SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla)
10 ta’ Novembru 2022 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema pubblika ta’ kiri u ta’ użu kondiviż ta’ vetturi bil-mutur elettriċi – Distinzjoni tal-kunċetti ta’ “konċessjonijiet ta’ servizzi” u ta’ “kuntratti pubbliċi ta’ provvisti – Direttiva 2014/23/UE – Il-punt 5(b) tal-Artikolu 5 – Artikolu 20(4) – Kunċett ta’ “kuntratti mħallta” – Artikolu 8 – Determinazzjoni tal-valur ta’ konċessjoni ta’ servizzi – Kriterji – Artikolu 27 – Artikolu 38 – Direttiva 2014/24/UE – Il-punti 5 u 8 tal-Artikolu 2(1) – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 – Anness XXI – Possibbiltà li tiġi imposta kundizzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ attività professjonali speċifika taħt id-dritt nazzjonali – Impossibbiltà li din il-kundizzjoni tiġi imposta fuq il-membri kollha ta’ assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi – Regolament (KE) Nru 2195/2002 – Artikolu 1(1) – Obbligu ta’ riferiment esklużiv għall-“Vokabularju Komuni dwar l-Akkwisti” fid-dokumenti tal-konċessjoni – Regolament Nru 1893/2006 – Artikolu 1(2) – Impossibilità li jsir riferiment għan-“NACE Rev. 2” fid-dokumenti ta’ konċessjoni”
Fil-Kawża C‑486/21,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mid-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (il-Kummissjoni Nazzjonali ta’ Reviżjoni ta’ Kontroll tal-Proċeduri tal-Għoti tal-Kuntratti Pubbliċi, is-Slovenja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑2 ta’ Awwissu 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑9 ta’ Awwissu 2021, fil-proċedura
SHARENGO najem in zakup vozil d.o.o.
vs
Mestna Občina Ljubljana,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),
komposta minn N. Piçarra, li qiegħed jaġixxi bħala President tal-Awla, N. Jääskinen u M. Gavalec (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal Mestna občina Ljubljana, minn. R. Kokalj, odvetnik, |
|
– |
għall-Gvern Ċek, minn L. Halajová, M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch, bħala aġent, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn U. Babovič, M. Kocjan, A. Kraner, P. Ondrůšek u G. Wils, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1), il-punt 1(b) tal-Artikolu 5, l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikolu 8(1) u (2) kif ukoll l-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU 2014, L 94, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2015, L 114, p. 24 u fil-ĠU 2018, L 82, p. 17), kif emendata bir-Regolament Delegat (UE) 2019/1827 tal-Kummissjoni tat‑30 ta’ Ottubru 2019 (ĠU 2019, L 279, p. 23) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2014/23”), il-punti 5 u 9 tal-Artikolu 2(1), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(4), l-Artikolu 4(b) u (c), l-Artikolu 18(1) kif ukoll l-Artikolu 58(1) u (2) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68), kif emendata bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1828 tat‑30 ta’ Ottubru 2019 (ĠU 2019, L 279, p. 25) (iktar ’il quddiem “id-Direttiva 2014/24”), ir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti (CPV) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 5, p. 3), l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta’ l-istatistika (ĠU 2006, L 393, p. 1), kif ukoll l-Anness XXI għar-Regolament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 tal‑11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 842/2011 (ĠU 2015, L 296, p. 1, rettifika fil-ĠU 2017, L 172, p. 36). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn SHARENGO najem in zakup vozil, d. o. o., Preserje (iktar ’il quddiem “Sharengo”) u Mestna Občina Ljubljana (il-Komun Urban ta’ Ljubljana, is-Slovenja) (iktar ’il quddiem il-“Komun ta’ Ljubljana”) dwar il-pubblikazzjoni minn din tal-aħħar ta’ sejħa għal offerti intiża sabiex tagħżel konċessjonarju bil-għan li jiġi implementat proġett ta’ ħolqien u ta’ ġestjoni ta’ sistema pubblika ta’ kiri u ta’ kondiviżjoni ta’ vetturi elettriċi fit-territorju ta’ dan il-komun. |
Il‑kuntest ġuridiku
Id‑dritt tal‑Unjoni
Id‑Direttiva 2014/23
|
3 |
Il-premessi 1, 4, 8, 18, 20 u 52 tad-Direttiva 2014/23 jipprevedu:
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]
|
|
4 |
Intitolat “Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni”, l-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament jipprevedi: “1. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli dwar il-proċeduri għall-akkwist minn awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti permezz ta’ konċessjoni, li l-valur tagħha huwa stmat li huwa inqas mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 8. 2. Din id-Direttiva tapplika għall-għoti ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew servizzi, lil operaturi ekonomiċi minn:
[…]” |
|
5 |
Skont l-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Prinċipju ta’ trattament ugwali, nondiskriminazzjoni u trasparenza”: “1. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat. It-tfassil tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni, inkluż l-istima tal-valur, m’għandux isir bil-ħsieb li din tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew sabiex jagħti vantaġġ jew żvantaġġ mhux mistħoqq lil ċerti operaturi ekonomiċi jew ċerti xogħlijiet, provvisti jew servizzi. […]” |
|
6 |
Intitolat “Definizzjonijiet”, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/23 jipprevedi: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
7 |
Mill-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, intitolat “Limitu u metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ konċessjoni”, jirriżulta: “1. Din id-Direttiva tapplika għal konċessjonijiet li l-valur tagħhom huwa daqs jew aktar minn EUR 5350000. 2. Il-valur ta’ konċessjoni għandu jkun il-fatturat totali tal-konċessjonarju ġġenerat matul il-perijodu tal-kuntratt, in-nett tal-VAT, [minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)], kif stmat mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti, b’kont meħud tax-xogħlijiet u s-servizzi li jkunu s-suġġett tal-konċessjoni, kif ukoll il-fornimenti inċidentali ta’ tali xogħlijiet u servizzi. […] 3. Il-valur stmat tal-konċessjoni għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta’ metodu oġġettiv speċifikat fid-dokumenti tal-konċessjoni. Meta jikkalkolaw il-valur stmat tal-konċessjoni, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom, fejn applikabbli, iqisu b’mod partikolari:
[…]” |
|
8 |
Skont l-Artikolu 18 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Tul ta’ żmien tal-konċessjoni”: “1. It-tul ta’ żmien tal-konċessjonijiet għandu jkun limitat. L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tivvaluta t-tul ta’ żmien abbażi tax-xogħlijiet jew is-servizzi mitluba. 2. Għal konċessjonijiet li jdumu aktar minn ħames snin, il-tul ta’ żmien massimu tal-konċessjoni m’għandux jeċċedi ż-żmien li konċessjonarju jista’ jkun mistenni jieħu biex jiġbor l-investimenti mwettqa fl-operazzjonijiet tax-xogħlijiet jew tas-servizzi flimkien ma’ redditu raġonevoli fuq il-kapital investit b’kont meħud tal-investimenti li jkunu meħtieġa jiksbu l-objettivi kuntrattwali speċifiċi. L-investimenti li jkunu kkunsidrati għall-finijiet tal-kalkolu għandhom jinkludu kemm l-investimenti inizjali kif ukoll dawk ta’ matul il-ħajja tal-konċessjoni.” |
|
9 |
Intitolat “Kuntratti mħallta”, l-Artikolu 20 tal-istess direttiva jipprevedi: “[…] 2. Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari jkunu oġġettivament separabbli, għandhom japplikaw il-paragrafu 3 u 4. Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari ma jkunux oġġettivament separabbli, għandu japplika l-paragrafu 5. […] Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru diversi attivitajiet, li waħda minnhom tkun soġġetta jew għall-Anness II ta’ din id-Direttiva jew għad-Direttiva 2014/25/UE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU 2014, L 94, p. 243)], id-dispożizzjonijiet applikabbli għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 22 ta’ din id-Direttiva u mal-Artikolu 6 tad-Direttiva [2014/25], rispettivament. […] 4. Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li fihom elementi ta’ konċessjonijiet kif ukoll elementi ta’ kuntratti pubbliċi koperti mid-Direttiva [2014/24] jew kuntratti koperti mid-Direttiva [2014/25], il-kuntratt imħallat għandu jingħata f’konformità mad-Direttiva [2014/24] jew mad-Direttiva [2014/25] rispettivament. […]” |
