<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-245/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0245</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:709">EU:C:2022:709</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">sentenza tat‑<DATE ISO="20220922">22.9.2022</DATE> – Kawżi magħquda C‑245/21 u C‑248/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Bundesrepublik Deutschland (Sospensjoni amministrattiva tad-deċiżjoni ta’ trasferiment)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P>22 ta’ Settembru 2022<NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 604/2013</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 27 u 29</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment tal-persuna kkonċernata lejn l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Sospensjoni tat-trasferiment minħabba l-pandemija tal-COVID-19</KEYWORD><KEYWORD>Impossibbiltà li jsir it-trasferiment</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ġudizzjarja</KEYWORD><KEYWORD>Konsegwenzi fuq it-terminu tat-trasferiment</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑245/21 u C‑248/21,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjonijiet tas‑26 ta’ Jannar 2021, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑19 ta’ April 2021, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesrepublik Deutschland,</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">MA</HT> (C‑245/21),</P><P><HT TYPE="BOLD">PB</HT> (C‑245/21),</P><P><HT TYPE="BOLD">LE</HT> (C‑248/21),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, L. Bay Larsen (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala Imħallef tal-Ewwel Awla, I. Ziemele, P. G. Xuereb u A. Kumin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: R. Stefanova-Kamisheva, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad‑9 ta’ Marzu 2022,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal MA u PB, minn A. Petzold, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u R. Kanitz, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Żvizzeru, minn S. Lauper, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Azéma u G. von Rintelen, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑2 ta’ Ġunju 2022,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Iż-żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 27(4) u tal-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 180, p. 31</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="049" PAGE.FIRST="50" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 49, p. 50</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Dublin III<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet għal deċiżjoni preliminari tressqu fil-kuntest ta’ tilwim bejn, minn naħa, il-Bundesrepublik Deutschland (ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja) u, min-naħa l-oħra, MA, PB (Kawża C‑245/21) u LE (Kawża C‑248/21) dwar deċiżjonijiet adottati mill-Bundesamt für Migration und Flüchtlinge (l-Uffiċċju Federali tal-Migrazzjoni u r-Refuġjati, il-Ġermanja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Uffiċċju<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) li jiddikjaraw inammissibbli l-applikazzjonijiet tagħhom għall-ażil, li jikkonstataw l-assenza ta’ motivi li jipprekludu t-tneħħija tagħhom, li jordnaw l-akkumpanjament tagħhom lejn l-Italja u jiddikjaraw fil-konfront tagħhom projbizzjonijiet ta’ dħul u ta’ residenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4 u 5 tar-Regolament Dublin III huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(4)</NO.P><TXT>Il-konklużjonijiet [tal-Kunsill Ewropew] ta’ Tampere [tal‑15 u s‑16 ta’ Ottubru 1999,] ippreċiżaw ukoll li s-[Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil] għandha tinkludi, fit-terminu qasir, metodu ċar u li jiffunzjona biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Metodu tali għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u ġusti kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-persuni kkonċernati. B’mod partikolari, dan il-metodu għandu jiddetermina minnufih l-Istat Membru responsabbli, biex ikun iggarantit aċċess effettiv għall-proċeduri għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali u ma jkunx kompromess l-għan tal-ipproċessar bil-ħeffa ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(3) u (4), ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet ta’ appelli kontra, jew reviżjonijiet ta’, -deċiżjonijiet ta’ trasferiment, l-Istati Membri għandhom jipprevedu fil-liġi nazzjonali tagħhom li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-appell jew ir-reviżjoni tagħti lill-applikant id-dritt li jibqa’ fl-Istat Membru kkonċernat sakemm jintlaħaq l-eżitu tal-appell jew ir-reviżjoni; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-trasferiment huwa sospiż awtomatikament u tali sospensjoni tiskadi wara ċertu perijodu ta’ żmien raġonevoli, f’liema żmien qorti jew tribunal, wara skrutinju mill-qrib u rigoruż, tkun ħadet deċiżjoni dwar jekk għandux jingħata effett sospensiv lil appell jew reviżjoni; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-persuna kkonċernata jkollha l-opportunità li titlob f’perijodu ta’ żmien raġonevoli lil qorti jew tribunal biex jissospendi