|
15.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/33 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Awwissu 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2011/207/UE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran
(notifikata bid-dokument C(2013) 5224)
(2013/432/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli ta’ Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-2006, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) adottat pjan pluriennali ta’ rkupru għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. L-ICCAT emendat il-pjan pluriennali ta’ rkupru matul il-Laqgħa Annwali tal-2008. Il-pjan emendat kien traspost fil-liġi tal-Unjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (2). Dan il-pjan kien emendat aktar u approvat fil-Laqgħa Annwali tal-ICCAT tal-2010 permezz tar-Rakkomandazzjoni 10-04 u trasposta fil-liġi tal-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 500/2012 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 dwar pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u tal-Mediterran (3). |
|
(2) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni b’suċċess tal-pjan ta’ rkupru emendat, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/296/KE (4) li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni li jkopri perjodu ta’ sentejn, mill-15 ta’ Marzu 2009 sal-15 ta’ Marzu 2011. |
|
(3) |
Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni relatat mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran, kif stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/207/UE (5), kien adottat bil-ħsieb li tkun żgurata l-kontinwità tal-programm stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/296/KE u li jiġu implimentati b’mod immedjat ċerti dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT. Id-Deċiżjoni 2011/207/UE tkopri l-perjodu mill-15 ta’ Marzu 2011 sal-15 ta’ Marzu 2014. |
|
(4) |
Fid-dawl tad-diskussjonijiet fl-ICCAT fil-Laqgħa Annwali tal-2011 u bil-ħsieb li jiġu implimentati bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa mill-ICCAT, kien xieraq li, fl-assenza tat-traspożizzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti fil-Liġi tal-UE, li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2011/207/UE biex jiġu implimentati r-rekwiżiti dwar it-teħid ta’ kampjuni u l-operazzjonijiet pilota stipulati fil-paragrafu 87 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT li tistabbilixxi pjan pluriennali ta’ rkupru għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran. Għalhekk, ġiet ippubblikata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/246/UE tat-2 ta’ Mejju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/207/UE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (6). |
|
(5) |
Fil-Laqgħa Annwali tagħha fl-2012, l-ICCAT adottat ir-Rakkomandazzjoni 12-03 li temenda l-pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn. Bil-ħsieb li tkun żgurata l-kontinwità tal-programm stabbilit bid-Deċiżjoni 2011/207/UE u jkun hemm l-implimentazzjoni immedjata ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 12-03 tal-ICCAT huwa xieraq li jiġu aġġornati u kkorreġuti ċerti referenzi li ma għadhomx jgħoddu jew li mhumiex korretti li kienu jeżistu fid-Deċiżjoni 2011/207/UE. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 2011/207/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/207/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm ta’ kontroll u spezzjoni speċifiku sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan pluriennali ta’ rkupru għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran adottat mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT) fl-2006 kif traspost bir-Regolament (KE) Nru 302/2009 li ġie traspost fil-liġi tal-Unjoni bir-Regolament (UE) Nru 500/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u kif emendat l-aħħar bir-Rakkomandazzjoni 12-03 tal-ICCAT tal-10 ta’ Diċembru 2012. |
|
(2) |
Fl-Artikolu 3, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 7, il-punti 1 u 2 jinbidlu b’dawn li ġejjin:
|
|
(5) |
Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. L-Istat Membru li jkun beħsiebu jwettaq sorveljanza u jispezzjona bastimenti tas-sajd fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru ieħor fil-qafas ta’ Pjan ta’ Użu Konġunt, għandu jinnotifika l-intenzjonijiet tiegħu lill-punt ta’ kuntatt tal-Istat Membru kostali kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 80, il-paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u lill-EFCA.” |
|
(6) |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi nazzjonali ta’ azzjoni ta’ kontroll, kif imsemmi fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, adottati mill-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, Malta u l-Portugall, u mill-1 ta’ Lulju 2013 mill-programm nazzjonali ta’ azzjoni ta’ kontroll kif adottat mill-Kroazja.” |
|
(7) |
L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
L-Annessi I, II, III u IV jinbidlu bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Maria DAMANAKI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
“ANNESS I
PUNTI TA’ RIFERIMENT
Il-punti ta’ riferiment stabbiliti f’dan l-Anness għandhom jiġu implimentati sabiex b’mod partikolari jkun żgurat:
|
(a) |
il-monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ li jsir fl-ilmijiet tal-UE; |
|
(b) |
il-monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonijiet tat-trasferiment; |
|
(c) |
il-monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonijiet konġunti tas-sajd; |
|
(d) |
il-kontroll tad-dokumenti kollha meħtieġa mil-leġiżlazzjoni applikabbli għat-tonn, b’mod partikolari li tkun ivverifikata l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata. |
|
Post tal-ispezzjoni |
Punt ta’ riferiment |
|
Attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ (inkluż il-ħsad) |
Kull operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ ġewwa razzett għandha tkun awtorizzata mill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid fi żmien 48 siegħa wara l-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ; Il-PPK li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jkun jinsab ir-razzett tal-BFT (it-tonn) għandu jieħu l-passi meħtieġa biex ma jippermettix it-tqegħid fil-gaġeġ għall-akkwakultura jew it-tismin tal-BFT (it-tonn) li ma jkunx akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa mill-ICCAT kif ikkonfermat u vvalidat mill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid jew nassa (*1) (kif previst fil-punt 86 tar-Rakkomandazzjoni 12-03 tal-ICCAT); L-operazzjonijiet kollha tat-tqegħid fil-gaġeġ u tal-ħsad għandhom jiġu spezzjonati, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-razzett skont l-obbligi ta’ kontroll rilevanti stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 06-07 u 12-03 tal-ICCAT; Il-ħut għandu jitqiegħed fil-gaġeġ qabel il-15 ta’ Awwissu sakemm ma jkunx hemm raġuni valida skont ir-Rakkomandazzjoni 12-03 (kif previst fil-paragrafu 85). |
|
L-ispezzjoni fuq il-baħar |
Punt ta’ riferiment, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd f’kull żona; Punti ta’ riferiment fuq il-baħar għandhom jirreferu għall-għadd ta’ jiem ta’ għassa fuq il-baħar fiż-żona speċifika għall-irkupru tat-tonn u għandhom jirreferu wkoll għall-għadd ta’ jiem ta’ għassa b’indikazzjoni tal-istaġun tas-sajd u t-tip ta’ attività tas-sajd fil-mira. |
|
Operazzjoni ta’ trasferiment |
Kwalunkwe operazzjoni ta’ trasferiment għandha tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-Istati Membri tal-bandiera abbażi ta’ notifika minn qabel ta’ trasferiment (kif previst fil-punt 77 tar-Rakkomandazzjoni 12-03 tal-ICCAT); Kull operazzjoni ta’ trasferiment għandha tkun assenjata numru ta’ awtorizzazzjoni (kif previst fil-punt 78 tar-Rakkomandazzjoni 12-03 tal-ICCAT); Trasferiment għandu jkun awtorizzat fi żmien 48 siegħa wara l-preżentazzjoni tan-notifika minn qabel ta’ trasferiment (kif previst fil-punt 78 tar-Rakkomandazzjoni 12-03 tal-ICCAT); Għandha tintbagħat dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT lill-Istat Membru tal-bandiera fit-tmiem tal-operazzjoni tat-trasferiment (kif previst fil-punt 79 tar-Rakkomandazzjoni 12-03 tal-ICCAT); L-operazzjonijiet kollha ta’ trasferiment għandhom jiġu mmonitorjati fuq vidjo kamera fl-ilma (kif previst fil-punt 81 u l-Anness 9 tar-Rakkomandazzjoni 12-03 tal-ICCAT). |