|
10 |
Intitolat “Operaturi ekonomiċi”, l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2014/23 jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu: “Il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, inklużi assoċjazzjonijiet temporanji, jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri tal-għoti ta’ konċessjoni. Huma ma jistgħux jintalbu mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti biex ikollhom forma legali speċifika sabiex jippreżentaw offerta jew talba biex jipparteċipaw. Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jikkjarifikaw fid-dokumenti tal-konċessjoni kif il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fir-rigward tal-istatus ekonomiku u finanzjarju jew tal-kapaċità teknika u professjonali msemmija fl-Artikolu 38 dment li dan ikun iġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi u jkun proporzjonat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu termini standard dwar kif gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti. Kwalunkwe kondizzjoni għall-prestazzjoni ta’ konċessjoni minn tali gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, li huma differenti minn dawk imposti fuq parteċipanti individwali, għandhom ukoll ikunu ġġustifikati b’raġunijiet oġġettivi u proporzjonati.” |
|
11 |
Intitolat “Nomenklaturi”, l-Artikolu 27 ta’ din id-direttiva jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li: “Kwalunkwe referenza għan-nomenklaturi fil-kuntest tal-għoti ta’ konċessjonijiet għandha ssir billi jintuża l-‘Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi (CPV)’ kif adottat mir-Regolament [Nru 2195/2002].” |
|
12 |
Intitolat “Avviżi ta’ konċessjonijiet”, l-Artikolu 31 ta’ din id-direttiva jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu, li: “Avviżi ta’ konċessjoni għandu jkun fihom l-informazzjoni msemmija fl-Anness V u, fejn adatt, kull informazzjoni oħra meqjusa utli mill-awtorità jew l-entità kontraenti, skont il-format tal-formoli standard.” |
|
13 |
Intitolat “Informazzjoni li għandha tkun inkluża fl-avviżi tal- konċessjonijiet imsemmija fl-Artikolu 31”, l-Anness V tal-istess direttiva jipprevedi: “[…] 4. Deskrizzjoni tal-konċessjoni: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-firxa tas-servizzi, l-ordni tal-kobor jew il-valur indikattiv, u, fejn possibbli, it-tul tal-kuntratt. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott. Fejn ikun adatt, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe opzjonijiet. 5. Kodiċi CPV. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott. […] 7. Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi […]
|
|
14 |
Intitolat “Garanziji proċedurali”, l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2014/23 jipprevedi: “[…] 2. L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tipprovdi:
[…] 4. L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tikkomunika deskrizzjoni tal-organizzazzjoni prevista tal-proċedura u skadenza indikattiva għat-tlestija lill-parteċipanti kollha. Kwalunkwe modifika għandha tiġi kkomunikata lill-parteċipanti kollha u, jekk il-modifika tkun tikkonċerna elementi żvelati fl-avviż tal-konċessjoni, hija għandha tiġi rreklamata lill-operaturi ekonomiċi kollha. […]” |
|
15 |
Intitolat “Selezzjoni u valutazzjoni kwalittattiva tal-kandidati”, l-Artikolu 38 ta’ din id-direttiva jipprevedi: “1. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw il-kondizzjonijiet għal parteċipazzjoni relatati mal-kapaċità professjonali u teknika u l-istatus finanzjarju u ekonomiku tal-kandidati jew l-offerenti, abbażi ta’ awtodikjarazzjonijiet, referenza jew referenzi li għandhom jiġu ppreżentati bħala prova f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-avviż tal-konċessjoni li għandhom ikunu nondiskriminatorji u proporzjonati għas-suġġett tal-konċessjoni. Il-kondizzjonijiet għal parteċipazzjoni għandhom ikunu relatati u proporzjonati għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-kapaċità tal-konċessjonarju li jwettaq il-konċessjoni, b’kont meħud tas-suġġett tal-konċessjoni u l-fini li tiżgura kompetizzjoni ġenwina. 2. Bil-ħsieb li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1, operatur ekonomiku jista’, fejn xieraq u għal konċessjoni partikolari, jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, irrispettivament min-natura legali tar-rabtiet tiegħu magħhom. Fejn operatur ekonomiku jixtieq joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, huwa għandu jagħti prova lill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti li ser ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, matul il-perijodu tal-konċessjoni, ir-riżorsi neċessarji, pereżempju, billi jipproduċi impenn minn dawk l-entitajiet għal dak l-għan. Fir-rigward tal-qagħda finanzjarja, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ tirrikjedi li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli konġuntament għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt. 3. Taħt l-istess kondizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 26 jista’ jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra. […]” |
Id‑Direttiva 2014/24
|
16 |
Intitolat “Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni”, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2014/24 jipprevedi: “1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-proċeduri għall-akkwist mill-awtoritajiet kontraenti fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi kif ukoll tal-kompetizzjonijiet ta’ disinn, li l-valur tagħhom huwa stmat li mhuwiex inqas mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4. 2. Fis-sens ta’ din id-Direttiva l-akkwist [l-għoti ta’ kuntratt] huwa akkwist permezz ta’ kuntratt pubbliku ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand operaturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti, sew jekk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi huma maħsuba għal skop pubbliku u sew jekk le. […]” |
|
17 |
Intitolat “Definizzjonijiet”, l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprevedi: “1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: […]
[…]
[…]” |
|
18 |
L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Akkwist imħallat”, jipprevedi: “[…] 4. Fil-każ ta’ kuntratti li għandhom bħala s-suġġett tagħhom l-akkwist kopert b’din id-Direttiva kif ukoll akkwist mhux kopert b’din id-Direttiva, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għall-partijiet separati jew jagħtu kuntratt uniku. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għal partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema reġim legali japplika għal kwalunkwe wieħed minn tali kuntratti separati għandha tittieħed abbażi tal-karatteristiċi tal-parti separata kkonċernata. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt uniku, din id-Direttiva għandha, dment li ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 16, tapplika għall-kuntratt imħallat li jirriżulta, irrispettivament mill-valur tal-partijiet li kieku jaqgħu taħt reġim legali differenti u irrispettivament mil-liema reġim legali li dawk il-partijiet kienu jkunu soġġetti għalihom. F’każ ta’ kuntratti mħallta li jkun fihom elementi ta’ kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi u ta’ konċessjonijiet, il-kuntratt imħallat għandu jingħata skont din id-Direttiva, sakemm il-valur stmat tal-parti tal-kuntratt li tikkostitwixxi kuntratt kopert b’din id-Direttiva, ikkalkulat skont l-Artikolu 5, hu ugwali jew akbar mil-limitu rilevanti stipulat fl-Artikolu 4. […]” |
|
19 |
Intitolat “Limiti stabbiliti”, l-Artikolu 4 tal-istess direttiva jipprevedi, fl-ewwel paragrafu tiegħu: “Din id-Direttiva għandha tapplika għall-akkwisti li l-valur stmat tagħhom barra t-taxxa fuq il-valur miżjud [TVA] huwa daqs jew aktar mil-limiti stabbiliti li ġejjin: […]
[…]” |
|
20 |
L-Artikolu 18 ta’ din id-direttiva jistabbilixxi l-“[p]rinċipji tal-akkwist”. |
|
21 |
Intitolat “Nomenklaturi”, l-Artikolu 23 ta’ din id-direttiva jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li: “Kwalunkwe referenza għan-nomenklaturi fil-kuntest tal-akkwist pubbliku għandha ssir billi jintuża l-Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi (CPV) kif adottat mir-Regolament [Nru 2195/2002].” |
|
22 |