l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment sakemm jintlaħaq l-eżitu tal-appell jew reviżjoni tiegħu/tagħha L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm rimedju effettiv billi jissospendu t-trasferiment sakemm tittieħed deċiżjoni rigward l-ewwel talba għal sospensjoni. Kwalunkwe deċiżjoni dwar jekk l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment għandhiex tiġi sospiża għandha tittieħed f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, filwaqt li tippermetti skrutinju mill-qrib u rigoruż tat-talba għal sospensjoni. Deċiżjoni li l-implimentazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment ma tiġix sospiża għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jaġixxu <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> fis-sospensjoni tal-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tat-trasferiment sakemm iseħħ l-eżitu tal-appell jew reviżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Meta persuna tinżamm taħt detezjoni skont dan l-Artikolu, it-trasferiment ta’ dik il-persuna mill-Istat Membru rikjedenti lejn l-Istat Membru responsabbli għandu jkun eżegwit mill-aktar fis li jkun prattikament possibbli, u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mill-aċċettazzjoni impliċita jew espliċita tat-talba minn Stat Membru ieħor biex jieħu inkarigu ta’ jew jieħu lura l-persuna kkonċernata jew mill-mument meta l-appell jew reviżjoni ma jkollux jew ma jkollhiex aktar effett sospensiv skont l-Artikolu 27(3).<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 29(1) u (2), tal-istess regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="029.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-trasferiment tal-applikant […] mill-Istat Membru rikjedenti lejn l-Istat Membru responsabbli, għandu jkun eżegwit skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru rikjedenti, wara konsultazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, mill-aktar fis li jkun prattikament possibbli, u l-aktar tard fi żmien sitt xhur mill-aċċettazzjoni tat-talba minn Stat Membru ieħor biex jieħu inkarigu ta’ jew jieħu lura l-persuna kkonċernata jew tad-deċiżjoni finali wara appell jew reviżjoni fejn ikun hemm effett sospensiv skont l-Artikolu 27(3).</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="029.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn it-trasferiment ma jsirx fiż-żmien limitu ta’ sitt xhur, l-Istat Membru responsabbli għandu jitneħħewlu l-obbligi biex jieħu inkarigu ta’ jew jieħu lura l-persuna kkonċernata u r-responsabbiltà għandha tkun trasferita lill-Istat Membru rikjedenti. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jkun estiż sa massimu ta’ sena jekk it-trasferiment ma setax ikun eżegwit minħabba priġunerija tal-persuna kkonċernata jew sa massimu ta’ tmintax-il xahar jekk il-persuna kkonċernata tkun ħarbet.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 80(4) tal-Verwaltungsgerichtsordnung (il-Kodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva) jipprevedi li l-awtorità li tkun l-awtur tal-att amministrattiv tista’, f’ċerti każijiet, tissospendi l-eżekuzzjoni ta’ dan l-att, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fid-dritt federali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawżi prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kawża C‑245/21</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>F’Novembru 2019, MA u PB ippreżentaw applikazzjonijiet għall-ażil fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Peress li riċerka fis-sistema Eurodac uriet li huma kienu daħlu illegalment fit-territorju tar-Repubblika Taljana u li kienu ġew irreġistrati bħala applikanti għal protezzjoni internazzjonali f’dan l-Istat Membru, l-Uffiċċju talab, fid‑19 ta’ Novembru 2019, lill-awtoritajiet Taljani jieħdu l-inkarigu ta’ MA u PB abbażi tar-Regolament Dublin III.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-awtoritajiet Taljani ma wieġbux għal din it-talba sabiex jieħdu l-inkarigu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑22 ta’ Jannar 2020, l-Uffiċċju ddikjara inammissibbli l-applikazzjonijiet għall-ażil ta’ MA u ta’ PB, ikkonstata l-assenza ta’ motivi li jipprekludu t-tneħħija tagħhom, ordna l-akkumpanjament tagħhom lejn l-Italja u ddikjara fil-konfront tagħhom projbizzjonijiet ta’ dħul u ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ma u PB ippreżentaw, fl‑1 ta’ Frar 2020, rikors kontra din id-deċiżjoni tal-Uffiċċju quddiem il-Verwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva, il-Ġermanja) kompetenti. Barra minn hekk, PB żied ma’ dan ir-rikors talba għas-sospensjoni tal-imsemmija deċiżjoni. It-talba ġiet miċħuda fil‑11 ta’ Frar 2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑8 ta’ April 2020, l-Uffiċċju ssospenda, sa avviż ieħor, l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta’ tneħħija b’applikazzjoni tal-Artikolu 80(4) tal-Kodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva u tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Dublin III, minħabba li, fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-pandemija tal-COVID-19, l-eżekuzzjoni tat-trasferimenti ta’ MA u ta’ PB ma kinitx possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal‑14 ta’ Awwissu 2020, il-Verwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva) adita annullat id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tat‑22 ta’ Jannar 2020. Din is-sentenza kienet ibbażata fuq il-konstatazzjoni li, jekk jitqies li r-Repubblika Taljana kienet responsabbli għall-eżami tal-applikazzjonijiet għall-ażil ta’ MA u ta’ PB, din ir-responsabbiltà ġiet ittrasferita<?PAGE NO="5"?> lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja minħabba l-iskadenza tat-terminu ta’ trasferiment stabbilit fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III, peress li l-iskadenza ta’ dan it-terminu ma kienx ġie interrott mid-deċiżjoni tal-Uffiċċju tat‑8 ta’ April 2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ppreżentat, quddiem il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja), rikors għal reviżjoni kontra s-sentenza tal‑14 ta’ Awwissu 2020.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kawża C‑248/21</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Awwissu 2019, LE ppreżenta applikazzjoni għall-ażil fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Peress li riċerka fis-sistema Eurodac uriet li huwa kien ippreżenta, fis‑7 ta’ Ġunju 2017, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fl-Italja, l-Uffiċċju talab lill-awtoritajiet Taljani jieħdu lura l-inkarigu ta’ LE abbażi tar-Regolament Dublin III.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-awtoritajiet Taljani laqgħu din it-talba sabiex jieħdu l-inkarigu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Uffiċċju ddikjara inammissibbli l-applikazzjoni għall-ażil ta’ LE, ikkonstata l-assenza ta’ motivi li jipprekludu t-tneħħija tiegħu, ordna l-akkumpanjament tiegħu lejn l-Italja u ddikjara fil-konfront tiegħu projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil‑11 ta’ Settembru 2019, huwa ppreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni tal-Uffiċċju quddiem il-Verwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva) kompetenti. Barra minn hekk, huwa żied ma’ dan ir-rikors talba għas-sospensjoni tal-imsemmija deċiżjoni. Din it-talba ġiet miċħuda fl‑1 ta’ Ottubru 2019.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑24 ta’ Frar 2020, l-awtoritajiet Taljani informaw lill-awtoritajiet Ġermaniżi li, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, it-trasferimenti lejn u mill-Italja, b’applikazzjoni tar-Regolament Dublin III, ma kinux ser iseħħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑25 ta’ Marzu 2020, l-Uffiċċju ssospenda, sa avviż ieħor, l-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ tneħħija b’applikazzjoni tal-Artikolu 80(4) tal-Kodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva u tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Dublin III, minħabba li, fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-pandemija tal-COVID-19, l-eżekuzzjoni tat-trasferiment ta’ LE ma kinitx possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Wara li ċaħdet, fl‑4 ta’ Mejju 2020, it-tieni talba għas-sospensjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fil-konfront ta’ LE, il-Verwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva) adita annullat, permezz ta’ sentenza tal‑10 ta’ Ġunju 2020, din id-deċiżjoni. Din is-sentenza kienet ibbażata fuq motivi analogi għal dawk tas-sentenza msemmija fil-punt 14 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ppreżentat, quddiem il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali), rikors għal reviżjoni kontra s-sentenza tal‑10 ta’ Ġunju 2020.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet komuni għaż‑żewġ kawżi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li, fil-każ ineżami, ir-rikorsi ppreżentati quddiemha għandhom jiġu milqugħa jekk jiġi stabbilit, l-ewwel, li sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment immotivata mill-impossibbiltà materjali ta’ trasferiment dovuta għall-pandemija tal-COVID-19<?PAGE NO="6"?> tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Dublin III, it-tieni, li tali sospensjoni jista’ jkollha l-effett li tinterrompi t-terminu għal trasferiment previst fl-Artikolu 29(1) ta’ dan ir-regolament u, it-tielet, li interruzzjoni ta’ dan it-terminu għal trasferiment hija aċċettata anki jekk qorti tkun preċedentement ċaħdet talba għas-sospensjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li, għalkemm l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Dublin III jeżiġi li s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment li huwa jipprevedi tkun marbuta mal-eżerċizzju ta’ appell, l-applikazzjoni tagħha f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ eventwalment tiġi kkunsidrata, peress li appell mid-deċiżjoni ta’ trasferiment huwa pendenti u li l-impossibbiltà li ssir it-tneħħija tista’, fid-dritt Ġermaniż, tqajjem dubji dwar il-legalità ta’ din id-deċiżjoni. Madankollu, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-għanijiet ta’ dan ir-regolament kif ukoll l-interessi rispettivi tal-persuni kkonċernati u tal-Istat Membru inkwistjoni, li l-ekwilibriju tagħhom għandu jiġi żgurat fil-kuntest sanitarju marbut mal-pandemija tal-COVID-19.