|
5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
40 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 1259/2004
tat-8 ta' Lulju 2004
dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi diġà awtorizzati fl-għalf tal-bhejjem
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar addittivi fl-għalf tal-bhejjem (1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi li l-ebda addittiv ma jista’ jitpoġġa fiċ-ċirkolazzjoni sakemm ma jkunx ingħata l-awtorizzazzjoni tal-Komunità. |
|
(2) |
Fil-każ ta’ addittivi msemmija fil-Parti II ta’ l-Anness C tad-Direttiva 70/524/KEE, li tinkludi mikro-organiżmi u enżimi, awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ addittiv diġa awtorizzat tista’ tingħata jekk il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 3(a) huma sodisfatti. |
|
(3) |
L-użu tat-taħlita mikro-organiżmu ta’ Enterococcus faecium (DSM 10663/NCIMB 10415) kienet awtorizzata proviżorjament għat-tiġieġ għas-smin, għall-ewwel darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1636/1999 (3). |
|
(4) |
Data ġdida kienet sottomessa biex issaħħaħ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dan il-mikro-organiżmu. |
|
(5) |
L-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni sottomessa għar-rigward ta’ dan il-mikro-organiżmu, turi li l-kundizzjonijiet ipprovduti fid-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien huma sodisfatti. |
|
(6) |
L-użu ta’ dan il-mikro-organiżmu għat-tiġieġ għas-smin, speċifikat fl-Anness I, għandu għalhekk ikun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(7) |
L-użu tat-taħlita enżima ta’ endo-1,4-beta-glucanase, endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotta bit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 74 252) kienet awtorizzata proviżorjament għat-tiġieġ għas-smin, għall-ewwel darba, f’forma likwida bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/1998 (4), u f’forma mrammla bir-Regolament tal-Kummisjsoni (KE) Nru 937/2001 (5). |
|
(8) |
L-użu tat-taħlita enżima ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta bl-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94) kienet awtorizzata proviżorjament għat-tiġieġ għas-smin, għall-ewwel darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 654/2000 (6). |
|
(9) |
L-użu tat-taħlita enżima endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotta bill-Penicillium funiculosum (IMI SD 101) kienet awtorizzata proviżorjament għat-tiġieġ għas-smin, għall-ewwel darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/1999 (7). |
|
(10) |
L-użu tat-taħlita enżima endo-1.4-beta-xylanase prodotta bl-Aspergillus niger (CBS 520.94) kienet awtorizzata proviżorjament għat-tiġieġ għas-smin, għall-ewwel darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/1998 (4). |
|
(11) |
L-użu tat-taħlita enżima endo-1,4-beta-xylanase prodotta bill-Bacillus subtilis (LMG-S 15136) kienet awtorizzata proviżorjament għat-tiġieġ għas-smin, għall-ewwel darba, f’forma solida bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1353/2000 (8) u f’forma likwida bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2188/2002 (9). |
|
(12) |
Data ġdida kienet sottomessa biex issaħħaħ l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ kull wieħed minn dan it-taħlit enżima. |
|
(13) |
L-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni sottomessa għar-rigward ta’ kull waħda minn dawn it-taħlit enżima, turi li l-kundizzjonijiet ipprovduti fid-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien huma sodisfatti. |
|
(14) |
L-użu ta’ dan it-taħlit enżima għat-tiġiet għas-smin taħt il-kundizzjonijiet imniżżla fl- Annessi II, III, IV, V u VI għandu għalhekk ikun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(15) |
L-evalwazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċertu proċeduri għandhom ikunu meħtieġa biex iħarsu lill-ħaddiema milli jkunu esposti għall-addittivi mniżżla fl-Annessi. |
|
(16) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
It-taħlit li jaqa’ taħt il-grupp “Mikro-organiżmi” kif imniżżel fl-Anness I huwa awtorizzat għall-użu bħala addittiv f’nutrizzjoni ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
It-taħlit li jaqa’ taħt il-grupp “Enżimi” kif imniżżel fl-Annessi II, III, IV, V u VI huma awtorizzati għall-użu bħala addittiv f’nutrizzjoni ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk l-Annessi.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar it-8 ta' Lulju 2004.
Għall-Kummissjoni
David BYRNE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p.1.
(2) ĠU L 265, tat-3.10.2002, p.1.
(3) ĠU L 194, tas-27.7.1999, p.1.
(4) ĠU L 191, tas-7.7.1998, p.15.