Intitolat “Forma u manjiera ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi”, l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2014/24 jipprevedi, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu: “L-avviżi msemmija fl-Artikoli 48, 49 u 50 għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness V fil-format ta’ forom standard, inklużi forom standard għal rettifiki.” |
|
23 |
Intitolat “Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviżi”, l-Anness V ta’ din id-direttiva jinkludi Parti C, iddedikata għall-“[i]nformazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar kuntratti (kif imsemmija fl-Artikolu 49)”, li l-punt 7 tiegħu jipprevedi: “[…]
|
|
24 |
Taħt it-titolu “Kriterji ta’ għażla”, l-Artikolu 58 tal-imsemmija direttiva jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu: “1. Kriterji ta’ għażla jistgħu jirreferu għal:
Bħala rekwiżiti għall-parteċipazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jimponu biss il-kriterji msemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4 dwar l-operaturi ekonomiċi. Huma għandhom jillimitaw kwalunkwe rekwiżit għal dawk li huma addati biex jiġi żgurat li kandidat jew offerent għandu l-kapaċitajiet legali u finanzjarji u l-kapaċitajiet tekniċi u professjonali li jwettaq il-kuntratt li għandu jingħata. Ir-rekwiżiti kollha għandhom ikunu relatati u proporzjonati mas-suġġett tal-kuntratt. 2. Fir-rigward tal-adattabilità għat-twettiq tal-attività professjonali, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jkunu rreġistrati f’wieħed mir-reġistri professjonali jew kummerċjali miżmuma fl-Istati Membri ta’ stabbiliment tagħhom, kif spjegat fl-Anness XI jew biex jikkonformaw ma’ kwalunkwe talba oħra stabbilita f’dak l-Anness. Fil-proċeduri tal-akkwist għal servizzi, sa fejn l-operaturi ekonomiċi jrid ikollhom awtorizzazzjoni partikolari jew ikunu membri ta’ organizzazzjoni partikolari sabiex ikunu jistgħu jwettqu s-servizz ikkonċernat fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, l-awtorità kontraenti tista’ titlobhom jagħtu prova li għandhom awtorizzazzjoni jew sħubija bħal din.” |
|
25 |
L-Anness XI tal-istess direttiva intitolat “Reġistri” jipprevedi: “Ir-reġistri professjonali u tan-negozji u d-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati korrispondenti għal kull Stat Membru huma:
|
Ir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 2015/1986
|
26 |
L-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/1986 jipprevedi: “L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jużaw, għall-pubblikazzjoni tal-avviżi msemmija fl-Artikoli 31, 32 u 43 tad-Direttiva [2014/23] f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-formoli standard stipulati fl-Annessi XI, XVI, XX, XXI u XXII ta’ dan ir-Regolament.” |
|
27 |
Il-formola standard li tinsab fil-punti II.1.1 (II.) sa II.1.4), II.2.1), II.2.2) u II.2.4) ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni, tobbliga lill-awtorità kontraenti tippreċiża, fl-avviż ta’ konċessjoni, rispettivament it-titolu tal-kuntratt, il-kodiċi CPV prinċipali, it-tip ta’ kuntratt, deskrizzjoni fil-qosor, iċ-CPV addizzjonali u d-deskrizzjoni tas-servizzi. |
|
28 |
L-Anness XXI tal-imsemmi regolament ta’ implimentazzjoni jinkludi formola standard li hija relatata mal-“[a]vviżi ta’ konċessjoni”, fis-sens tad-Direttiva 2014/23, li l-punt III.1.1 tagħha jaqra kif ġej: “Idoneità għall-attività professjonali, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali [:] Lista u deskrizzjoni fil-qosor ta’ kondizzjonijiet, indikazzjonijiet ta’ informazzjoni u tad-dokumentazzjoni meħtieġa.” |
Ir‑Regolament Nru 2195/2002
|
29 |
Il-premessi 1 u 3 tar-Regolament Nru 2195/2002 jistabbilixxu:
[…]”
|
|
30 |
L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2195/2002 jistabbilixxi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu: “1. Sistema ta’ klassifikazzjoni waħda li tgħodd għall-akkwist pubbliku, magħrufa bħala ‘l-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist’ jew ‘CPV’ huwa hawnhekk stabbilit. 2. It-test tas-CPV huwa mniżżel fl-Anness I.” |
Ir-Regolament Nru 1893/2006
|
31 |
Intitolat “Suġġett u ambitu”, l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1893/2006 jipprevedi: “1. Dan ir-Regolament jistabblixxi klassifikazzjoni komuni ta’ l-istatisitka fir-rigward ta’ l-attivitajiet ekonomiċi [fl-Unjoni], minn hawn ’il quddiem imsejjħa n-‘NACE Rev.1’. Din il-klassifikazzjoni tiżgura li l-klassifikazzjonijiet [tal-Unjoni] huma rilevanti għar-realtà ekonomika u ttejjeb il-komparabilità bejn il-klassifikazzjonijiet nazzjonali, tal-[tal-Unjoni] u internazzjonali u, b’hekk, ta’ l-istatistika nazzjonali, tal-[tal-Unjoni] u internazzjonali. 2. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-użu tal-klassifikazzjonijiet għal għanijiet ta’ statistika.” |
Id‑dritt Sloven
|
32 |
Iz-Zakon o nekaterih koncesijskih pogodbah (il-Liġi Dwar Ċerti Kuntratti ta’ Konċessjoni) (Uradni list RS, Nru 9/2019), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, tirregola ċerti kuntratti ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u ta’ servizzi ta’ valur stmat mingħajr VAT ogħla jew ugwali għal dak previst fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/23. |
Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari
|
33 |
Matul l‑2020, il-Komun ta’ Ljubljana ddeċieda li jibda proċedura ta’ għoti ta’ konċessjoni għall-ħolqien u l-ġestjoni, fit-territorju tiegħu, ta’ servizz ta’ kiri u ta’ kondiviżjoni ta’ vetturi elettriċi. Il-valur totali tal-proġett kien stmat għal EUR 14989000 mingħajr VAT, peress li l-kontribuzzjoni finanzjarja tas-sieħeb privat kienet stmata għal EUR 14570000 mingħajr VAT u dak tal-Komun għal EUR 36000 mingħajr VAT. |
|
34 |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tas-sieħeb privat kellha tinqasam kif ġej: flotta eżistenti ta’ vetturi elettriċi: EUR 5000000; teknoloġija eżistenti: EUR 1500000; persunal u żvilupp: EUR 1400000; akkwist ta’ vetturi elettriċi ġodda matul il-konċessjoni: EUR 6250000; titjib tal-postijiet għall-parkeġġ: EUR 180000; ħolqien ta’ stazzjonijiet ta’ rikarika: EUR 240000. |
|
35 |
Id-dokumenti relatati mal-kuntratt inkwistjoni jużaw il-kodiċi prinċipali CPV 60100000. Barra minn hekk, skont il-“Kontribuzzjonijiet tal-konċedent u tal-konċessjonarju”, huwa previst li “[…]d-dħul mit-taxxi għall-postijiet ta’ parkeġġ u stazzjonijiet ta’ rikarika kif ukoll mit-taxxi tal-parkeġġ għandhom jitqiesu bħala l-kontribuzzjoni tal-konċedent għall-implimentazzjoni tal-proġett” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
36 |
Barra minn hekk, fl-“Istruzzjonijiet għall-preżentazzjoni ta’ offerta” tiegħu, il-Komun ta’ Ljubljana, sabiex jiddeskrivi s-“suġġett tar-relazzjoni ta’ konċessjoni”, indika li l-implimentazzjoni tal-proġett ta’ ħolqien u ta’ ġestjoni ta’ sistema pubblika ta’ kiri u ta’ kondiviżjoni ta’ vetturi elettriċi kienet tkopri:
L-obbligi prinċipali tal-konċessjonarju:
|
|
37 |
Minn dawn l-istruzzjonijiet jirriżulta wkoll li l-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu jipproteġi l-ambjent u jsaħħaħ l-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikolari bl-adozzjoni ta’ kunċetti ta’ mobbiltà sostenibbli. Fl-aħħar l-imsemmija istruzzjonijiet jipprevedu, bħala “raġunijiet ta’ esklużjoni”, l-obbligu għal kandidat li jiġi rreġistrat sabiex jeżerċita, fil-klassifikazzjoni standard nazzjonali tal-attivitajiet, l-attività 77.110 (Kiri u leasing ta’ karozzi u ta’ vetturi bil-mutur ħfief) (iktar ’il quddiem l-“attività 77.110”), filwaqt li huwa ppreċiżat li, fil-każ ta’ offerta ppreżentata fi sħubija, il-kundizzjoni għandha tiġi ssodisfatta minn kull wieħed mill-imsieħba. |
|
38 |
Fis‑17, 18 u 19 ta’ Frar 2021, Sharengo għamlet, permezz tal-portal tal-kuntratti pubbliċi, diversi mistoqsijiet marbuta mas-sejħa għal offerti u indikat li ċerti rekwiżiti tal-Komun ta’ Ljubljana kienu jiksru l-leġiżlazzjoni Slovena dwar is-sħubijiet pubbliċi-privati kif ukoll dik li tirregola l-kuntratti pubbliċi. |
|
39 |
Sa mid‑19 ta’ Frar 2021, u għalhekk anki qabel l-iskadenza tat-terminu li kellu dan il-komun sabiex iwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet, Sharengo ressqet talba għal reviżjoni quddiem l-imsemmi komun. Hija sostniet b’mod partikolari li, peress li s-suġġett tal-kuntratt jinkludi t-twettiq ta’ investimenti li ma humiex direttament marbuta mal-kiri u mal-kondiviżjoni ta’ vetturi elettriċi, ir-rekwiżit li l-imsieħba kollha jkunu rreġistrati għall-attività 77.110 kien sproporzjonat u diskriminatorju. Tali rekwiżit jirrestrinġi l-kompetizzjoni u jipprekludi l-kooperazzjoni ma’ msieħba stabbiliti barra mill-pajjiż. Għaldaqstant, Sharengo talbet l-annullament tad-diversi kundizzjonijiet, kriterji u rekwiżiti u, sussidjarjament, il-proċedura ta’ sejħa għal offerti kollha. |
