18.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/35


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10193 — OTPP/IFM/Enwave Energy Canada)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 91/08)

1.   

Fil-11 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Ontario Teachers’ Pension Plan (“OTPP”, il-Kanada),

—

IFM Investors Pty Ltd. (“IFM”, l-Awstralja),

—

In-negozju Kanadiż ta’ Enwave Energy Corporation (“Enwave Energy Canada”, il-Kanada).

OTPP u IFM jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Enwave Energy Canada.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

OTPP: l-amministrazzjoni tal-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment tal-assi tal-pjan tal-pensjoni tal-għalliema fil-provinċja Kanadiża ta’ Ontario,

—

IFM: il-ġestjoni globali tal-investiment fl-infrastruttura, l-ekwitajiet ikkwotati fil-Borża, il-kapital privat u l-investimenti tad-dejn, f’isem għadd ta’ fondi Awstraljani tal-pensjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ,

—

Enwave Energy Canada: il-forniment ta’ servizzi ta’ tisħin, tkessiħ u ġenerazzjoni distrettwali lil klijenti li jinsabu fil-Kanada.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10193 — OTPP/IFM/Enwave Energy Canada

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.