16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 506/2009

tal-15 ta’ Ġunju 2009

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Olej rydzowy (STG)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1),u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament imsemmi, it-talba tal-Polonja biex id-denominazzjoni “Olej rydzowy” tkun irreġistrata ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

(3)

Ma ntalbitx il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)   ĠU C 244, 25.9.2008, p. 27.


ANNESS

Prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE maħsuba għall-ikel uman:

Klassi 1.5.   Żjut u sustanzi xaħmija (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

Olej rydzowy (STG)