|
It-trasbordi |
Il-bastimenti kollha kkonċernati għandhom ikunu spezzjonati mal-wasla qabel jibdew l-operazzjonijiet ta’ trasbord, kif ukoll qabel it-tluq wara l-operazzjonijiet ta’ trasbord. Għandhom isiru verifiki aleatorji f’portijiet mhux magħżula; Għandha tintbagħat dikjarazzjoni ta’ trasbord lill-Istati tal-Bandiera mhux aktar tard minn 48 siegħa wara d-data tat-trasbord fil-port (kif previst fil-punt 66 tar-Rakkomandazzjoni 12-03 tal-ICCAT). |
|
L-operazzjonijiet konġunti tas-sajd |
L-operazzjonjiet konġunti kollha tas-sajd għandhom ikunu ġew awtorizzati minn qabel mill-Istati tal-bandiera; L-Istati Membri għandhom imbagħad jistabbilixxu u jżommu reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet konġunti kollha tas-sajd awtorizzati minnhom. |
|
Is-sorveljanza mill-ajru |
Punt ta’ riferiment flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd imwettqa f’kull żona, filwaqt li jitqiesu r-riżorsi disponibbli għall-użu mill-Istati Membri. |
|
L-iżbark |
Il-bastimenti kollha li jidħlu f’port magħżul bl-għan li jiżbarkaw it-tonn għandhom jiġu kkontrollati u għandha tiġi spezzjonata perċentwali abbażi ta’ sistema tal-valutazzjoni tar-riskju, li tinvolvi l-kwota, id-daqs tal-flotta u l-isforz tas-sajd; Għandhom isiru verifiki aleatorji f’portijiet mhux magħżula; L-awtorità rilevanti għandha tibgħat reġistrazzjoni tal-attivitajiet tal-iżbark lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, fi żmien 48 siegħa wara li jkun intemm l-iżbark (kif previst fil-punt 70 tar-Rakkomandazzjoni 12-03 tal-ICCAT). |
|
Il-kummerċjalizzazzjoni |
Punt ta’ riferiment flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività ta’ kummerċjalizzazzjoni li twettqet. |
|
Is-sajd sportiv u rikreattiv |
Punt ta’ riferiment flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attivitajiet tas-sajd sportiv u rikreattiv li twettqu. |
|
In-nases |
100 % tat-tqegħid fil-gaġeġ u tat-trasferimenti għandhom jiġu spezzjonati. |
“ANNESS II
PROĊEDURI LI GĦANDHOM IKUNU SEGWITI MILL-UFFIĊJALI
1. Kompiti ta’ spezzjoni
1.1. Kompiti ġenerali ta’ spezzjoni
Għandu jitħejja rapport ta’ spezzjoni għal kull kontroll u spezzjoni, fil-format xieraq kif stabbilit fil-punt 2 ta’ dan l-Anness. L-uffiċjali għandhom, fi kwalunkwe każ, jivverifikaw u jniżżlu l-informazzjoni li ġejja fir-rapport tagħhom:
|
(1) |
id-dettalji tal-identità tal-persuni responsabbli, kif ukoll dawk tal-bastiment, ir-razzett, in-nassa, il-persunal, eċċ. involuti fl-attivitajiet spezzjonati; |
|
(2) |
l-awtorizzazzjonijiet, il-liċenzji u l-awtorizzazzjoni tas-sajd; |
|
(3) |
id-dokumentazzjoni rilevanti dwar il-bastimenti, bħall-ġurnali ta’ abbord, id-dikjarazzjonijiet ta’ trasferiment u ta’ trasbord, id-dokumenti dwar il-qbid tat-tonn tal-ICCAT, iċ-ċertifikati tar-riesportazzjoni u dokumentazzjoni oħra eżaminati għall-finijiet ta’ kontroll u spezzjoni kif previst fir-Rakkomandazzjoni 12-03 tal-ICCAT; |
|
(4) |
osservazzjoni dettaljata tad-daqsijiet ta’ tonn maqbud, magħluq f’nases, ittrasferit, ittrasbordat, li ġie żbarkat, ittrasportat, imrobbi, ipproċessat jew ikkummerċjalizzat fil-kuntest tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-pjan ta’ rkupru; |
|
(5) |
il-perċentwali tal-qabdiet inċidentali tat-tonn li jinżammu abbord il-bastimenti li ma jkunux qegħdin jistadu b’mod attiv għat-tonn. |
L-informazzjoni dwar is-sejbiet rilevanti kollha mill-ispezzjoni fuq il-baħar, mis-sorveljanza mill-ajru, f’portijiet, nases, irziezet jew fi kwalunkwe impriża oħra kkonċernata għandha titniżżel fir-rapporti tal-ispezzjoni. Fil-każ ta’ spezzjoni fil-qafas tal-Iskema għal Spezzjoni Internazzjonali Konġunta tal-ICCAT, il-parti li tkun qed twettaq l-ispezzjoni għandha tirreġistra l-ispezzjonijiet imwettqa u kwalunkwe ksur li tinduna bih fuq il-ġurnal ta’ abbord tal-bastiment.
Dawk is-sejbiet għandhom jitqabblu mal-informazzjoni li titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali minn awtoritajiet kompetenti oħra, inkluża informazzjoni mis-Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastiment (VMS), il-listi tal-bastimenti awtorizzati, ir-rapporti tal-osservaturi, ir-reġistrazzjonijiet bil-vidjo u d-dokumenti kollha relatati mal-attivitajiet tas-sajd.