|
40 |
Permezz ta’ deċiżjoni tat‑2 ta’ Marzu 2021, il-Komun ta’ Ljubljana ċaħad din it-talba għal reviżjoni minħabba n-natura prematura tagħha. |
|
41 |
Madankollu, il-mistoqsijiet ta’ Sharengo wasslu lill-Komun ta’ Ljubljana sabiex jippreċiża li r-rekwiżit li jiġi inkluż fl-attività 77.110 għandu jiġi ssodisfatt mill-kandidat u li, fil-każ ta’ offerta ppreżentata fi sħubija, din għandha tiġi ssodisfatta minn kull wieħed mill-imsieħba peress li l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ sħubija tistabbilixxi bejniethom responsabbiltà in solidum. Min-naħa l-oħra, l-operaturi ekonomiċi l-oħra implikati fid-dikjarazzjoni tal-kandidat ma għandhomx bżonn jissodisfaw il-kundizzjoni. Barra minn hekk, jekk l-operaturi ekonomiċi ma humiex imniżżla fir-reġistru tal-kummerċ jew professjonali tar-Repubblika tas-Slovenja, il-konċedent għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-klassifikazzjoni li, skont id-deskrizzjoni tagħha, tikkorrispondi mas-suġġett tal-kuntratt. |
|
42 |
Peress li ċaħdet it-talba għal reviżjoni ta’ Sharengo, il-Komun ta’ Ljubljana kellu jibgħatha għal eżami lid-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (il-Kummissjoni Nazzjonali ta’ Kontroll tal-Proċeduri tal-Għoti ta’ Kuntratti Pubbliċi, is-Slovenja), li dan għamlet fit‑8 ta’ Marzu 2021. |
|
43 |
Fuq stedina ta’ din tal-aħħar, il-Lomun ta’ Ljubljana indika, f’ittra tas‑7 ta’ April 2021, l-ewwel, li l-Liġi dwar Ċerti Kuntratti ta’ Konċessjoni ma kinitx tapplika għaliex il-limitu għall-applikazzjoni tagħha ma kienx intlaħaq, peress li l-valur stmat tal-konċessjoni kien ta’ EUR 3108103 mingħajr VAT. Barra minn hekk, il-komun ma jħallasx direttament korrispettiv għall-operat tal-konċessjoni. Fil-fatt, jillimita ruħha, minn naħa, li jirrinunzja għad-drittijiet ta’ parkeġġ fuq il-postijiet ta’ parkeġġ li ser jintużaw għas-servizz inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-ammont tiegħu jammonta għal EUR 3430328 mingħajr VAT u, min-naħa l-oħra, li jħallas l-ispejjeż tal-manutenzjoni regolari ta’ dawn il-postijiet, għal valur stmat ta’ EUR 84375 mingħajr VAT. Fl-aħħar, il-komun jibbenefika mid-dħul mit-taxxi annwali għall-postijiet ta’ parkeġġ sal-ammont ta’ valur stmat ta’ EUR 345000 mingħajr VAT u tat-taxxi għall-boroż ta’ rikarika sal-ammont ta’ valur stmat ta’ EUR 62000 mingħajr VAT. It-tieni, l-għan tal-komun ta’ Ljubljana huwa li jinħoloq servizz ta’ kiri u ta’ kondiviżjoni ta’ vetturi elettriċi u mhux li jakkwista merkanzija. It-tielet, dan il-komun qies, fid-dawl tat-tqassim previst tar-riskji, li l-kodiċi CPV magħżul, li jikkonċerna l-kiri ta’ oġġetti, jista’ jkun qarrieqi. Fil-fatt, sistema ta’ kondiviżjoni ta’ vetturi elettriċi tmur lil hinn mis-sempliċi kiri ta’ vettura elettrika u tinkludi servizz komplet tal-funzjonament tas-sistema ta’ kondiviżjoni li huwa, fil-kontenut u kunċettwalment, usa’ mis-sempliċi kiri ta’ vettura. |
|
44 |
Preliminarjament, id-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (il-Kummissjoni Nazzjonali ta’ Kontroll tal-Proċeduri ta’ Għoti ta’ Kuntratti Pubbliċi) tfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li hija għandha l-kwalità ta’ “qorti nazzjonali”, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, fis-sentenzi tat‑8 ta’ Ġunju 2017, Medisanus (C‑296/15, EU:C:2017:431, punti 34 sa 38) u tal‑10 ta’ Settembru 2020, Tax-Fin-Lex (C‑367/19, EU:C:2020:685). Din il-qorti żżid li, meta, bħal fil-kawża prinċipali, it-talba għal reviżjoni tirrigwarda l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, li jkopru, minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt fil-veru sens tal-kelma id-dokumentazzjoni relatata mal-għoti tal-kuntratt jew tal-konċessjoni, hija għandha tiddeċiedi bħala “qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra d-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali”, fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE. |
|
45 |
F’dan il-każ, il-kompetenza tal-qorti tar-rinviju sabiex tiddeċiedi l-kawża prinċipali tiddependi fuq il-punt dwar jekk ir-relazzjoni kuntrattwali futura bejn il-komun u l-operatur ekonomiku tistax tiġi kklassifikata bħala “konċessjoni ta’ servizzi”, fis-sens tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/23, jew bħala “kuntratt pubbliku”, fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24. |
|
46 |
F’din il-perspettiva, din il-qorti tqis li għandha quddiemha tliet diffikultajiet ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. |
|
47 |
Fl-ewwel lok, hija tistaqsi dwar il-modalitajiet ta’ determinazzjoni tal-valur stmat ta’ konċessjoni ta’ servizzi. Hija tirrileva, f’dan ir-rigward, li l-Komun ta’ Ljubljana qies li l-kontribuzzjoni finanzjarja tas-sieħeb privat kienet tammonta għal EUR 14570000 mingħajr VAT filwaqt li l-kontribuzzjoni tiegħu kienet ta’ EUR 36000 mingħajr VAT. Din l-istima hija madankollu żbaljata peress li, kif jirriżulta mill-punt 43 ta’ din is-sentenza, dan il-komun ammetta li l-kontribuzzjoni tiegħu tammonta għal EUR 3108103 mingħajr VAT. L-investiment tal-imsemmi komun jaqbeż, konsegwentement, il-limiti previsti fl-Artikolu 4(b) u (ċ) tad-Direttiva 2014/24, iżda mhux il-limitu ta’ EUR 5350000 stabbilit mill-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/23. |
|
48 |
Madankollu, peress li l-valur stmat tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-imsieħeb privat huwa ta’ EUR 14570000 mingħajr VAT, huwa loġiku li d-dħul ta’ dan tal-aħħar, li jipprova jagħmel profitt bl-implimentazzjoni tal-proġett, jammonta tal-inqas għal EUR 14977000 mingħajr VAT, sabiex ikopri l-investimenti kollha u l-ħlas tat-taxxi annwali għall-postijiet ta’ parkeġġ u t-taxxi ta’ tiġdid għall-istazzjonijiet ta’ rikarika. Jekk ikun il-każ, anki li kieku kellu jiġi eskluż minn dan il-kalkolu l-investiment ta’ EUR 5000000 mingħajr VAT fil-flotta eżistenti ta’ vetturi elettriċi, il-kontribuzzjoni tas-sieħeb privat tibqa’ ogħla mil-limitu ta’ EUR 5350000 mingħajr VAT. |
|
49 |
Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, minn naħa, jekk il-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandux l-għan li jagħti lill-Komun ta’ Ljubljana provvisti jew li jagħti lill-parti kontraenti tiegħu l-provvista u l-ġestjoni tas-servizzi u, min-naħa l-oħra, jekk il-Kodiċi CPV magħżul mill-awtorità kontraenti fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew tal-konċessjoni jistax ikollu influwenza fuq il-klassifikazzjoni ta’ kuntratt. |
|
50 |
Peress li r-relazzjoni kuntrattwali futura bejn il-komun u l-operatur ekonomiku tidher li tassoċja kemm elementi ta’ kuntratt pubbliku għal provvisti fis-sens tal-punt 8 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24 kif ukoll elementi ta’ konċessjoni ta’ servizzi fis-sens tal-punt 1(b) Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/23, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk din ir-relazzjoni kuntrattwali futura għandhiex tiġi kklassifikata bħala “kuntratt imħallat”, fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2014/24. |
|
51 |
Fit-tielet lok, din il-qorti tistaqsi dwar il-possibbiltà għall-Komun ta’ Ljubljana li jirrikjedi li kull wieħed mill-imsieħba jissodisfa l-kundizzjoni ta’ reġistrazzjoni tal-attività 77.110, mingħajr ma jikser l-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2014/23 jew l-Artikolu 58(1) u (2) tad-Direttiva 2014/24, flimkien mal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni. Dan ir-rekwiżit għandu b’mod partikolari l-konsegwenza li imprenditur ikun jista’ jibda jeżerċita l-attività tiegħu biss wara li jkun irreġistra mal-Agencija Republike Slovenije za javnopravne evidence in storitve (l-Aġenzija tar-Repubblika tas-Slovenja Inkarigata mill-Ġestjoni tar-Reġistri Pubbliċi u s-Servizzi Relatati) fir-reġistru tal-kummerċ tar-Repubblika ta’ Slovenja. |
|
52 |
