Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2009 tas-7 ta’ Diċembru 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-alkoħol furfuriliku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ ‘esportatur ġdid’ skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 /* KUMM/2010/0048 finali - NLE 2010/0033 */
[pic] | KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 9.2.2010 KUMM(2010) 48 finali 2010/0033 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2009 tas-7 ta’ Diċembru 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-alkoħol furfuriliku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ ‘esportatur ġdid’ skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ('ir-Regolament bażiku') fil-proċediment li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ alkoħol furfuryl li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina b’segwitu ta’ reviżjoni ta’ ‘esportatur ġdid’. | Kuntest ġenerali Din il-proposta hi magħmula fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hi r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku. | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1202/2009 li jikkonċerna l-estensjoni tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ alkoħol furfuryl li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, imposti mir-Regolament (KE) Nru 1905/2003, għal perjodu addizzjonali ta’ sentejn. | Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. | 2. IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT | Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | Il-partijiet interessati mill-proċeduri diġà kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. | Ġbir u użu tal-kompetenzi | Ma kienx hemm bżonn ta’ kompetenza esterna. | Valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta hi r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix stima tal-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. | 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | Sommarju tal-azzjoni proposta Fis-17 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni nediet reviżjoni ta’ ‘esportatur ġdid’ tar-Regolament (KE) 1905/2003 li jimponi miżuri anti-dumping definittivi għal importazzjonijiet ta’ alkoħol furfuryl li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (‘RPĊ'). Il-proposta mehmuża għal Regolament tal-Kunsill hi bbażata fuq is-sejbiet definittivi dwar id-dumping li wrew li għandu jingħata trattament ta’ ekonomija tas-suq (TES) lill-applikant kif ukoll li l-applikant kien instab li qed jiddampja. Id-dazju tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-alkoħol furfuryl mill-applikant għaldaqstant huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 142 it-tunnellata, b’mod li jikkorrispondi mal-marġini ta’ dumping ta’ 14.87 %. Għaldaqstant qed jiġi propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament li għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard mil-15 ta' Marzu 2010. | Bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tagħmel parti mill-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant ma jgħoddx. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: | Il-forma tal-azzjoni hi deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħallix lok għal deċiżjoni nazzjonali. | Mhijiex meħtieġa indikazzjoni ta' kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini jiġi minimizzat u jkun proporzjonali mal-għan tal-proposta. | Għażla ta’ strumenti | Strument propost: Regolament. | Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: Mezzi oħra ma jkunux adegwati minħabba li r-Regolament bażiku ma jipprevedix alternattivi oħra. | IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. | 2010/0033 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2009 tas-7 ta’ Diċembru 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-alkoħol furfuriliku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ ‘esportatur ġdid’ skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] ('ir-Regolament bażiku'), u b' mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(4) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ (1) F'Ottubru 2003, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1905/2003[2], impona miżuri anti-dumping definittivi fil-forma ta' dazju speċifiku fuq l-importazzjonijiet tal-alkoħol furfuryl ('FA') li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ). L-ammonti tad-dazji speċifiċi varjaw minn EUR 84 sa EUR 160 kull tunnellata għal erba’ produtturi Ċiniżi li kkooperaw, filwaqt li d-dazju għall-pajjiż kollu kien stabbilit għal EUR 250 kull tunnellata. (2) F’Diċembru 2009, b’segwitu għal reviżjoni ta’ skadenza, il-Kunsill, permezz tar-Regolament 1202/2009[3] estenda l-miżuri anti-dumping applikabbli fuq l-importazzjonijiet tal-FA mir-RPĊ, imposti bir-Regolament (KE) Nru 1905/2003 għal perjodu addizzjonali ta’ sentejn. B. IL-PROĊEDURA ATTWALI 1. Talba għal reviżjoni (3) Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni ta’ 'esportatur ġdid' skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. It-talba kienet ibbażata fuq il-premessa li l-produttur esportatur Henan Hongye Chemical Company Ltd u l-kumpaniji relatati tagħha Puyang Hongjian Resin Science & Technology Development Company Ltd u Puyang Hongye Imp. & Exp. Commerce Company ltd (l-applikant) (i) ma kinitx esportat FA qabel jew waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (bejn l-1 ta’ Lulju 2001 u t-30 ta’ Ġunju 2002); (ii) ma kienet relatata mal-ebda produttur esportatur suġġett għall-miżuri imposti bir-Regolament (KE) Nru 1905/2003, (iii) kienet bdiet tesporta l-FA lill-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali; (iv) topera f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq kif definiti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku jew alternattivament titlob trattament individwali konformi mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. 