1.2. Kompiti ta’ spezzjoni għas-sorveljanza mill-ajru
L-uffiċjali għandhom jirrappurtaw dwar id-dejta tas-sorveljanza għal finijiet ta’ kontroverifika, u b’mod partikolari għandhom jivverifikaw osservazzjonijiet ta’ bastimenti tas-sajd mal-VMS u l-listi tal-bastimenti awtorizzati.
L-uffiċjali għandhom ifittxu u jirrappurtaw dwar l-attivitajiet ta’ sajd Illegali, mhux Rapportati u mhux Regolati (IUU – ‘Illegal, Unreported and Unregulated’) u dwar l-użu ta’ inġenji tal-ajru jew ħelikopters tat-tiftix.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari għal żoni magħluqa, għall-perjodi tal-istaġuni tas-sajd kif iddefiniti fil-punti 21 sa 26 tar-Rakkomandazzjoni 12-03 tal-ICCAT, u għall-attivitajiet tal-flotot li għalihom japplikaw xi derogi.
1.3. Kompiti ta’ spezzjoni fuq il-baħar
1.3.1.
Meta jkun hemm ħut mejjet abbord bastiment tal-qbid jew preżenti fuq xi bastiment ieħor, l-uffiċjali għandhom dejjem jivverifikaw jekk il-ħut hux qed jinżamm abbord legalment. L-uffiċjali għandhom jivverifikaw il-kwantitajiet ta’ kull speċi ta’ ħut miżmuma abbord sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-ICCAT dwar il-qbid inċidentali u d-daqs minimu.
Fejn ikun qed jiġi ttrasferit ħut ħaj, l-uffiċjali għandhom jaraw li jidentifikaw il-mezzi użati mill-partijiet involuti biex jistmaw il-kwantitajiet, espressi f’numri (1) ta’ tonn ħaj ittrasferit. Fejn tkun disponibbli reġistrazzjoni bil-vidjo, l-uffiċjali għandhom jingħataw aċċess għaliha, jivverifikaw il-kwantitajiet ittrasferiti kif osservat fil-filmat u jivverifikaw li l-vidjos miġbuda jirrispettaw l-istandards minimi għall-proċeduri għar-reġistrazzjonijiet bil-vidjo kif definit fl-Anness 9 tar-Rakkomandazzjoni 12-03 tal-ICCAT.
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw b’mod sistematiku matul l-ispezzjonijiet kollha:
|
(1) |
li l-bastimenti tas-sajd huma awtorizzati joperaw (l-immarkar, l-identità, il-liċenzja, l-awtorizzazjoni tas-sajd u l-listi tal-ICCAT), |
|
(2) |
il-konformità mar-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni tal-bastiment, |
|
(3) |
li l-bastimenti tas-sajd ikunu mgħammra b’Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastiment (VMS) li tkun operattiva u li jkunu rispettati r-rekwiżiti dwar il-komunikazzjoni tal-VMS, |
|
(4) |
li l-bastimenti tas-sajd mhumiex joperaw f’żoni magħluqa u li qed jirrispettaw l-għeluq tal-istaġun tas-sajd, |
|
(5) |
ir-rispett tal-limitazzjonijiet tal-kwoti u tal-qabdiet inċidentali, |
|
(6) |
il-kompożizzjoni tal-qabdiet abbord, |
|
(7) |
il-kwantitajiet fiżiċi tal-qabdiet abbord, u l-preżentazzjoni tagħhom. |
|
(8) |
l-irkaptu tas-sajd abbord, |
|
(9) |
il-preżenza ta’ osservatur fejn rilevanti. |
L-uffiċjali għandhom ifittxu u jirrappurtaw dwar attivitajiet ta’ sajd IUU, u dwar l-użu ta’ inġenji tal-ajru jew ħelikopters ta’ tiftix.
1.3.2.
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw b’mod sistematiku:
|
(1) |
il-konformità mar-rekwiżiti tan-notifika minn qabel ta’ trasferiment (fejn ikun possibbli); |
|
(2) |
li l-Istat tal-bandiera jkun assenja u kkomunika lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd, jew tan-nassa jew tar-razzett kif xieraq, numru ta’ awtorizzazzjoni għal kull operazzjoni ta’ trasferiment fi żmien 48 siegħa wara l-preżentazzjoni ta’ notifika minn qabel ta’ trasferiment; |
|
(3) |
il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT; |
|
(4) |
li d-dikjarazzjoni ta’ trasferiment kienet iffirmata mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord u mibgħuta lill-kaptan tal-bastiment tal-irmonk; |
|
(5) |
il-konformità mar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni bil-vidjo kif definit fl-Anness 9 tar-Rakkomandazzjoni 12-03 tal-ICCAT. |
1.3.3.