Il-qorti tar-rinviju tirrileva, f’dan ir-rigward, li, filwaqt li l-Artikolu 58(1) u (2) tad-Direttiva 2014/24 jippermetti lill-awtorità kontraenti tirrikjedi li l-operaturi ekonomiċi jkunu rreġistrati f’wieħed mir-reġistri professjonali u tal-kummerċ li huma miżmuma fl-Istat Membru ta’ stabbiliment, il-kunċett ta’ “attività professjonali” ma jidhirx fid-Direttiva 2014/23. Dan is-silenzju tal-Artikolu 38(1) ta’ din id-direttiva jista’ wkoll jiġi interpretat bħala projbizzjoni għall-awtorità kontraenti li tistabbilixxi kundizzjoni li tikkonċerna l-attività professjonali kif ukoll bħala awtorizzazzjoni taċita li tiġi inkluża tali kundizzjoni. Din l-aħħar interpretazzjoni tidher inċidentalment akkreditata mill-punt 7(c) tal-Anness V tal-imsemmija direttiva, kif ukoll mill-punt III.1.1 tal-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/1986. |
|
53 |
Din il-qorti tosserva wkoll li l-Komun ta’ Ljubljana ma kienx irrikjeda li l-kundizzjoni ta’ parteċipazzjoni marbuta mal-“attività professjonali” tkun issodisfatta mill-operaturi ekonomiċi li huma f’relazzjoni ta’ subordinazzjoni, bħas-subappaltaturi, iżda biss mill-operaturi ekonomiċi li jinsabu mal-operaturi ekonomiċi l-oħra f’relazzjoni ta’ koordinazzjoni, bħall-membri ta’ grupp ta’ operaturi ekonomiċi minħabba li dawn ikunu marbuta b’responsabbiltà in solidum. Tali rekwiżit huwa madankollu dissważiv għall-operaturi ekonomiċi li ma humiex irreġistrati sabiex jeżerċitaw l-attività 77.110 jew l-attivitajiet ekwivalenti tal-klassi 77.11 tan-nomenklatura NACE Rév. 2, fis-sens tar-Regolament Nru 1893/2006, iżda li jixtiequ jassoċjaw ruħhom ma’ operatur ekonomiku wieħed jew iktar li jistgħu jeżerċitaw din l-attività. |
|
54 |
Huwa f’dan il-kuntest li d-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (il-Kummissjoni Nazzjonali ta’ Kontroll tal-Proċeduri ta’ Għoti tal-Kuntratti Pubbliċi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin, filwaqt li ġie ppreċiżat li t-tieni sas-seba’ domanda huma bbażati fuq il-premessa li d-Direttiva 2014/23 hija applikabbli għall-kawża prinċipali u li t-tmien, l-għaxar u l-ħdax-il domanda saru biss b’mod sussidjarju, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi li ma hijiex applikabbli d-Direttiva 2014/24:
|
Fuq id‑domandi preliminari
Fuq l‑ewwel, it‑tieni, it‑tmien u d‑disa’ domanda
|
55 |
Permezz tal-ewwel, it-tieni, it-tmien u d-disa’ domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/23 għandux jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi “konċessjoni ta’ servizzi” l-operazzjoni li permezz tagħha awtorità kontraenti għandha l-intenzjoni li tafda l-ħolqien u l-amministrazzjoni ta’ servizz ta’ kiri u ta’ kondiviżjoni ta’ vetturi elettriċi lil operatur ekonomiku li l-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu hija fil-parti l-kbira allokata għall-akkwist ta’ dawn il-vetturi, u li fiha d-dħul ta’ dan l-operatur ekonomiku ġej essenzjalment mit-tariffi mħallsa mill-utenti ta’ dan is-servizz. |
|
56 |
Permezz ta’ dawn id-domandi, il-qorti tar-rinviju titlob preċiżazzjonijiet fir-rigward tad-distinzjoni bejn il-kunċetti ta’ konċessjoni u ta’ kuntratt pubbliku, peress li l-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tagħhom jistgħu jikkoinċidu. Dan huwa, barra minn hekk, wieħed mill-għanijiet segwiti mid-Direttiva 2014/23, li l-premessa 18 tagħha tipprevedi li hija intiża sabiex tiċċara d-definizzjoni tal-konċessjoni. |
|
57 |
F’dan ir-rigward, kemm il-kunċett ta’ “kuntratt pubbliku”, fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24, kif ukoll dak ta’ “konċessjoni”, fis-sens tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/23, huma kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni u għandhom, għalhekk, jiġu interpretati b’mod uniformi fit-territorju ta’ din tal-aħħar. Minn dan isegwi li l-klassifikazzjoni legali mogħtija lil kuntratt mid-dritt ta’ Stat Membru ma hijiex rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk dan il-kuntratt jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ waħda jew oħra minn dawn id-direttivi u li l-kwistjoni dwar jekk kuntratt għandux jiġi kklassifikat bħala konċessjoni jew bħala kuntratt pubbliku għandha tiġi evalwata esklużivament fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑18 ta’ Jannar 2007, Auroux et, C‑220/05, EU:C:2007:31, punt 40; tat‑18 ta’ Lulju 2007, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja, C‑382/05, EU:C:2007:445, punt 31, kif ukoll tal‑10 ta’ Novembru 2011, Norma-A u Dekom, C‑348/10, EU:C:2011:721, punt 40). |
|
58 |
Il-punt 5 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24 jiddefinixxi “kuntratti pubbliċi” bħala “kuntratti b’titolu oneruż konklużi bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar u li għandhom bħala s-suġġett tagħhom l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvista ta’ prodotti jew il-provvista ta’ servizzi.” Barra minn hekk, l-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva jipprevedi li “l-akkwist [l-għoti ta’ kuntratt] huwa akkwist permezz ta’ kuntratt pubbliku ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand operaturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti, sew jekk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi huma maħsuba għal skop pubbliku u sew jekk le”. |
|
59 |
Dwar il-kunċett ta’ “konċessjoni ta’ servizzi”, dan huwa mfisser fil-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/23 bħala “kuntratt b’interess pekunjarju konkluż bil-miktub, li permezz tiegħu awtorità kontraenti jew entità kontraenti waħda jew aktar tafda l-forniment u l-ġestjoni ta’ servizzi li mhumiex twettiq ta’ xogħlijiet kif imsemmi fil-punt (a) lil operatur ekonomiku wieħed jew aktar, meta l-konsiderazzjoni għal din tkun tikkonsisti unikament fid-dritt ta’ sfruttament tas-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt jew f’dak id-dritt flimkien ma’ ħlas.” Konsegwentement u hekk kif tispeċifika t-tieni paragrafu tal-imsemmi punt “[l]-għoti ta’ konċessjoni ta’ xogħlijiet jew servizzi għandu jinvolvi t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ riskju operattiv fl-isfruttament ta’ dawk ix-xogħlijiet jew servizzi, li jinkludi riskju ta’ domanda jew ta’ disponibbiltà jew tat-tnejn. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi r-riskju operattiv, f’kondizzjonijiet ta’ operazzjoni normali, meta ma jkunx garantit li jirkupra l-investimenti magħmula jew l-ispejjeż imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni. Il-parti tar-riskju ttrasferita lill-konċessjonarju għandha tinvolvi esponiment reali għall-inċertezzi tas-suq, b’tali mod li kwalunkwe telf potenzjali stmat imġarrab mill-konċessjonarju m’għandux ikun biss nominali jew negliġibbli”. |
|
60 |
Mill-paragun ta’ dawn id-definizzjonijiet jirriżulta li konċessjoni ta’ servizzi hija distinta minn kuntratt pubbliku permezz tal-għoti lill-konċessjonarju tad-dritt, possibbilment flimkien ma’ prezz, li jopera s-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni, peress li l-konċessjonarju jkollu, fil-kuntest tal-kuntratt konkluż, ċerta libertà ekonomika sabiex jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-operat tas-servizzi li jingħatawlu u li jassumi, fl-istess ħin, ir-riskju marbut mal-operat tal-imsemmija servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Lulju 2016, Promoimpresa et, C‑458/14 u C‑67/15, EU:C:2016:558, punt 46). |
|
61 |
Għaldaqstant, bla ħsara, kif jipprevedi l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/23, li l-valur stmat ta’ konċessjoni ma jkunx inqas mil-limiti previsti fl-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, is-sempliċi trasferiment lill-konċessjonarju tar-riskju marbut mal-operat ta’ servizzi huwa biżżejjed sabiex jikkaratterizza konċessjoni għal servizzi, fis-sens tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva. F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-operatur ekonomiku ma tkunx l-istess bħal dik tal-awtorità kontraenti. |
|
62 |
F’dan il-każ, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, il-Komun ta’ Ljubljana bl-ebda mod ma għandu l-intenzjoni li jipproteġi lill-konċessjonarju kontra kull riskju ta’ telf. Ċertament, dan il-komun indika, minn naħa, li kien ser jirrinunzja milli jirċievi s-somma li tikkorrispondi għad-drittijiet ta’ parkeġġ fil-postijiet għall-ipparkjar li ser jintużaw għas-servizz ta’ kiri u ta’ kondiviżjoni ta’ vetturi elettriċi u, min-naħa l-oħra, li kien ser jieħu responsabbiltà għall-ispejjeż ta’ manutenzjoni regolari tal-postijiet ta’ parkeġġ imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-operatur ekonomiku. |
|
63 |