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin, ifformulati b’mod identiku fil-Kawżi magħquda C‑245/21 u C‑248/21:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1)</NO.P><TXT>Sospensjoni amministrattiva tal-infurzar tad-deċiżjoni tat-trasferiment, li hija revokabbli biss minħabba l-impossibbiltà attwali (temporanja) tat-trasferimenti kkawżata mill-pandemija COVID 19, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament [Dublin III] waqt proċeduri ta’ appell ġudizzjarju?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: tali deċiżjoni ta’ sospensjoni twassal għal interruzzjoni tat-terminu tat-trasferiment skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv: dan japplika wkoll jekk, qabel it-tifqigħa tal-pandemija COVID 19, qorti kienet ċaħdet l-applikazzjoni mill-persuna li kienet qiegħda tfittex il-protezzjoni sabiex tiġi sospiża l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tat-trasferiment skont l-Artikolu 27(3)(c) tar-Regolament [Dublin III] sal-eżitu tal-proċeduri ta’ appell?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑7 ta’ Ġunju 2021, il-kawżi preżenti ġew magħquda għall-finijiet tal-proċeduri bil-miktub u orali kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex dawn ir-rinviji għal deċiżjoni preliminari jkunu suġġetti għall-proċedura mħaffa, skont l-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha, il-qorti tar-rinviju tirrileva li diversi Stati Membri rrifjutaw li jwettqu trasferimenti minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u li, minħabba f’hekk, bejn Marzu u Ġunju 2020, l-Uffiċċju adotta deċiżjonijiet ta’ sospensjoni f’ <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> każ, li minnhom <FT TYPE="NUMBER">9303</FT> każ li fihom il-proċeduri ġudizzjarji kienu pendenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura jipprevedi li, fuq it-talba tal-qorti tar-rinviju jew, f’każijiet eċċezzjonali, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’, wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, jiddeċiedi li rinviju għal deċiżjoni preliminari għandu jiġi suġġett għal proċedura mħaffa meta n-natura tal-kawża tkun teżiġi li tiġi ttrattata f’qasir żmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċieda, fis‑7 ta’ Ġunju 2021, wara li nstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, li ma kienx hemm lok li tintlaqa’ t-talba msemmija fil-punt 29 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li l-proċedura mħaffa tikkostitwixxi strument proċedurali intiż sabiex jirrispondi għal sitwazzjoni ta’ urġenza straordinarja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑10 ta’ Marzu 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (Assigurazzjoni għall-mard komprensiva)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑247/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:177">EU:C:2022:177</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, in-numru kbir ta’ persuni jew ta’ sitwazzjonijiet legali potenzjalment ikkonċernati mid-domandi magħmula ma jistax, bħala tali, jikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali ta’ natura li tiġġustifika l-użu ta’ proċedura mħaffa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Caruter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑642/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:308">EU:C:2022:308</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-fatt, enfasizzat mill-qorti tar-rinviju, li diversi applikanti għal protezzjoni internazzjonali tqiegħdu f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ dik tal-applikanti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistax, waħdu, jiġġustifika l-użu ta’ din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm l-imsemmija proċedura setgħet tinbeda, f’sitwazzjoni eċċezzjonali ta’ kriżi, sabiex titneħħa inċertezza, malajr kemm jista’ jkun, li tippreġudika l-funzjonament tajjeb tas-sistema Ewropea tal-ażil (ara, f’dan is-sens, id-digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑15 ta’ Frar 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Jafari</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑646/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:138">EU:C:2017:138</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑15 ta’ Frar 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mengesteab</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑670/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:120">EU:C:2017:120</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), mill-provi mressqa mill-qorti tar-rinviju ma jirriżultax li l-funzjonament ta’ din is-sistema huwa mxekkel b’mod sinjifikattiv fl-istennija tar-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi magħmula.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel u t‑tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda tagħha fil-Kawżi C‑245/21 u C‑248/21, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 27(4) u l-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III għandhomx jiġu interpretati fis-sens li t-terminu ta’ trasferiment previst f’din l-aħħar dispożizzjoni jiġi interrott meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jadottaw, billi jibbażaw ruħhom fuq dan l-Artikolu 27(4), deċiżjoni revokabbli ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment, għar-raġuni li din l-eżekuzzjoni tkun materjalment impossibbli minħabba l-pandemija tal-COVID‑19.