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw b’mod sistematiku:
|
(1) |
il-konformità mar-rekwiżiti għall-operazzjonijiet konġunti tas-sajd rigward l-informazzjoni li għandha tkun irrappurtata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd inkluża s-sistema tal-allokazzjonijiet; |
|
(2) |
li l-awtorizzazzjoni għal operazzjoni konġunta tas-sajd tkun twasslet lill-bastimenti tas-sajd mill-awtoritajiet tal-Istati tal-bandiera bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 302/2009; |
|
(3) |
il-preżenza ta’ osservatur tal-ICCAT matul l-operazzjoni konġunta tas-sajd. |
1.4. Kompiti ta’ spezzjoni waqt l-iżbark
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw b’mod sistematiku għal dawk l-attivitajiet tal-iżbark skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 12-03:
|
(1) |
li l-bastimenti tas-sajd ikunu awtorizzati joperaw (l-immarkar, l-identità, il-liċenzja, l-awtorizzazzjoni tas-sajd u l-listi tal-ICCAT, jekk rilevanti); |
|
(2) |
li n-notifika minn qabel tal-wasla għall-iżbark tkun intbagħtet fil-ħin mill-awtoritajiet kompetenti; |
|
(3) |
li tkun intbagħtet reġistrazzjoni tal-iżbark lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, fi żmien 48 siegħa wara li jkun intemm l-iżbark; |
|
(4) |
li tkun intbagħtet dikjarazzjoni preċiża tal-iżbark mill-kaptan tal-bastiment tal-qbid fi żmien 48 siegħa wara li jkun intemm l-iżbark lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tiegħu/tagħha u lill-awtoritajiet tal-Istat tal-port fejn applikabbli; |
|
(5) |
li l-bastimenti tas-sajd ikunu mgħammra b’Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastiment (VMS) operattiva u li jkunu rispettati r-rekwiżiti dwar il-komunikazzjoni tal-VMS; |
|
(6) |
il-konformità mar-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni tal-bastiment; |
|
(7) |
il-kwantitajiet fiżiċi ta’ tonn abbord, u l-preżentazzjoni; |
|
(8) |
il-kompożizzjoni totali tal-qabdiet abbord sabiex ikunu vverifikati r-rispett tar-regoli tal-qbid inċidentali u, fil-każ tal-bastimenti tas-sajd bil-konz, l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni rilevanti; |
|
(9) |
il-kompożizzjoni tal-qabdiet f’termini ta’ daqs ta’ tonn abbord sabiex ikunu vverifikati r-regoli dwar id-daqs minimu; |
|
(10) |
l-irkaptu tas-sajd abbord; |
|
(11) |
fil-każ tal-iżbark ta’ prodotti pproċessati, l-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-ICCAT biex jiġi kkalkolat il-piż sħiħ ekwivalenti tat-tonn ipproċessat; |
|
(12) |
li t-tonn offrut għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali, mill-bastimenti tas-sajd u/jew tan-nassa fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran, ikun immarkat jew ittikkettat b’mod korrett; |
|
(13) |
li t-tonn li jkun ġie żbarkat mid-dgħajjes tas-sajd, mill-bastimenti tas-sajd bil-konz, mid-dgħajjes bil-qasba jew tat-trejjix fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran jkunu mmarkati b’mod korrett minn denbhom. |
1.5. Kompiti ta’ spezzjoni waqt it-trasbord
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw b’mod sistematiku:
|
(1) |
li l-bastimenti tas-sajd huma awtorizzati joperaw (l-immarkar, l-identità, il-liċenzja, l-awtorizzazzjoni tas-sajd u l-listi tal-ICCAT); |
|
(2) |
li n-notifika minn qabel tal-wasla fil-port tkun intbagħtet u kien fiha l-informazzjoni korretta dwar it-trasbord; |
|
(3) |
li l-bastimenti tas-sajd tat-trasbord li jixtiequ jittrasbordaw ikunu rċevew awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat tal-bandiera tagħhom; |
|
(4) |
li l-kwantitajiet notifikati minn qabel għat-trasbord huma vverifikati; |
|
(5) |
li ntbagħtet dikjarazzjoni tat-trasbord lill-Istati tal-Istat tal-Port sa mhux aktar tard minn 48 siegħa wara d-data tat-trasbord fil-port; |
|
(6) |