Madankollu, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kontribuzzjoni tal-awtorità kontraenti msemmija fil-punt preċedenti ma tistax telimina r-riskju tal-operat għall-operatur ekonomiku. Minn dan isegwi li dan tal-aħħar jista’ jirkupra l-investimenti mwettqa u l-ispejjeż sostnuti waqt l-operat tas-servizz inkwistjoni fil-kawża prinċipali biss jekk jikseb dħul sostanzjali mill-ħlas ta’ tariffi mill-utenti tas-servizz. |
|
64 |
Barra minn hekk, il-fatt li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-operatur ekonomiku hija fil-parti l-kbira allokata għall-akkwist ta’ vetturi elettriċi ma jistax iwassal sabiex il-proġett ta’ sistema pubblika ta’ kiri u ta’ kondiviżjoni ta’ vetturi elettriċi previst mill-Komun ta’ Ljubljana jinftiehem bħala “kuntratt imħallat”, fis-sens tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/23. |
|
65 |
Ċertament, l-Artikolu 20(4) ta’ din id-direttiva, flimkien mal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, jipprevedi li, meta kuntratt imħallat jinkludi elementi li jaqgħu taħt il-konċessjonijiet u elementi oħra, li jistgħu jiġu sseparati, li jaqgħu taħt il-kuntratti pubbliċi koperti mid-Direttiva 2014/24, il-kuntratt imħallat għandu jingħata konformement mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/24. Madankollu, sabiex l-Artikolu 20(4) tad-Direttiva 2014/23 ikun applikabbli, għandha tiġi stabbilita wkoll l-eżistenza ta’ kuntratt pubbliku, fis-sens tad-Direttiva 2014/24. |
|
66 |
Issa, kif ġie rrilevat fil-punt 58 ta’ din is-sentenza, mill-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2014/24 jirriżulta li proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt ittendi għal “akkwist permezz ta’ kuntratt pubbliku ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn awtorità kontraenti waħda jew aktar […]”. Dwar il-punt 8 tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva, huwa jiddefinixxi l-“kuntratti pubbliċi ta’ provvisti” bħala “kuntratti pubbliċi li għandhom bħala s-suġġett tagħhom ix-xiri, [il-leasing,] il-kera jew ix-xiri bin-nifs, bi jew mingħajr fakultà ta’ xiri, ta’ prodotti”. |
|
67 |
Minn dan isegwi li l-awtorità kontraenti li torganizza kuntratt pubbliku għal provvisti għandha l-intenzjoni, hija stess, li tieħu vantaġġ mill-prodotti li hija xtrat, meħuda b’leasing jew mikrija. |
|
68 |
Issa, dan ma huwiex il-każ hawnhekk. Fil-fatt, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, fil-kawża prinċipali, il-Komun ta’ Ljubljana ma jixtieqx jakkwista, għall-benefiċċju tiegħu, vetturi elettriċi. Għall-kuntrarju, dan il-komun għandu l-intenzjoni li jafda lil operatur ekonomiku l-operat ta’ servizz li jippermetti lil terzi jikru vetturi, mingħajr l-intenzjoni li jkun responsabbli għalihom huwa stess, għalihom, stess, u lanqas ma jikri vetturi għall-użu tiegħu stess. B’mod iktar ġenerali, kif jindikaw l-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt 36 ta’ din is-sentenza, din is-sistema għandha l-għan li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ħsara ambjentali kkawżata miċ-ċirkulazzjoni tal-u ta’ vi u li tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli tal-Komun ta’ Ljubljana, b’mod partikolari billi tadotta l-kunċett ta’ mobbiltà sostenibbli. Barra minn hekk, sa fejn il-vetturi elettriċi jidhru li ma jistgħux ikunu separabbli mill-konċessjoni ta’ servizzi stess, mill-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2014/23 jirriżulta li dawn il-vetturi għandhom jinftiehmu bħala provvisti marbuta mas-servizzi konċessi. |
|
69 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, u bla ħsara għall-verifiki li l-qorti tar-rinviju għandha twettaq, ma jidhirx possibbli li tiġi kkaratterizzata l-eżistenza ta’ kuntratt pubbliku għal provvisti, fis-sens tal-punt 8 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24. |
|
70 |
Fl-aħħar, għandu jiġi rrilevat li l-klassifikazzjoni ta’ kuntratt bħala konċessjoni, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/23, jew kuntratt pubbliku, fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24, ma tistax tirriżulta mill-għażla, mill-awtorità kontraenti, tal-kodiċijiet CPV imsemmija fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew tal-konċessjoni, b’mod partikolari fl-Anness V ta’ dawn iż-żewġ direttivi. Fil-fatt, l-obbligu li jintużaw kodiċijiet CPV skont ir-Regolament Nru 2195/2002 huwa biss konsegwenza tal-applikabbiltà tad-Direttiva 2014/23 jew tad-Direttiva 2014/24, kif jirriżulta rispettivament mill-Artikolu 27 tal-ewwel u mill-Artikolu 23 tat-tieni. |
|
71 |
Konsegwentement, huwa biss wara li tkun stabbilixxiet li proċedura ta’ għoti ta’ konċessjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/23 jew li proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt taqa’ dak tad-Direttiva 2014/24, li awtorità kontraenti hija obbligata li tidentifika l-kodiċi jew il-kodiċijiet CPV rilevanti. |
|
72 |
Madankollu, għalkemm huma intiżi sabiex jiffaċilitaw l-għarfien mill-operaturi ekonomiċi tal-avviżi ta’ kuntratt li jaqgħu taħt is-settur ta’ attività tagħhom, il-kodiċijiet CPV jirrappreżentaw biss wieħed mill-elementi tad-deskrizzjoni tas-suġġett tal-kuntratt, u dan iktar u iktar peress li l-klassifikazzjoni pprovduta mir-Regolament Nru 2195/2002 tista’ tirriżulta li fiha lakuni jew obsoleta, b’mod partikolari fid-dawl tal-progress teknoloġiku. |
|
73 |
B’hekk, bħala prinċipju, ir-riferiment għal kodiċi CPV żbaljat ma għandu l-ebda konsegwenza. Madankollu, is-sitwazzjoni tkun differenti jekk tali żball ikun jikkostitwixxi indizju tar-rieda tal-awtorità kontraenti li tippreġudika l-interessi ta’ operatur ekonomiku wieħed jew iktar u, għaldaqstant, li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Tali ipoteżi fil-fatt taqa’ taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/23. |
|
74 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel, it-tieni, it-tmien u d-disa’ domandi għandha tkun li l-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi “konċessjoni ta’ servizzi” l-operazzjoni li permezz tagħha awtorità kontraenti għandha l-intenzjoni li tafda l-ħolqien u l-ġestjoni ta’ servizz ta’ kiri u ta’ kondiviżjoni ta’ vetturi elettriċi lil operatur ekonomiku li l-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu hija fil-parti l-kbira allokata għall-akkwist ta’ dawn il-vetturi, u li fiha d-dħul ta’ dan l-operatur ekonomiku jiġu, essenzjalment, mit-tariffi mħallsa mill-utenti ta’ dan is-servizz, ladarba tali karatteristiċi huma tali li jistabbilixxu li r-riskju relatat mal-operat tas-servizzi konċessi ġie ttrasferit lill-imsemmi operatur ekonomiku. |
Fuq it‑tielet u r‑raba’ domanda
|
75 |
Permezz tat-tielet u r-raba’ domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/23 għandux jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiddetermina jekk il-limitu ta’ applikabbiltà ta’ din id-direttiva ntlaħaqx, l-awtorità kontraenti għandha tqis il-“fatturat totali tal-konċessjonarju ġġenerat matul il-perijodu tal-kuntratt, in-nett tal-VAT, [minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)]” billi jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tariffi li l-utenti ser iħallsu lill-konċessjonarju, kif ukoll il-kontribuzzjonijiet u l-ispejjeż li l-konċessjonarju u/jew l-awtorità kontraenti jsostnu. |
|
76 |
Skont l-Artikolu 8(1) u (2) tagħha, din id-direttiva tapplika għall-konċessjonijiet li l-valur tagħhom huwa ta’ jew ogħla minn EUR 5350000, filwaqt li jiġi ppreċiżat li l-valur ta’ konċessjoni jikkorrispondi għad-dħul mill-bejgħ totali tal-konċessjonarju ġġenerat matul it-tul tal-kuntratt, mingħajr VAT, stmat mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti, bħala korrispettiv għax-xogħlijiet u s-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni kif ukoll tal-provvisti marbuta mal-imsemmija xogħlijiet u servizzi. |
|
77 |
Peress li d-dħul mill-bejgħ jindika l-ammont li jirriżulta mill-bejgħ ta’ prodotti u mill-provvista ta’ servizzi, il-“fatturat totali tal-konċessjonarju ġġenerat matul il-perijodu tal-kuntratt, in-nett tal-VAT, [minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)]”, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tal-imsemmija direttiva, jinkludi neċessarjament it-tariffi mħal[]lsa lill-konċessjonarju mill-utenti bħala korrispettiv għall-użu tas-servizzi li ġew konċessi lilu. Barra minn hekk, l-Artikolu 8(3)(b) tal-istess direttiva jipprevedi b’mod ċar li, “[m]eta jikkalkolaw il-valur stmat tal-konċessjoni, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom, fejn applikabbli, iqisu b’mod partikolari […] id-dħul minn ħlasijiet ta’ tariffi u multi mill-utenti tax-xogħlijiet jew servizzi għajr dawk miġbura f’isem l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti”. |