2. It-tnedija ta’ reviżjoni ta' ‘esportatur ġdid’ (4) Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza prima facie mressqa mill-applikant u qisitha biżżejjed biex tiġġustifika li jingħata bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv u wara li l-industrija tal-Unjoni kkonċernata ngħatat l-opportunità li tikkummenta, il-Kummissjoni bdiet, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 512/2009[4], reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1905/2003 rigward l-applikant. (5) B’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 512/2009, id-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 1905/2003 fuq importazzjonijiet ta’ FA prodott mill-applikant u mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ġie revokat. Fl-istess waqt, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet tad-dwana ġew mitluba li jieħdu l-passi neċessarji biex jirreġistraw dawn l-importazzjonijiet. 3. Il-prodott ikkonċernat (6) Il-prodott ikkonċernat mir-reviżjoni attwali huwa l-istess bħal dak deskritt fir-Regolament oriġinali, jiġifieri FA li joriġina mir-RPĊ, li bħalissa jagħmel mal-kodiċi NM ex 2932 13 00. 4. Il-partijiet ikkonċernati (7) Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-applikant, l-industrija tal-Unjoni u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur li kienet tnediet din ir-reviżjoni ta’ ‘esportatur ġdid’. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu fehmiethom bil-miktub u li jingħataw smigħ. L-industrija tal-Unjoni ressqet il-fehmiet tagħha bil-miktub. 5. Il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni (8) L-investigazzjoni tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2008 sal-31 ta' Mejju 2009 (il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni). C. IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI 1. Kwalifika ta' 'esportatur ġdid' (9) L-investigazzjoni kkonfermat li l-applikant ma kienx esporta l-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u li beda jesporta lejn l-Unjoni wara dak il-perjodu. (10) Barra minn hekk, l-applikant seta’ juri li ma kellu x’jaqsam mal-ebda produtturi esportaturi fir-RPĊ li huma suġġetti għall-miżuri anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. (11) Għalhekk ġie kkonfermat li l-applikant għandu jitqies bħala "esportatur ġdid" skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. 2. Trattament ta’ ekonomija tas-suq (TES) (12) Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f'investigazzjonijiet tal-antidumping dwar prodotti li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li jkunu nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fejn jintwera li l-manifattura u l-bejgħ tat-tali prodott jsiru bil-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq. Dawn il-kriterji huma ppreżentati fil-qosor hawn taħt: 1. id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż kummerċjali jsiru b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti min-naħa tal-Istat; u l-ispejjeż ewlenin tal-produzzjoni jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq; 2. l-intrapriżi jkollhom sett wieћed ċar ta’ rekords ta’ kontabilità bażika li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skont standards internazzjonali tal-kontabilità[5], u jiġu applikati gћall-gћanijiet kollha; 3. m’hemmx distorsjoni sinifikanti ttrasferita mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq; 4. il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabbiltà legali; 5. il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu skont ir-rati tas-suq. (13) Il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni li tressqet fit-talba għat-TES fl-istabbilimenti tal-applikant. (14) L-investigazzjoni wriet li l-applikant kien issodisfa l-ħames kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant ġie konkluż li l-applikant kellu jingħata l-MET. 3. Dumping Valur normali (15) Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet jekk il-bejgħ domestiku totali tal-prodott ikkonċernat kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-esportazzjoni totali tiegħu lejn l-Unjoni. Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku hu kkunsidrat rappreżentattiv meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku ikun mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-FA kien inbiegħ domestikament mill-applikant f’volumi rappreżentattivi ġenerali. (16) Sar ukoll eżami dwar jekk il-bejgħ domestiku tal-FA fi kwantitajiet rappreżentattivi setax jitqies li sar waqt il-proċess kummerċjali ordinarju, billi jkun stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi qligħ tal-FA lill-klijenti indipendenti. Minħabba li kien instab li kien sar biżżejjed bejgħ waqt il-proċess kummerċjali ordinarju, il-valur normali kien ġie bbażat fuq il-prezz domestiku attwali tal-bejgħ bi qligħ. Prezz tal-esportazzjoni (17) Billi l-prodott ikkonċernat ġie esportat direttament lil klijent indipendenti fl-Unjoni, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz ta’ esportazzjoni effettivament imħallas jew dovut. Tqabbil (18) It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. (19) Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fejn dehru raġonevoli, preċiżi u sostnuti b’evidenza, ingħataw konċessjonijiet għall-ispejjeż tat-trasport, għall-ispejjeż tal-ġarr u tal-assigurazzjoni, għal spejjeż bankarji u għall-ispejjeż tal-imballaġġ u tal-kreditu. Marġini tad-dumping (20) Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, u meta wieħed iqis li kien hemm biss tranżazzjoni waħda ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni tul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni u li l-prezz tal-materja prima, li jammonta għall-biċċa l-kbira tal-ispiża tal-produzzjoni, u li l-bejgħ domestiku kien sostanzjalment instabbli tul dak il-perjodu, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit abbażi ta' tqabbil fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. (21) Għall-applikant, dan il-marġini ta’ dumping, espress bħal perċentwal tal-prezz nett ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni, mingħajr dazju mħallas, huwa ta’ 14,87 %. D. EMENDA TAL-MIŻURI TAĦT REVIŻJONI (22) Fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni u skont ir-regola ta’ inqas dazju, ġie konkluż li għandu jkun impost lill-applikant anti-dumping definittiv fil-livell tal-marġini ta’ dumping misjub, li f’dan il-każ huwa aktar baxx mill-marġini ta’ ħsara fil-każ oriġinali. (23) Fir-rigward tal-għamla tal-miżura, tqies li d-dazju antidumping emendat għandu jkun l-istess bħad-dazji imposti mir-Regolament (KE) Nru 1202/2009, jiġifieri l-għamla ta' ammont speċifiku kull tunnellata. Id-dazju antidumping, ikkalkulat abbażi tal-marġini tad-dumping espress bħala perċentwal tal-prezz nett ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni, mingħajr dazju mħallas, għal importazzjonijiet ta’ FA mill-applikant huwa, għalhekk, stabbilit fl-ammont ta’ EUR 142 kull tunnellata. E. L-IMPOSTA RETROATTIVA TAD-DAZJU ANTI-DUMPING (24) Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' hawn fuq, id-dazju tal-antidumping applikabbli għall-applikant għandu jiġi impost retroattivament fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li saru suġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 512/2009. F. ĊAĦDA (25) Il-partijiet ikkonċernati ġew infurmati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jiġi impost dazju ta’ antidumping definittiv emendat fuq l-importazzjonijet ta’ FA mingħand l-applikant u li dan id-dazju jiġi impost retroattivament fuq l-importazzjonijiet li saru suġġetti għar-reġistrazzjoni. Il-kummenti waslu għand l-industrija tal-Unjoni li, madankollu, ma kinux tali li jwasslu għal tibdil fil-konklużjonijiet ta’ hawn fuq. (26) Din ir-reviżjoni ma taffettwax id-data li fiha jiskadu l-miżuri imposti bir-Regolament (UE) Nru 1202/2009. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. It-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 1202/2009 huwa emendat b’dan billi jiżdied dan li ġej: Kumpanija | Rata tad-dazju antidumping (eur/tunnellata) | Kodiċi addizzjonali taric | Henan hongye chemical co. Ltd u l-kumpaniji relatati tagħha puyang hongjian resin science & technology development company ltd, hongye chemical company ltd u puyang hongye imp. & exp. Commerce company ltd | 142 | A955 | 2. Id-dazju impost hawnhekk għandu jiġi impost wkoll b'mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li kienu rreġistrati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 512/2009. L-awtoritajiet tad-dwana b’dan huma mitluba jwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni minn Henan Hongye Chemical Company Ltd u l-kumpaniji relatati tagħha Puyang Hongjian Resin Science & Technology Development Company Ltd u Puyang Hongye Imp. & Exp. Commerce Company Ltd. 3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana . Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [2] ĠU L 283, 31.10.2003, p. 1. [3] ĠU L 323, 10.12.2009, p. 48. [4] ĠU L 153, 17.06.2009, p. 6. [5] L-istandards internazzjonali tal-kontabilità jirreferu għall-istandards internazzjonali tal-kontabilità ewlenin kollha li huma rikonoxxuti, inklużi US GAAP u x-xogħol ta' l-International Accounting Standard Committee Foundation ('IASCF') użati mill-International Accounting Standards Board ('IASB'), li jkopri l-International Accounting Standard Board Framework ('IASBF'), l-International Accounting Standard ('IAS'), l-International Financial Reporting Standards ('IFRS') u l-International Financial Reporting Interpretations Committee publications ('IFRIC').