li d-dokumentazzjoni rilevanti tkun abbord u mimlija kif suppost, fosthom id-dikjarazzjoni tat-trasbord, id-dokumenti rilevanti tal-qbid tat-tonn tal-ICCAT u ċ-ċertifikat tar-riesportazzjoni; |
|
(7) |
fil-każ ta’ prodotti pproċessati, l-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-ICCAT biex jiġi kkalkolat il-piż sħiħ ekwivalenti tat-tonn ipproċessat. |
1.6. Kompiti ta’ spezzjoni fuq stallazzjonijiet tal-irziezet
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw b’mod sistematiku:
|
(1) |
li d-dokumentazzjoni hija preżenti u kkompletata u rrappurtata kif xieraq (id-dokumenti tal-qbid u ċ-ċertifikat tar-riesportazzjoni tat-tonn, id-dikjarazzjoni tat-trasferiment u d-dikjarazzjoni tal-qbid mill-gaġeġ, id-dikjarazzjoni tat-trasbord); |
|
(2) |
li l-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ kienet awtorizzata minn qabel mill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid; |
|
(3) |
li osservatur reġjonali tal-ICCAT kien preżenti matul l-attivitajiet kollha ta’ trasferiment, tqegħid fil-gaġeġ u ħsad tat-tonn, u vvalida d-dikjarazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ; |
|
(4) |
li l-attivitajiet kollha ta’ trasferiment u tqegħid fil-gaġeġ fir-razzett ġew issorveljati minn vidjokamera fl-ilma, u li tkun disponibbli reġistrazzjoni bil-vidjo għall-ispetturi u li tkun tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni bil-vidjo kif definit fl-Anness 9 tar-Rakkomandazzjoni 12-03 tal-ICCAT. |
|
(5) |
li l-attivitajiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ kollha kienu soġġetti għal programm li juża kameras sterjoskopiċi jew tekniki li jipprovdu preċiżjoni ekwivalenti sabiex jiġi rfinat l-għadd u l-piż tal-ħut li jkun qed jitqiegħed fil-gaġeġ; |
|
(6) |
li l-Istat tar-razzett mhux se jaċċetta t-tqegħid fil-gaġeġ tat-tonn fejn il-kwantità skont l-għadd u/jew il-piż hija aktar minn dik awtoritzzata biex titqiegħed fil-gaġġa mill-Istat tal-bandiera. |
1.7. Kompiti ta’ spezzjoni marbuta mat-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni
L-uffiċjali għandhom jivverifikaw b’mod sistematiku:
|
(1) |
fir-rigward tat-trasport, b’mod partikolari d-dokumenti ta’ akkumpanjament rilevanti u jivverifikawhom mal-kwantitajiet fiżiċi ttrasportati; |
|
(2) |
fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni, li d-dokumentazzjoni rilevanti tkun preżenti u mimlija kif suppost, inklużi d-dokumenti rilevanti tal-qbid tat-tonn u ċ-ċertifikati tar-riesportazzjoni. |
2. Rapporti tal-ispezzjoni
|
(1) |
Għall-ispezzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-Iskema għal Spezzjoni Internazzjonali Konġunta tal-ICCAT, l-uffiċjali għandhom jużaw il-mudell fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness. |
|
(2) |
Għall-ispezzjonijiet l-oħra, l-uffiċjali għandhom jużaw ir-rapporti ta’ spezzjoni skont l-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Ir-rapporti tal-ispezzjoni għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti li tinsab fil-modulu ta’ spezzjoni x-xieraq stabbilit fl-Anness XXVII kif meħtieġ fl-Artikolu 115 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (2). |
“Appendiċi
RAPPORT TA’ SPEZZJONI TAL-ICCAT Nru …
KSUR SERJU OSSERVAT
“ANNESS III
KONTENUT TAL-PROGRAMMI NAZZJONALI TA’ AZZJONI TA’ KONTROLL KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 12
Il-programmi nazzjonali ta’ azzjoni ta’ kontroll għandhom jispeċifikaw dan li ġej:
1. Mezzi ta’ kontroll
(a) Il-mezzi umani
L-għadd ta’ uffiċjali bbażati fuq l-art u dawk li jbaħħru u l-perjodi u ż-żoni fejn dawn huma disponibbli biex jaħdmu.
(b) Il-mezzi tekniċi
L-għadd ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru tas-sorveljanza, u l-perjodi u ż-żoni fejn dawn huma disponibbli biex jaħdmu.
(c) Il-mezzi finanzjarji
L-allokazzjoni baġitarja għall-użu tar-riżorsi umani u tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru tar-ronda.