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III jipprevedi li t-trasferiment tal-persuna kkonċernata lejn l-Istat Membru responsabbli għandu jseħħ hekk kif ikun prattikament possibbli u, l-aktar tard fi żmien sitt xhur mill-aċċettazzjoni minn Stat Membru ieħor tat-talba biex jieħu inkarigu ta’ jew jieħu lura l-persuna kkonċernata jew tad-deċiżjoni finali wara appell jew reviżjoni fejn ikun hemm effett sospensiv skont l-Artikolu 27(3) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 29(2) tal-imsemmi regolament, jekk it-trasferiment ma jsirx fit-terminu ta’ sitt xhur, l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jinħeles mill-obbligi tiegħu li jieħu l-inkarigu ta’ jew jieħu lura lill-persuna kkonċernata u r-responsabbiltà għalhekk tiġi ttrasferita lill-Istat Membru rikjedent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għalkemm minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jiffavorixxi eżekuzzjoni rapida tad-deċiżjonijiet ta’ trasferiment, xorta jibqa’ l-fatt li din l-eżekuzzjoni tista’, f’ċerti każijiet, tiġi sospiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(3) tar-Regolament Dublin III jeżiġi għalhekk li l-Istati Membri joffru lill-persuni kkonċernati rimedju li jista’ jwassal għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fil-konfront tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprevedu jew, l-ewwel, li l-appell mid-deċiżjoni ta’ trasferiment jagħti lill-persuna kkonċernata d-dritt li tibqa’ fl-Istat Membru li jkun adotta din id-deċiżjoni fl-istennija tal-eżitu tal-appell tagħha jew, it-tieni, li, wara l-preżentata ta’ appell mid-deċiżjoni ta’ trasferiment, it-trasferiment jiġi sospiż awtomatikament matul terminu raġonevoli li matulu qorti tiddetermina jekk hemmx lok li jingħata effett sospensiv lil dan l-appell jew, it-tielet, li l-persuna kkonċernata jkollha l-possibbiltà li tippreżenta rikors intiż li jikseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment fl-istennija tal-eżitu tal-appell minn din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Dublin III jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> li jissospendu l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment fl-istennija tal-eżitu tal-appell minn din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-każ fejn is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 27(3) ta’ dan ir-regolament, l-Artikolu 29(1) tiegħu jipprovdi li t-terminu ta’ trasferiment ma jibdiex jiddekorri mill-aċċettazzjoni tat-talba għal teħid tal-inkarigu jew teħid lura, iżda, b’deroga, mid-deċiżjoni finali dwar l-appell mid-deċiżjoni ta’ trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalkemm l-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III ma jirreferix direttament għall-ipoteżi, li tirriżulta mill-Artikolu 27(4) ta’ dan ir-regolament, li fiha s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment tirriżulta minn deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta madankollu li, minħabba x-xebh tal-kliem użat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 28(3) u fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tal-imsemmi regolament kif ukoll minħabba l-fatt li dawn id-dispożizzjonijiet it-tnejn li huma għandhom l-għan li jiddeterminaw il-perijodu li matulu għandu jitwettaq it-trasferiment, l-imsemmija dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati bl-istess mod (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Settembru 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Khir Amayry</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑60/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:675">EU:C:2017:675</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, f’dak li jirrigwarda t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament Dublin III, li l-posponiment tal-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ trasferiment fil-każ fejn l-effett sospensiv jingħata konformement mal-Artikolu 27(3) ta’ dan ir-regolament huwa spjegat mill-fatt li, sakemm appell ippreżentat minn deċiżjoni ta’ trasferiment ikollu effett sospensiv, huwa, mid-definizzjoni tiegħu stess, impossibbli li jitwettaq it-trasferiment, li minħabba fih it-terminu previst għal dan il-għan jista’, f’dan il-każ, jibda jiddekorri biss meta t-twettiq tat-trasferiment futur ikun fil-prinċipju<?PAGE NO="9"?> miftiehem u li jkun fadal biss li jiġu rregolati l-modalitajiet tiegħu, jiġifieri mid-data li dan l-effett sospensiv jitneħħa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Settembru 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Khir Amayry</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑60/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:675">EU:C:2017:675</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, meta s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment fl-istennija tal-eżitu tal-appell minnha tirriżulta minn deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti, skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Dublin III, il-persuna kkonċernata mill-imsemmija deċiżjoni tkun tinsab f’sitwazzjoni kompletament paragunabbli għal dik ta’ persuna li l-appell tagħha jingħata effett