|
12.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 245/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1135
tad-9 ta’ Lulju 2021
li jistabbilixxi l-limiti massimi baġitarji għall-2021 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta’ appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 22(1), 36(4), 42(2), 47(3), 49(2), 51(4) u 53(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta’ pagament bażiku stipulata fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 22(1) ta’ dak ir-Regolament għall-2021 jenħtieġ li jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu l-ammonti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta’ dak ir-Regolament mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jenħtieġ li jiġu kkunsidrati kwalunkwe żidiet applikati mill-Istati Membri skont din id-dispożizzjoni. |
|
(2) |
Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja stipulata fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 36(4) ta’ dak ir-Regolament għall-2021 jenħtieġ li jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu l-ammonti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta’ dak ir-Regolament mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. B’konformità mal-Artikolu 36(4) tat-tieni subparagrafu ta’ dak ir-Regolament, meta tiffissa l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament uniku jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis iż-żidiet applikati mill-Istati Membri b’rabta ma’ din id-dispożizzjoni. |
|
(3) |
Għal kull Stat Membru li jagħti l-pagament ridistributtiv previst fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 42(2) ta’ dak ir-Regolament għas-sena 2021 jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-perċentwal notifikat minn dawk l-Istati Membri skont l-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Fir-rigward tal-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent previst fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2021, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 47(3) ta’ dak ir-Regolament għall-2021 jenħtieġ li jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament u jammontaw għal 30 % tal-limitu massimu nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti kif stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Għal Stati Membri li jagħtu l-pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali previst fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 49(2) ta’ dak ir-Regolament għall-2021 jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-persentaġġ notifikat mill-Istati Membri rilevanti skont l-Artikolu 49(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Fir-rigward tal-pagament għal bdiewa żgħażagħ previst fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 51(4) ta’ dak ir-Regolament għall-2021 jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-persentaġġ notifikat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 51(1) ta’ dak ir-Regolament u jenħtieġ li ma jkunux iżjed minn 2 % tal-limitu massimu annwali ffissat fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
|
(7) |
Meta l-ammont totali tal-pagament għal bdiewa żgħażagħ applikat fl-2021 fi Stat Membru jkun jaqbeż il-limitu massimu stabbilit skont l-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal dak l-Istat Membru, jenħtieġ li d-differenza tiġi ffinanzjata mill-Istat Membru b’konformità mal-Artikolu 51(2) ta’ dak ir-Regolament filwaqt li jiġi rrispettat l-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu 51(1) ta’ dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li jiġi stabbilit dan l-ammont massimu għal kull Stat Membru. |
|
(8) |
Għal kull Stat Membru li jagħti l-appoġġ akkoppjat volontarju previst fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2021, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 53(7) ta’ dak ir-Regolament għall-2021 abbażi tal-persentaġġ notifikat mill-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(9) |
Fir-rigward tas-sena 2021, l-implimentazzjoni tal-iskemi diretti ta’ appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bdiet fl-Il-Ġimgħa, 1 ta’ Jannar 2021. Għal raġunijiet ta’ konsistenza bejn l-applikabbiltà ta’ dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2021 u l-applikabbiltà tal-limiti massimi baġitarji korrispondenti, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2021 għall-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt I tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2021 għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt II tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2021 għall-pagament ridistributtiv imsemmi fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament(UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt III tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
4. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2021 għall-pagamenti ta’ prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmi fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt IV tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
5. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2021 għall-pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali msemmi fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt V tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
6. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2021 għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VI tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
7. L-ammonti massimi għall-2021 għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VII tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
8. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2021 għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmi fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VIII tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
I. Limiti massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
|
(f’eluf ta’ EUR) |
|
|
Sena kalendarja |
2021 |
|
il-Belġju |
220 516 |
|
id-Danimarka |
510 443 |
|
il-Ġermanja |
2 881 039 |
|
l-Irlanda |
814 613 |
|
il-Greċja |
1 068 840 |
|
Spanja |
2 791 396 |
|
Franza |
3 025 957 |
|
il-Kroazja |
164 601 |
|
l-Italja |
2 074 792 |
|
il-Lussemburgu |
22 741 |
|
Malta |
650 |
|
in-Netherlands |
460 278 |
|
l-Awstrija |
458 384 |
|
il-Portugall |
288 469 |
|
is-Slovenja |
72 302 |
|
il-Finlandja |
258 372 |
|
l-Iżvezja |
391 520 |
II. Limiti massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
|
(f’eluf ta’ EUR) |
|
|
Sena kalendarja |
2021 |
|
il-Bulgarija |
376 265 |
|
iċ-Ċekja |
464 763 |
|
l-Estonja |
125 439 |
|
Ċipru |
29 400 |
|
il-Latvja |
168 899 |
|
il-Litwanja |
220 860 |
|
l-Ungerija |
712 920 |
|
il-Polonja |
1 535 543 |
|
ir-Rumanija |
935 992 |
|
is-Slovakkja |
216 589 |
III. Limiti massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament ridistributtiv imsemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
|
(f’eluf ta’ EUR) |
|
|
Sena kalendarja |
2021 |
|
il-Belġju |
45 157 |
|
il-Bulgarija |
55 362 |
|
il-Ġermanja |
323 453 |
|
Franza |
673 644 |
|
il-Kroazja |
36 497 |
|
il-Litwanja |
85 495 |
|
il-Polonja |
278 884 |
|
il-Portugall |
55 302 |
|
ir-Rumanija |
104 163 |
|
is-Slovakkja |
11 100 |
IV. Limiti massimi nazzjonali annwali għall-pagament għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
|
(f’eluf ta’ EUR) |
|
|
Sena kalendarja |
2021 |
|
il-Belġju |
148 478 |
|
il-Bulgarija |
236 588 |
|
iċ-Ċekja |
254 432 |
|
id-Danimarka |
240 600 |
|
il-Ġermanja |
1 386 226 |
|
l-Estonja |
57 215 |
|
l-Irlanda |
355 885 |
|
il-Greċja |
539 123 |
|
Spanja |
1 440 177 |
|
Franza |
2 020 932 |
|
il-Kroazja |
109 490 |
|
l-Italja |
1 088 559 |
|
Ċipru |
14 294 |
|
il-Latvja |
94 217 |
|
il-Litwanja |
170 990 |
|
il-Lussemburgu |
10 030 |
|
l-Ungerija |
391 715 |
|
Malta |
1 573 |
|
in-Netherlands |
198 415 |
|
l-Awstrija |
203 275 |
|
il-Polonja |
1 008 015 |
|
il-Portugall |
204 262 |
|
ir-Rumanija |
567 542 |
|
is-Slovenja |
39 459 |
|
is-Slovakkja |
125 125 |
|
il-Finlandja |
154 714 |
|
l-Iżvezja |
205 703 |
V. Limiti massimi nazzjonali annwali għall-pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali msemmija fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
|
(f’eluf ta’ EUR) |
|
|
Sena kalendarja |
2021 |
|
id-Danimarka |
2 857 |
|
is-Slovenja |
2 078 |
VI. Limiti massimi nazzjonali annwali għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
|
(f’eluf ta’ EUR) |
|
|
Sena kalendarja |
2021 |
|
il-Belġju |
9 367 |
|
il-Bulgarija |
2 117 |
|
iċ-Ċekja |
1 696 |
|
id-Danimarka |
15 238 |
|
il-Ġermanja |
46 208 |
|
l-Estonja |
1 240 |
|
l-Irlanda |
23 726 |
|
il-Greċja |
35 942 |
|
Spanja |
96 012 |
|
Franza |
67 364 |
|
il-Kroazja |
7 299 |
|
l-Italja |
72 571 |
|
Ċipru |
476 |
|
il-Latvja |
3 831 |
|
il-Litwanja |
7 125 |
|
il-Lussemburgu |
501 |
|
l-Ungerija |
5 223 |
|
Malta |
21 |
|
in-Netherlands |
13 228 |
|
l-Awstrija |
13 552 |
|
il-Polonja |
33 600 |
|
il-Portugall |
13 617 |
|
ir-Rumanija |
21 091 |
|
is-Slovenja |
1 973 |
|
is-Slovakkja |
1 706 |
|
il-Finlandja |
5 157 |
|
l-Iżvezja |
13 714 |
VII. Ammonti massimi għall-pagament għall bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
|
(f’eluf ta’ EUR) |
|
|
Sena kalendarja |
2021 |
|
il-Belġju |
9 899 |
|
il-Bulgarija |
15 773 |
|
iċ-Ċekja |
16 962 |
|
id-Danimarka |
16 040 |
|
il-Ġermanja |
92 415 |
|
l-Estonja |
3 814 |
|
l-Irlanda |
23 726 |
|
il-Greċja |
35 942 |
|
Spanja |
96 012 |
|
Franza |
134 729 |
|
il-Kroazja |
7 299 |
|
l-Italja |
72 571 |
|
Ċipru |
953 |
|
il-Latvja |
6 281 |
|
il-Litwanja |
11 399 |
|
il-Lussemburgu |
669 |
|
l-Ungerija |
26 114 |
|
Malta |
105 |
|
in-Netherlands |
13 228 |
|
l-Awstrija |
13 552 |
|
il-Polonja |
67 201 |
|
il-Portugall |
13 617 |
|
ir-Rumanija |
37 836 |
|
is-Slovenja |
2 631 |
|
is-Slovakkja |
8 342 |
|
il-Finlandja |
10 314 |
|
l-Iżvezja |
13 714 |
VIII. Limiti massimi nazzjonali annwali għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmi fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
|
(f’eluf ta’ EUR) |
|
|
Sena kalendarja |
2021 |
|
il-Belġju |
81 801 |
|
il-Bulgarija |
118 294 |
|
iċ-Ċekja |
127 216 |
|
id-Danimarka |
32 863 |
|
l-Estonja |
6 821 |
|
l-Irlanda |
3 000 |
|
il-Greċja |
178 331 |
|
Spanja |
573 817 |
|
Franza |
1 010 466 |
|
il-Kroazja |
54 745 |
|
l-Italja |
468 806 |
|
Ċipru |
3 812 |
|
il-Latvja |
47 108 |
|
il-Litwanja |
85 495 |
|
il-Lussemburgu |
160 |
|
l-Ungerija |
195 857 |
|
Malta |
3 000 |
|
in-Netherlands |
3 350 |
|
l-Awstrija |
14 229 |
|
il-Polonja |
504 007 |
|
il-Portugall |
133 521 |
|
ir-Rumanija |
272 554 |
|
is-Slovenja |
17 099 |
|
is-Slovakkja |
62 562 |
|
il-Finlandja |
101 080 |
|
l-Iżvezja |
89 138 |