2. Għażla tal-portijiet
Il-lista tal-portijiet u tal-ħinijiet magħżula meħtieġa skont ir-Rakkomandazzjoni 12-03 tal-ICCAT.
3. Protokolli ta’ spezzjoni
Protokolli dettaljati li jispjegaw il-metodoloġija għall-attivitajiet kollha ta’ spezzjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-punti li ġejjin ikunu inklużi fil-Programmi ta’ Azzjoni ta’ Kontroll.
1. Il-qabdiet:
|
(a) |
Il-kwantità (l-istima tal-bijomassa) u l-għadd preċiż ta’ kampjuni; |
|
(b) |
Il-verifika li l-kwantitajiet li nqabdu jirrispettaw l-allokazzjoni tal-kwoti; |
|
(c) |
Il-verifika tar-rekwiżiti tad-daqs minimu, b’tolleranza ta’ % fin-numri. |
2. It-trasferiment:
|
(a) |
L-awtorizzazzjoni minn qabel għal trasferimenti fil-gaġġa tal-irmunkar u l-gaġġa tal-irziezet; |
|
(b) |
Il-kwantità eżatta (f’piż) u l-għadd ta’ ħut trasferit fil-gaġġa tal-irmunkar, |
|
(c) |
Il-mortalità waqt l-operazzjoni tal-irmunkar u d-destinazzjoni tal-ħut mejjet. |
3. Ir-razzett:
|
(a) |
Il-konferma tal-leġittimità tal-qabda kif ukoll l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru tal-bandiera, |
|
(b) |
Il-kwantità eżatta (f’piż) u l-għadd ta’ ħut trasferit fil-gaġeġ tat-tismin, |
|
(c) |
L-użu ta’ programmi ta’ Kampjunar/ittikkettar sabiex issir stima taż-żieda fil-piż. |
4. Il-ħsad u l-esportazzjoni:
|
(a) |
Il-kwantità eżatta (f’piż) u l-għadd ta’ ħut li sar il-ħsad tiegħu; |
|
(b) |
Il-kopertura mill-Programm għal Osservatur Reġjonali tal-ICCAT; |
|
(c) |
Il-kwantità eżatta skont it-tip tal-prodott (li tindika b’mod ċar il-fatturi ta’ konverżjoni). |
4. Linji gwida
Linji gwida ta’ spjega għall-uffiċjali, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u s-sajjieda.
5. Protokolli ta’ komunikazzjoni
Protokolli ta’ komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti magħżula minn Stati Membri oħra bħala li huma responsabbli għall-programm ta’ kontroll u spezzjoni speċifiku għat-tonn.
“ANNESS IV
QAGĦDA TA’ KULL XAHAR TAL-PROGRAMM NAZZJONALI TA’ AZZJONI TA’ KONTROLL TAT-TONN
TAQSIMA A
Għadd ta’ spezzjonijiet relatati mal-Programm Nazzjonali ta’ Azzjoni ta’ Kontroll
|
Stat Membru: … Sena: … Xahar: |
Fuq il-bastimenti u l-operaturi ta’ Stat Membru |
Fuq il-bastimenti u l-operaturi minn Stati Membri jew pajjiżi oħra |
||||||||||
|
Rappurtar minn: |
L-għadd ta’ spezzjonijiet u ksur fi ħdan il-JDP |
L-għadd ta’ spezzjonijiet u ksur barra l-JDP |
L-għadd ta’ spezzjonijiet u ksur fi ħdan il-JDP |
L-għadd ta’ spezzjonijiet u ksur barra l-JDP |
||||||||
|
BASTIMENTI, RZIEZET U NASES LI HUMA AWTORIZZATI GĦAS-SAJD GĦAT-TONN |
Fuq il-baħar |
Fuq l-art |
Ksur (*2) |
Fuq il-baħar |
Fuq l-art |
Ksur (*2) |
Fuq il-baħar |
Fuq l-art |
Ksur (*2) |
Fuq il-baħar |
Fuq l-art |
Ksur (*2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bastimenti tas-sajd bil-purse seine |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bastimenti tas-sajd bil-konz |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bastimenti oħrajn bil-konz |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Dgħajjes bil-lixka |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bastimenti tat-tkarkir |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bastimenti tal-irmonk, ta’ appoġġ, tal-ipproċessar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nases |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Rziezet |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
BASTIMENTI MHUX AWTORIZZATI GĦAS-SAJD GĦAT-TONN U OPERATURI OĦRA |
|
|
||||||||||
|
