|
13.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 83/71 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9747 — Lagardère Travel Retail/BTA/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 83/13)
1.
Fis-6 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Lagardère Travel Retail S.A.S. (“Lagardère”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Lagardère (Franza), |
|
— |
BTA Havalimanlari Yiyecek Ve Icecek Hizmetleri A.S. (“BTA”, it-Turkija), li tappartjeni għall-grupp Aéroports de Paris (“ADP”, Franza). |
Lagardère u BTA jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-kumpanija joint venture li għad trid tiġi stabbilita fil-Ġordan.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Lagardère: toffri servizzi ta’ vvjaġġar lill-konsumaturi u servizzi tal-ikel u bħalissa hija attiva f’39 pajjiż mad-dinja kollha, inklużi fl-Ewropa u l-Lvant Nofsani. Lagardère hija sussidjarja u proprjetà indiretta kollha kemm hi ta’ Lagardère SCA, il-kumpanija prinċipali finali tal-grupp Franċiż, Lagardère, li huwa kkwotat fil-Borża ta’ Pariġi, |
|
— |
PAI: toffri servizzi ta’ ikel u xorb fl-ajruporti u linji tat-tbaħħir f’disa’ pajjiżi fl-Ewropa u l-Lvant Nofsani. Hija tappartjeni għall-grupp ta’ kumpaniji tal-Aéroport de Paris SA li huwa inkoporat fi Franza u li huwa kkwotat fil-Borża ta’ Pariġi, |
|
— |
il-joint venure maħluqa ġdida: attiva fit-tħaddim ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi tal-ikel u ta’ servizzi ta’ vvjaġġar għall-konsumaturi fl-ajruporti fil-Ġordan, jiġifieri b’mod partikulari fil-Queen Alia International Airport f’Amman. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9747 — Lagardère Travel Retail/BTA/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).