sodium bromide

231-599-9

7647-15-6

4

Sodium bromide

231-599-9

7647-15-6

6

Sodium bromide

231-599-9

7647-15-6

13

Aċidu boriku

233-139-2

10043-35-3

18

Ammonium bromide

235-183-8

12124-97-9

2

Ammonium bromide

235-183-8

12124-97-9

4

Ammonium bromide

235-183-8

12124-97-9

6

Cis-tricos-9-ene

248-505-7

27519-02-4

18

3-phenoxybenzyl-2-(4-ethoxyphenyl)-2-methylpropylether / Etofenprox

407-980-2

80844-07-1

2

3-phenoxybenzyl-2-(4-ethoxyphenyl)-2-methylpropylether / Etofenprox

407-980-2

80844-07-1

3

(RS)-3-Allyl-2-methyl-4-oxocyclopent-2-enyl-(1R,3R)-2,2-dimethyl-3-(2-methylprop-1-enyl)-cyclopropanecarboxylate (taħlita ta’ 2 iżomeri: 1R trans: 1RS biss 1:1) / Bioallethrin / d-trans-Allethrin

Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

—

18

Spinosad: prodott tal-fermentazzjoni ta’ mikroorganiżmi tal-ħamrija li fih Spinosyn A u Spinosyn D

Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

—

3