European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/2937

27.5.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Mejju 2026

li taħtar membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika

(C/2026/2937)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tad-19 ta’ Diċembru 2019 (2), il-Kunsill ħatar lis-Sur Priit POTISEPP bħala membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (il-“Bord”) għal mandat ta’ tliet snin.

(2)

Bid-Deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2023 (3), il-Kunsill ġedded il-mandat tas-Sur Priit POTISEPP. Dak it-tieni mandat intemm fit-22 ta' Diċembru 2025, u ma jistax jiġġedded aktar.

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatar membru ġdid tal-Bord bħala kwistjoni ta' urġenza.

(4)

L-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE jistipula li l-membri tal-Bord għandhom jintgħażlu minn fost esperti li għandhom kompetenza eċċellenti fil-qasam tal-istatistika,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Joakim STYMNE huwa b'dan maħtur bħala membru li jirrappreżenta lill-Kunsill fil-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika għal mandat ta' tliet snin.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DAMIANOS


(1)   ĠU L 73, 15.3.2008, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/235/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2019 li taħtar membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ĠU C 428, 20.12.2019, p. 5).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-14 ta’ Frar 2023 li taħtar membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ĠU C 57, 16.2.2023, p. 2).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2937/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)