(5) ĠU L 130, tat-12.5.2001, p.25.
(6) ĠU L 79, tat-30.3..2000, p.26.
(7) ĠU L 108, tas-27.4.1999, p.21.
ANNESS I
|
Nru KE |
Addittiv |
Formula Kimika, deskrizzjoni |
Speċji jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni |
||||||
|
CFU/kg ta’ l-għalf kollu ta’ l-annimali |
||||||||||||||
|
Mikro-organiżmi |
||||||||||||||
|
E 1707 |
Enterococcus faecium DSM 10663/NCIMB 10415 |
Taħlit ta’ Enterococcus faecium li jkollu minimu ta’
|
Tiġieġ għas-smin |
— |
1 x 109 |
1 x 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temperatura tal-ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall-pelleting. Jista’ jintuża f’sustanza ta’ għalf li fih il-coccidiostats permessi: diclazuril, halofuginone, lasalocid sodium, maduramicin ammonium, monensin sodium, robenidine. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||
ANNESS II
|
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem ta’ perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ l-għalf kollu ta’ l-annimali |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Enżimi |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
E 1602 |
|
Taħlit ta’ endo-1,4-beta-glucanase, endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodott bit- Trichoderma longibrachiatum (ATCC 74 252) li għandu attività minima ta’: Forma likwida u mrammla:
|
Tiġieġ għas-smin |
— |
endo-1,4-beta-glucanase: 400 U |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||||||||||||||||
|
endo-1,3(4)-beta-glucanase: 900 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
endo-1,4-beta-xylanase: 1 300 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||||
(1) 1 U huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 0,1 micromoles ta’ glukows minn carboxymethylcellulose pH 5,0 kull minuta u 40°C.
(2) 1 U huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 0,1 micromoles ta’ glukows minn xgħir beta-glucan pH 5,0 kull minuta u 40°C.
(3) 1 U huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 0,1 micromoles ta’ glukows mill-ħafur spelt xylan pH 5,0 kull minuta u 40°C.
ANNESS III
|
Nru KE |
Addittiv |
Formola kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ l-għalf kollu ta’ l-annimali |
||||||||||||||||||
|
Enżimi |
||||||||||||||||||
|
E 1603 |
Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 |
Taħlit ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti bl-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94) li fih attività minima ta’:
|
Tiġieġ għas-smin |
— |
10 FBG |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||
(1) 1 FBG huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 1 micromole ta’ reducing sugars (ekwivalenti tal-glukosju) mix-xgħir beta-glucan pH 5,0 kull minuta u 30° C.
ANNESS IV
|
Nru KE |
Addittiv |
Formola kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ l-għalf kollu ta’ l-annimali |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Enżimi |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
E 1604 |
|
Taħlit ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotti bil-Penicillium funiculosum (IMI SD 101) li fih attività minima ta’:
|
Tiġieġ għas-smin |
— |
|
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||||||||||||||||||||||
(1) 1 U huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 5,55 micromoles ta’ reducing sugars (ekwivalenti tal-maltosju) mix-xgħir beta-glucan pH 5,0 kull minuta u 50°C.
(2) 1 U huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 4,00 micromoles ta’ reducing sugars (ekwivalenti tal-maltosju) mill-birchwood xylan pH 5,5 kull minuta u 50 °C.
ANNESS V
|
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
Unitajiet ta' attività/kg ta’ l-għalf kollu ta’ l-annimali |
||||||||||||||||||
|
Enżimi |
||||||||||||||||||
|
E 1605 |
Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 |
Taħlit ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodott minn Aspergillus niger (CBS 520.94) li fih attività minima ta’:
|
Tiġieġ għas-smin |
— |
300 U |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||
(1) 1 U huwa l-ammont ta’ enżima li jillebera 1 micromole ta’ xylose mill-birchwood xylan pH 5,3 kull minuta u 50°C.
ANNESS VI
|
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem ta’ perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni |
||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ l-għalf kollu ta’ l-annimali |
||||||||||||||||
|
Enżimi |
||||||||||||||||
|
E 1606 |
Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 |
Taħlit ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta bil-Bacillus subtilis (LMG-S 15136) li fih attività minima ta’:
|
Tiġieġ għas-smin |
— |
10 IU |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||
(1) 1 IU huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 1 micromole ta’ reducing sugars (ekwivalenti tal-kulosju) mill-birchwood xylan pH 4,5 kull minuta u 30°C.