sospensiv permezz tal-liġi jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(3) ta’ dan ir-regolament (ara, f’dan is-sens is-sentenza tat‑13 ta’ Settembru 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Khir Amayry</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑60/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:675">EU:C:2017:675</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk l-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III kellu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-awtorità kompetenti tagħmel użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 27(4) ta’ dan ir-regolament, it-terminu ta’ trasferiment għandu xorta waħda jiddekorri mill-aċċettazzjoni tat-talba għall-finijiet ta’ teħid tal-inkarigu jew ta’ teħid lura, din l-aħħar dispożizzjoni tiċċaħħad b’mod kunsiderevoli minn effett utli, peress li din ma tkunx tista’ tintuża mingħajr ir-riskju li jiġi ostakolat it-twettiq tat-trasferiment fit-termini stabbiliti mill-imsemmi regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Settembru 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Khir Amayry</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑60/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:675">EU:C:2017:675</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III għandu, bħat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tiegħu, jiġi interpretat fis-sens li, meta l-effett sospensiv tal-appell minn deċiżjoni ta’ trasferiment ikun ingħata konformement mal-Artikolu 27(4) ta’ dan ir-regolament, it-terminu ta’ trasferiment jibda jiddekorri mid-deċiżjoni definittiva fuq dan l-appell, b’tali mod li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment għandha sseħħ mhux iktar tard minn sitt xhur mid-deċiżjoni definittiva fuq l-imsemmi appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, tali soluzzjoni tista’ tapplika biss sa fejn id-deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment tkun ġiet adottata mill-awtoritajiet kompetenti fil-limiti tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Dublin III.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Sabiex jiġu ddeterminati l-limiti ta’ dan il-kamp ta’ applikazzjoni, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni kliem din id-dispożizzjoni, il-kuntest li minnu tagħmel parti u l-għanijiet li jridu jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li hija tagħmel parti minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑24 ta’ Marzu 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Autoriteit Persoonsgegevens</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑245/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:216">EU:C:2022:216</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu, fl-ewwel lok, jiġi enfasizzat li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 50 u 51 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Dublin III jirriżulta li l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija marbuta mill-qrib mal-eżerċizzju, mill-persuna kkonċernata, ta’ appell mid-deċiżjoni ta’ trasferiment, peress li s-sospensjoni deċiża minn dawn l-awtoritajiet għandha ssir <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>sakemm iseħħ l-eżitu tal-appell jew reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-kuntest li minnu jagħmel parti l-Artikolu 27(4) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni tagħmel parti mit-Taqsima IV tal-Kapitolu VI tal-imsemmi regolament, li hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Salvagwardji proċedurali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-imsemmija dispożizzjoni tinsab f’artikolu intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Rimedji<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u ssegwi paragrafu ddedikat għall-effett sospensiv tal-appell mid-deċiżjoni ta’ trasferiment, paragrafu li jikkompleta billi jawtorizza lill-Istati Membri jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jissospendu l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment f’każijiet fejn is-sospensjoni tiegħu wara l-preżentata ta’ appell la tirriżulta mill-effett tal-liġi, u lanqas minn dak ta’ deċiżjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif ġie rrilevat fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, mir-rabta stabbilita bejn l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Dublin III u l-Artikolu 29(1) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li l-effett sospensiv hekk mogħti jintemm neċessarjament meta tiġi adottata d-deċiżjoni definittiva fuq l-appell mid-deċiżjoni ta’ trasferiment, peress li l-Artikolu 29 ma jinkludix regoli intiżi sabiex jirregolaw il-komputazzjoni tat-terminu ta’ trasferiment fil-każ fejn is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment titneħħa mill-awtoritajiet kompetenti qabel jew wara tmiem l-appell ippreżentat minn din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, mill-premessi 4 u 5 tar-Regolament Dublin III jirriżulta li dan għandu l-għan li jistabbilixxi metodu ċar u operazzjonali, ibbażat fuq kriterji oġġettivi u ġusti, kemm għall-Istati Membru kif ukoll għall-persuni kkonċernati, sabiex jiġi ddeterminat b’mod