|
78 |
Barra minn hekk, mill-Artikolu 8(3)(ċ) tad-Direttiva 2014/23 jirriżulta li dan il-kalkolu għandu wkoll jieħu inkunsiderazzjoni “il-ħlasijiet jew kwalunkwe vantaġġ finanzjarju tkun xi tkun il-forma tagħhom magħmula mill-awtorità kontraenti […] lill-konċessjonarju”. Fil-fatt, tali ħlasijiet jew vantaġġi finanzjarji jnaqqsu l-investiment li għandu jagħti l-konċessjonarju. |
|
79 |
Madankollu, il-“fatturat totali tal-konċessjonarju ġġenerat matul il-perijodu tal-kuntratt, in-nett tal-VAT, [minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)]”, għandu neċessarjament, bħala tali, natura futura, mid-definizzjoni tiegħu stess, inċert. |
|
80 |
Barra minn hekk, l-awtorità kontraenti tista’ tikkunsidra wkoll li l-limitu previst għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/23 jintlaħaq peress li l-investimenti u l-ispejjeż li għandhom jiġu sostnuti mill-konċessjonarju, waħdu jew flimkien mal-awtorità kontraenti, matul il-perijodu kollu tal-applikazzjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni jaqbżu manifestament dan il-limitu ta’ applikabbiltà. It-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn l-investimenti u ta’ dawn l-ispejjeż jikkontribwixxi, barra minn hekk, sabiex jagħti natura oġġettiva lill-istima tal-valur ta’ konċessjoni li għandha twettaq l-awtorità kontraenti, kif jirrikjedi l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/23. |
|
81 |
Din l-interpretazzjoni hija kkorraborata mill-Artikolu 18(2) ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, skont din id-dispożizzjoni, għall-konċessjonijiet li, bħal fil-kawża prinċipali, kienu previsti li “jdumu aktar minn ħames snin, il-tul ta’ żmien massimu tal-konċessjoni m’għandux jeċċedi ż-żmien li konċessjonarju jista’ jkun mistenni jieħu biex jiġbor l-investimenti mwettqa fl-operazzjonijiet tax-xogħlijiet jew tas-servizzi flimkien ma’ redditu raġonevoli fuq il-kapital investit b’kont meħud tal-investimenti li jkunu meħtieġa jiksbu l-objettivi kuntrattwali speċifiċi. L-investimenti li jkunu kkunsidrati għall-finijiet tal-kalkolu għandhom jinkludu kemm l-investimenti inizjali kif ukoll dawk ta’ matul il-ħajja tal-konċessjoni.” |
|
82 |
Barra minn hekk, skont l-aħħar sentenza tal-premessa 52 tal-imsemmija direttiva, li tiċċara l-portata ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, l-awtoritajiet kontraenti “għandhom dejjem ikunu jistgħu jagħtu konċessjoni għal perijodu iqsar miż-żmien meħtieġ biex jirkupra l-investimenti, bil-kondizzjoni li l-kumpens relatat ma jeliminax ir-riskju operattiv”. |
|
83 |
Minn dan isegwi li l-kontribuzzjoni tal-konċessjonarju, jiġifieri l-investiment li aċċetta, kif ukoll l-ispejjeż li għandu jsostni matul il-perijodu kollu tal-applikazzjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-valur stmat tal-konċessjoni. |
|
84 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-limitu ta’ applikabbiltà ta’ din id-direttiva ntlaħaqx, l-awtorità kontraenti għandha tqis il-“fatturat totali tal-konċessjonarju ġġenerat matul il-perijodu tal-kuntratt, in-nett tal-VAT, [minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)]”, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tariffi li l-utenti ser iħallsu lill-konċessjonarju, kif ukoll il-kontribuzzjonijiet u l-ispejjeż li l-awtorità kontraenti għandha ssostni. Madankollu, l-awtorità kontraenti tista’ tikkunsidra wkoll li l-limitu previst għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/23 jintlaħaq meta l-investimenti u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-konċessjonarju, waħdu jew flimkien mal-awtorità kontraenti, matul il-perijodu kollu tal-applikazzjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni jaqbżu manifestament dan il-limitu ta’ applikabbiltà. |
Fuq il‑ħames domanda
|
85 |
Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2014/23, moqri flimkien mal-punt 7(b) tal-Anness V u mal-premessa 4 ta’ din id-direttiva kif ukoll mal-Artikolu 4 mal-punt III.1.1. tal-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/1986, għandux jiġi interpretat fis-sens li awtorità kontraenti tista’ tirrikjedi, skont il-kriterji ta’ għażla u ta’ evalwazzjoni kwalitattiva tal-kandidati, li l-operaturi ekonomiċi jiġu rreġistrati fir-reġistru tal-kummerċ jew f’reġistru professjonali. |
|
86 |
Għandu jiġi rrilevat li, kuntrarjament għall-Artikolu 58(1) tad-Direttiva 2014/24, l-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2014/23 ma jipprevedix espressament li l-awtorità kontraenti tista’ timponi bħala kriterju ta’ parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għoti ta’ konċessjoni kriterji ta’ għażla relatati mal-kompetenza li tiġi eżerċitata attività professjonali. |
|
87 |
Is-silenzju osservat fuq dan il-punt mill-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2014/23 ma jistax madankollu jipprekludi lill-awtorità kontraenti milli timponi bħala kriterju ta’ parteċipazzjoni fi proċedura għall-għoti ta’ konċessjoni kriterji ta’ għażla li jirrigwardaw l-kompetenza li tiġi eżerċitata attività professjonali. |
|
88 |
L-ewwel, l-għan ta’ flessibbiltà li fuqu hija bbażata din id-direttiva u li fakkar fil-premessi 1 u 8 tagħha jippermetti li tiġi adottata, fil-kuntest ta’ din id-direttiva, interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ “kapaċitajiet professjonali”, kif imsemmi fl-Artikolu 38(1) tagħha, u li jiġi kkunsidrat li din tinkludi l-kompetenza li tiġi eżerċitata attività professjonali. |
|
89 |
It-tieni, l-Anness V tal-imsemmija direttiva, intitolat “Informazzjoni li għandha tkun inkluża fl-avviżi tal- konċessjonijiet imsemmija fl-Artikolu 31”, jipprevedi, fil-punt 7(b) tiegħu, li l-awtorità kontraenti għandha, jekk ikun il-każ, tindika, taħt il-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni, “jekk il-forniment tas-servizz huwiex riżervat minn dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva għal professjoni partikolari”. Minn din id-dispożizzjoni għandu jiġi dedott li, fil-każ fejn il-provvista ta’ servizz hija rriżervata għal professjoni partikolari, l-awtorità kontraenti għandha d-dritt li tirrikjedi li l-operatur ekonomiku jkun irreġistrat f’reġistru tal-kummerċ jew f’reġistru professjonali. |
|
90 |
It-tielet, il-punt III.1. tal-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/1986 jipprevedi li, bħala “Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika” l-awtorità kontraenti tista’ timponi kundizzjoni ta’ parteċipazzjoni bbażata fuq l-“[i]doneità għall-attività professjonali, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali.” |
|
91 |
Madankollu, konformement mal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, li jissemma fil-premessa 4 tad-Direttiva 2014/23, operatur ekonomiku għandu jkun jista’ jipproduċi l-prova tal-kompetenza tiegħu li jeżegwixxi konċessjoni billi jibbaża ruħu fuq dokumenti, bħal reġistrazzjoni fir-reġistru professjonali jew fir-reġistru tal-kummerċ, li joriġinaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit. Dan il-prinċipju għalhekk jipprekludi li awtorità kontraenti timponi, bħala kriterju ta’ għażla kwalitattiva, ir-reġistrazzjoni ta’ operatur ekonomiku fir-reġistru tal-kummerċ jew professjonali fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni tal-konċessjoni fil-każ fejn dan l-operatur ekonomiku jkun diġà jibbenefika minn reġistrazzjoni f’reġistru simili fl-Istat Membru li fih huwa stabbilit (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑20 ta’ Mejju 2021, Riigi Tugiteenuste Keskus, C‑6/20, EU:C:2021:402, punti 49 u 55). |
|
92 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ħames domanda għandha tkun li l-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2014/23, flimkien mal-punt 7(b) tal-Anness V u mal-premessa 4 ta’ din id-direttiva kif ukoll mal-Artikolu 4 u l-punt III.1.1 tal-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/1986, għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorità kontraenti tista’ tirrikjedi, bħala kriterji ta’ għażla u ta’ evalwazzjoni kwalitattiva tal-kandidati, li l-operaturi ekonomiċi jkunu rreġistrati fir-reġistru tal-kummerċ jew fir-reġistru professjonali, sakemm operatur ekonomiku jista’ jibbaża fuq ir-reġistrazzjoni tiegħu fir-reġistru simili fl-Istat Membru li fih huwa stabbilit. |
