Official Journal L 127 , 25/05/1996 P. 0031 - 0032
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/332/KE tat-3 ta’ Mejju 1996 li temenda d-Deċiżjoni 93/231/KEE, li tawtorizza, rigward is-suq ta’ patata taż-żerriegha fit-territorju kollu jew parti minnu f’ċerti Stati Membri, miżuri aktar rigorużi kontra ċertu mard msemmi fl-Annessi I u II mad-Direttiva tal-Kunsill 66/403/KEE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/403/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1996 dwar is-suq ta’ patata taż-żerriegħa [1], kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(2) tagħha, Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/231/KEE [3], kif emendata bid-Deċiżjoni 95/21/KEE [4], awtorizzat ċerti Stati Membri, fejn jidhlu reġjuni elenkati, li jirrestrinġu s-suq ta’ patata taż-żerriegħa għal patata taż-żerriegħa bażika ta’ ċerti gradi tal-Komunità; Billi fil-Ġermanja ir-reġjun ta’ Bundesland Mecklenburg-Vorpommern kien reġjun elenkat; Billi, bħala riżultat tal-unifikazzjoni tal-Ġermanja, bidliet fl-istrutturi amministrativi ta’ ċerti reġjuni fil-Ġermanja jeħtiegu li r-riferenza li ghandha x’taqsam mall-Ġermanja fid-Deċiżjoni imsemmija tkun emendata; Billi l-miżuri li hemm provduti f’din id- Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żrieragħ u Tixrid ta’ Materjal għall-Agrikoltura, Ortikoltura u Forestrija, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI Artikolu 1 L-Anness mad-Deċiżjoni 93/231/KEE huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ta’ hawn. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Mejju 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2320/66. [2] ĠU L 6, tad-9.1.1996, p. 19. [3] ĠU L 106, tat-30.4.1993, p. 11. [4] ĠU L 28, tas-7.2.1995, p. 13. -------------------------------------------------- L-ANNESS Fir-riferenza li għandha x’taqsam mall-Ġermanja fl-Anness mad-Deċiżjoni 93/231/KEE, kolonna 2 hija mibdula b’dan li ġej: "Bundesland Mecklenburg-Vorpommern - Gemeinde Groß Lüsewitz - Ortsteile Lindenhof und Pentz der Gemeinde Metschow - Gemeinden Böhlendorf, Breesen, Langsdorf sowie Ortsteil Grammow der Gemeinde Grammow - Gemeinden Hohenbrünzow, Hohenmocker, Ortsteil Ganschendorf der Gemeinde Sarow sowie Ortsteil Leistenow der Gemeinde Utzedel - Gemeinden Ranzin, Lüssow und Gribow - Gemeinde Pelsin." --------------------------------------------------