Bastimenti tas-sajd (fir-reġistru tal-flotta tal-Komunità) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sajd sportiv u rikreattiv |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bastimenti oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Trakkijiet u spezzjonijiet tat-trasport |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Spezzjonijiet tal-ewwel bejgħ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Spezzjonijiet tal-bejgħ bl-imnut |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Spezzjonijiet tar-ristoranti |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Spezzjoni oħrajn (iddeskrivi) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OSSERVAZZJONIJIET |
||||||||||||
|
|
||||||||||||
TAQSIMA B
Informazzjoni dettaljata tal-ksur (*2)
|
ID |
Data |
Tip ta’ kontroll |
Żona |
Nru tar-rapport tal-ispezzjoni |
Bandiera |
Nru tal-ICCAT(jew CFR jew immarkar estern) |
Isem |
Irkaptu jew tip |
Deskrizzjoni |
Referenza legali |
Ksur serju? |
Ammont ta’ tonn relatat mal-ksur N KG |
Azzjonijiet meħuda |
Azzjoni li jmiss jew ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni |
Tul mistenni tal-investigazzjoni |
Dettalji tal-ġudizzju finali |
Każ magħluq? |
Kummenti |
|
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
(9) |
(10) |
(11) |
(12) |
(13) |
(14) |
(15) |
(16) |
(17) |
(18) |
(19) |
(20) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
SPJEGAZZJONI (għat-Taqsima B)
|
NRU |
QASAM |
DESKRIZZJONI |
|
1. |
ID |
Numru tal-ID uniku għal kull ksur |
|
2. |
Data |
Data li fiha saret l-ispezzjoni |
|
3. |
Tip ta’ kontroll |
S-baħar P-port F-razzett T-nassa O-oħrajn |
|
4. |
Żona |
Għal ‘S’ indika l-koordinati. Għal ‘P, F, T jew O’ indika ż-żona jew l-isem tal-port jew tal-muniċipalità. |
|
5. |
Nru tar-rapport tal-ispezzjoni |
Numru tar-rapport tal-ispezzjoni tal-ICCAT (jew nazzjonali) |
|
6. |
Bandiera |
Bandiera tal-bastiment/operatur spezzjonat |
|
7. |
Nru tal-ICCAT(jew CFR jew immarkar estern) |
Numru tal-ICCAT jew numru tar-Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Unjoni jew jekk ma jeżisti l-ebda wieħed minnhom, l-immarkar estern tal-bastiment/operatur spezzjonat |
|
8. |
Isem |
L-isem tal-bastiment/operatur spezzjonat |
|
9. |
Irkaptu jew tip |
Rkaptu prinċipali użat mill-bastiment/operatur fil-mument tal-ispezzjoni jew ‘razzett’, ‘nassa’, ‘l-ewwel xerrej’, ‘bejgħ bl-imnut, ‘ristorant, ‘trasport, ‘sport/rik, ‘oħrajn’ (iddeskrivi) |
|
10. |
Deskrizzjoni |
Deskrizzjoni tal-ksur |
|
11. |
Referenza legali |
Indika r-referenza legali (il-leġiżlazzjoni tal-UE u/jew ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT) |
|
12. |
Ksur serju? |
Indika jekk ksur serju Iva/Le |
|
13. |
Le |
Ammont ta’ tonn relatat mal-ksur |
|
14. |
KG |
Ammont ta’ tonn relatat mal-ksur |
|
15. |
Azzjonijiet meħuda |
Deskrizzjoni tal-azzjonijiet kollha meħuda wara l-ispezzjoni jew “xejn” jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni |
|
16. |
Azzjoni li jmiss jew ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni |
L-azzjoni ppjanata li jmiss jekk hemm. Ġustifikazzjoni fil-każ li ma tkun ittieħdet ebda azzjoni |
|
17. |
Tul mistenni tal-investigazzjoni |
Tul mistenni tal-investigazzjoni u/jew tal-proċess |
|
18. |
Dettalji tal-ġudizzju finali |
Multa, penali, ħtif… (indika wkoll il-kwantitajiet) |
|
19. |
Każ magħluq? |
Iva jekk il-każ jingħalaq, inkella Le |
|
20. |
Kummenti |
Kummenti ġenerali |
(*1) Modifika mitluba bil-posta minn Malta fit-12 ta’ Ġunju 2013.
(1) Modifika mitluba minn Spanja.
(2) ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.
(*2) Ksur kontra l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u rilevanti għad-dispożizzjonijit tal-UE u tal-ICCAT relatati mat-tonn.