Fuq is‑sitt domanda
|
93 |
Permezz tas-sitt domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2014/23, flimkien mal-Artikolu 27 ta’ din id-direttiva u l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2195/2002, għandux jiġi interpretat fis-sens li awtorità kontraenti, li tobbliga lill-operaturi ekonomiċi li jiġu rreġistrati fir-reġistru tal-kummerċ jew fir-reġistru professjonali ta’ Stat Membru tal-Unjoni, tista’ tirreferi mhux għall-vokabularju komuni għall-kuntratti pubbliċi kkostitwit minn kodiċijiet CPV, iżda għan-Nomenklatura NACE Rév. 2, kif stabbilita mir-Regolament Nru 1893/2006. |
|
94 |
Għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/23 jipprevedi li “[k]walunkwe referenza għan-nomenklaturi fil-kuntest tal-għoti ta’ konċessjonijiet għandha ssir billi jintuża l-‘Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi (CPV)’ kif adottat mir-Regolament [Nru 2195/2002].” |
|
95 |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2195/2002, “Sistema ta’ klassifikazzjoni waħda li tgħodd għall-akkwist pubbliku, magħrufa bħala ‘l-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist’ jew ‘CPV’ huwa hawnhekk stabbilit. F’dan ir-rigward, il-premessi 1 u 3 ta’ dan ir-regolament jipprevedu li “[l]-użu ta’ klassifikazzjonijiet differenti huwa ta’ detriment għall-onestà u t-trasparenza ta’ akkwist pubbliku fl-Ewropa” b’tali mod li “[h]emm il-ħtieġa li jiġu standardizzati, permezz ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni waħda għall-akkwist pubbliku, ir-riferenzi wżati mill-awtoritajiet u l-entitajiet fil-kuntratt biex jiddeskrivu s-suġġett tal-kuntratti.” |
|
96 |
Mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti 94 u 95 ta’ din is-sentenza flimkien jirriżulta li l-awtorità kontraenti hija obbligata tirreferi esklużivament għall-vokabularju komuni għall-kuntratti pubbliċi. Barra minn hekk, mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 1893/2006 jirriżulta li dan ir-regolament japplika biss għall-użu tan-nomenklatura NACE Rév. 2 għal finijiet ta’ statistika. |
|
97 |
Konsegwentement, ir-risposta għas-sitt domanda għandha tkun li l-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2014/23, flimkien mal-Artikolu 27 ta’ din id-direttiva u l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2195/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li awtorità kontraenti, li timponi li l-operaturi ekonomiċi jkunu rreġistrati fir-reġistru tal-kummerċ jew fir-reġistru professjonali ta’ Stat Membru tal-Unjoni, ma tirreferix għall-vokabularju komuni għall-kuntratti pubbliċi kkostitwit mill-kodiċijiet CPV iżda għan-nomenklatura NACE Rév. 2, kif stabbilit mir-Regolament Nru 1893/2006. |
Fuq is‑seba’ domanda
|
98 |
Permezz tas-seba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 38(1) u (2) tad-Direttiva 2014/23, moqri flimkien mal-Artikolu 26(2) ta’ din id-direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li awtorità kontraenti tista’, mingħajr ma tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità ggarantit mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, tirrikjedi minn kull membru ta’ assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi li jiġu rreġistrati, fi Stat Membru, fir-reġistru tal-kummerċ jew fir-reġistru professjonali għall-eżerċizzju tal-attività ta’ kiri u leasing ta’ karozzi u ta’ vetturi bil-mutur ħfief. |
|
99 |
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 38(2) tad-Direttiva 2014/23 tipprevedi d-dritt għal operatur ekonomiku li jirrikorri għall-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, tkun xi tkun in-natura ġuridika tar-rabtiet li jgħaqqduh ma’ dawn l-entitajiet, sabiex jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni relatati kemm mal-kapaċitajiet professjonali u tekniċi kif ukoll mal-kapaċità ekonomika u finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ din id-dispożizzjoni (ara, b’analoġija, fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, is-sentenzi tal‑10 ta’ Ottubru 2013, Swm Costruzioni 2 u Mannocchi Luigino, C‑94/12, EU:C:2013:646, punti 29 u 33, kif ukoll tas‑7 ta’ Settembru 2021, Klaipėdos regiono atliekų tvarkymo centras, C‑927/19, EU:C:2021:700, punt 150). Fi kliem ieħor, skont it-tieni sentenza ta’ dan il-paragrafu, “[f]ejn operatur ekonomiku jixtieq joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, huwa għandu jagħti prova lill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti li ser ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, matul il-perijodu tal-konċessjoni, ir-riżorsi neċessarji, pereżempju, billi jipproduċi impenn minn dawk l-entitajiet għal dak l-għan.” |
|
100 |
B’hekk jidher li l-Artikolu 38 ta’ din id-direttiva jagħti flessibbiltà kbira lil operatur ekonomiku sabiex jikseb entitajiet oħra li jippermettulu b’mod partikolari li jkollu kapaċitajiet li ma għandux. F’dan ir-rigward, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi interpretata bħala li tobbliga lil operatur ekonomiku jitlob biss l-għajnuna ta’ entitajiet li kull waħda minnhom għandha l-kapaċità li teżerċita l-istess attività professjonali. Fil-fatt, ipotetikament, operatur ekonomiku li jagħmel użu mill-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra jfittex jew li jżid il-kapaċitajiet li huwa diġà għandu iżda, eventwalment, fi kwantità jew fil-kwalità insuffiċjenti, jew li jkollu kapaċitajiet jew kompetenzi li huwa ma għandux. |
|
101 |
Ikun ukoll sproporzjonat, b’mod partikolari f’din l-aħħar ipoteżi, li jkun rikjest li l-membri kollha ta’ assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi jkunu adatti sabiex jeżerċitaw l-attività professjonali konċessa. Fil-fatt, il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li huwa b’mod partikolari ggarantit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/23 u li jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jimponi li r-regoli stabbiliti mill-Istati Membri jew mill-awtoritajiet kontraenti fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet previsti mill-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑16 ta’ Diċembru 2008, Michaniki, C‑213/07, EU:C:2008:731, punt 48, u tas‑7 ta’ Settembru 2021, Klaipėdos regiono atliekų tvarkymo centras, C‑927/19, EU:C:2021:700, punt 155). |
|
102 |
F’din il-perspettiva, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(2) jipprevedi b’mod partikolari li, “[f]ejn meħtieġ, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jikkjarifikaw fid-dokumenti tal-konċessjoni kif il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fir-rigward tal-istatus ekonomiku u finanzjarju jew tal-kapaċità teknika u professjonali msemmija fl-Artikolu 38 dment li dan ikun iġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi u jkun proporzjonat”. |
|
103 |
Issa, f’dan il-każ, it-talba għal deċiżjoni preliminari ma tinkludi ebda element tali li jissuġġerixxi li, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 2014/23, huwa neċessarju u ġġustifikat minn raġunijiet oġġettivi u proporzjonati li kull membru ta’ assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi jiġi rikjest jiġi rreġistrat, fi Stat Membru, fir-reġistru tal-kummerċ jew fir-reġistru professjonali bil-għan li tiġi eżerċitata l-attività ta’ kiri u ta’ leasing ta’ karozzi u ta’ vetturi ħfief. |
|
104 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għas-seba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 38(1) sa (2) tad-Direttiva 2014/23, flimkien mal-Artikolu 26(2) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorità kontraenti ma tistax, mingħajr ma tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità ggarantit mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, tirrikjedi li kull membru ta’ assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi jiġi rreġistrat, fi Stat Membru, fir-reġistru tal-kummerċ jew fir-reġistru professjonali għall-eżerċizzju tal-attività ta’ kiri u leasing ta’ karozzi u ta’ vetturi bil-mutur ħfief. |
Dwar l‑għaxar u l‑ħdax‑il domanda
|
105 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel, it-tieni, it-tmien u d-disa’ domanda, ma hemmx lok li jiġu eżaminati l-għaxar u l-ħdax-il domanda. |
Fuq l‑ispejjeż
|
106 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: is-Sloven.