rapidu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-proċeduri ta’ għoti ta’ tali protezzjoni u sabiex ma jiġix kompromess l-għan ta’ ħeffa fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali (sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Jawo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑163/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:218">EU:C:2019:218</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħaq dan l-għan ta’ ħeffa, il-leġiżlatur tal-Unjoni pprovda qafas għall-proċeduri ta’ teħid tal-inkarigu u ta’ teħid lura mwettqa b’applikazzjoni tar-Regolament Dublin III permezz ta’ numru ta’ termini imperattivi intiżi li jiggarantixxu li dawn il-proċeduri jiġu implimentati mingħajr dewmien mhux iġġustifikat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Novembru 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>X u X</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑47/17 u C‑48/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:900">EU:C:2018:900</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>B’mod partikolari, it-terminu ta’ sitt xhur għat-trasferiment stabbilit fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III għandu l-għan li jiżgura li l-persuna kkonċernata tiġi effettivament ittrasferita malajr kemm jista’ jkun lejn l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tagħha għal protezzjoni internazzjonali, filwaqt li jitħalla, fid-dawl tal-kumplessità prattika u tad-diffikultajiet ta’ organizzazzjoni li huma marbuta mal-implimentazzjoni tat-trasferiment ta’ din il-persuna, il-ħin meħtieġ għaż-żewġ Stati Membri kkonċernati sabiex jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jitwettaq dan it-trasferiment u, b’mod partikolari, għall-Istat Membru rikjedenti sabiex jistabbilixxi l-modalitajiet għat-twettiq tat-trasferiment (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Jawo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑163/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:218">EU:C:2019:218</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tal-effett interruttiv li tipproduċi s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment, ibbażata fuq l-Artikolu 27(4) ta’ dan ir-regolament, fuq it-terminu ta’ trasferiment, kif ġie espost fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni bħala li tawtorizza lill-Istati Membri jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jissospendu l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ trasferiment għal raġuni li ma għandhiex rabta diretta mal-protezzjoni ġudizzjarja tal-persuna kkonċernata tirriskja li ċċaħħad minn kwalunkwe effettività t-terminu għat-trasferiment stabbilit fl-Artikolu 29(1) tal-imsemmi regolament, li jinbidel it-tqassim tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri li jirriżultaw mir-Regolament Dublin III u li jiġi estiż b’mod sostenibbli l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar ukoll li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux l-intenzjoni li jissagrifika l-protezzjoni ġudizzjarja tal-persuni kkonċernati għar-rekwiżit ta’ ħeffa fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u, għall-kuntrarju, żviluppa b’mod sinjifikanti, permezz ta’ dan ir-regolament, il-garanziji proċedurali offruti lil dawn il-persuni fil-kuntest tas-sistema ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli żviluppata mil-leġiżlatur tal-Unjoni (sistema ta’ Dublin) (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Ġunju 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ghezelbash</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:409">EU:C:2016:409</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jitqies li sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment tista’ tiġi ordnata mill-awtoritajiet kompetenti, b’mod konformi mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Dublin III, biss meta ċ-ċirkustanzi ta’ din l-eżekuzzjoni jinvolvu li l-imsemmija persuna jkollha, sabiex tiżgura l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva tagħha, tiġi awtorizzata tibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru li jkun adotta l-imsemmija deċiżjoni sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni definittiva fuq dan l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li deċiżjoni revokabbli ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment minħabba li din l-eżekuzzjoni tkun materjalment impossibbli minħabba l-pandemija tal-COVID-19 ma tistax titqies li tista’ tiġi adottata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Dublin III, sa fejn din ir-raġuni ma għandhiex rabta diretta mal-protezzjoni ġudizzjarja tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Il-fatt, enfasizzat mill-qorti tar-rinviju u mill-Gvern Ġermaniż, li mid-dritt Ġermaniż jirriżulta li l-impossibbiltà materjali li ssir l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment hija ta’ natura li timplika l-illegalità ta’ din id-deċiżjoni, ma huwiex tali li jikkonfuta din il-konklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, in-natura revokabbli ta’ deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment teskludi li jiġi kkunsidrat li din is-sospensjoni ġiet ordnata sakemm jintemm l-appell mid-deċiżjoni ta’ trasferiment u bil-għan li tiġi ggarantita l-protezzjoni ġudizzjarja tal-persuna kkonċernata, peress li ma jistax jiġi eskluż li revoka tal-imsemmija sospensjoni sseħħ qabel l-eżitu ta’ dan l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi enfasizzat li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma qiesx li l-impossibbiltà materjali li titwettaq l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment kellha titqies li hija ta’ natura li tiġġustifika l-interruzzjoni jew is-sospensjoni tat-terminu ta’ trasferiment stabbilit fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’dan ir-regolament dan il-leġiżlatur ma inkluda ebda dispożizzjoni ġenerali li tipprevedi tali interruzzjoni jew tali sospensjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward ta’ ċerti każijiet frekwenti ta’ impossibbiltà materjali ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment, l-imsemmi leġiżlatur sempliċement ippreveda, fl-Artikolu 29(2) tal-imsemmi regolament, li t-terminu ta’ trasferiment jista’ jammonta sa massimu ta’ sena jekk it-trasferiment ma setax jitwettaq minħabba priġunerija tal-persuna kkonċernata jew sa massimu ta’ tmintax-il xahar jekk il-persuna kkonċernata tkun ħarbet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Issa, minbarra li din id-dispożizzjoni ma tipprevedix l-interruzzjoni jew is-sospensjoni tat-terminu ta’ trasferiment, iżda l-estensjoni tiegħu, għandu jitfakkar li din l-estensjoni hija ta’ natura eċċezzjonali u għalhekk għandha tiġi interpretata b’mod strett, u dan jeskludi l-applikazzjoni tagħha b’analoġija għal każijiet oħra ta’ impossibbiltà tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment<?PAGE NO="12"?> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑19 ta’ Marzu 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Jawo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑163/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:218">EU:C:2019:218</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑31 ta’ Marzu 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Tqegħid ta’ applikant għall-ażil fi sptar psikjatriku)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑231/21</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:237">EU:C:2022:237</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, barra minn hekk, li t-terminu għat-trasferiment ta’ sitt xhur previst fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III għandu jiġi applikat f’sitwazzjonijiet fejn il-persuna kkonċernata ma setgħetx tiġi ttrasferita minħabba l-istat ta’ saħħitha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>C. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑578/16 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:127">EU:C:2017:127</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) jew minħabba t-tqegħid tagħha forzat f’sala psikjatrika fi sptar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑31 ta’ Marzu 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Tqegħid ta’ applikant għall-ażil fi sptar psikjatriku)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑231/21</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:237">EU:C:2022:237</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux validament jinvokaw is-sistema applikabbli, skont id-dritt nazzjonali, fil-każ ta’ impossibbiltà materjali li jipproċedu għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment sabiex jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Dublin III u b’hekk jostakolaw l-applikazzjoni tat-terminu ta’ trasferiment stabbilit, sabiex tiġi żgurata l-ħeffa fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, fl-Artikolu 29(1) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, ir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda fil-Kawżi magħquda C‑245/21 u C‑248/21 għandha tkun li l-Artikolu 27(4) u l-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-terminu għat-trasferiment previst f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar ma huwiex interrott meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jadottaw, billi jibbażaw ruħhom fuq dan l-Artikolu 27(4), deċiżjoni revokabbli ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment, għar-raġuni li din l-eżekuzzjoni tkun materjalment impossibbli minħabba l-pandemija tal-COVID-19.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel u għat-tieni domanda fil-Kawżi magħquda C‑245/21 u C‑248/21, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tielet domanda f’dawn il-kawżi, peress li dawn saru mill-qorti tar-rinviju fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel u għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 27(4) u l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida,</HT></P><?PAGE NO="13"?><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">t-terminu għat-trasferiment previst f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar ma huwiex interrott meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jadottaw, billi jibbażaw ruħhom fuq dan l-Artikolu 27(4), deċiżjoni revokabbli ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment, għar-raġuni li din l-eżekuzzjoni tkun materjalment impossibbli minħabba l-pandemija tal-COVID-19.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>