<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-410/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0410</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:742">EU:C:2021:742</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20210916">16.9.2021</DATE> – Kawża C‑410/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">The Software Incubator</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20210916">16 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN=""><KEYWORD>“Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 86/653/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(2)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>aġent kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Provvista ta’ softwer tal-kompjuter lill-klijenti b’mod elettroniku</KEYWORD><KEYWORD>Għoti ta’ liċenzja permanenti ta’ użu</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑410/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (il‑Qorti Suprema tar-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20190522">22 ta’ Mejju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">The Software Incubator Ltd</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Computer Associates (UK) Ltd,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, N. Piçarra, D. Šváby, S. Rodin u K. Jürimäe (Relatriċi), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal The Software Incubator Ltd, minn O. Segal, QC, u E. Meleagros, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għal Computer Associates (UK) Ltd, minn J. Dhillon, QC, u D. Heaton, barrister, kif ukoll minn C. Hopkins u J. Mash, solicitors,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, M. Hellmann u U. Bartl, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Armati u L. Malferrari, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20201217">17 ta’ Diċembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-<DATE ISO="19861218">18 ta’ Diċembru 1986</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn The Software Incubator Ltd u Computer Associates (UK) Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Computer Associates<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) dwar il-pagament ta’ kumpens wara t-terminazzjoni tal-kuntratt li kien jorbot lil dawn iż-żewġ kumpanniji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim dwar il-Ħruġ</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tiegħu (UE) 2020/135 tat-<DATE ISO="20200130">30 ta’ Jannar 2020</DATE>, dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="029" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 29, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Ftehim dwar il-Ħruġ<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, il-Ftehim dwar il-Ħruġ, li ġie anness ma’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 86 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi, fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="086.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkompli jkollha l-ġuriżdizzjoni biex tieħu deċiżjonijiet preliminari dwar talbiet mill-qrati u t-tribunali tar-Renju Unit li jsiru qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="086.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-proċedimenti għandhom jitqiesu li ġew istitwiti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u t-talbiet għal deċiżjonijiet preliminari għandhom jitqiesu li jkunu saru, fil-mument li d-dokument li jiftaħ il-proċedimenti jkun ġie rreġistrat mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-perijodu ta’ tranżizzjoni beda fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim u ntemm fit-<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 86/653</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>It-tieni u t-tielet premessa tad-Direttiva 86/653 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>[B]illi d-differenzi fil-liġijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rappreżentanza kummerċjali sostanzjalment jaffettwaw il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u t-twettiq ta’ dik l-attività [fl-Unjoni Ewropea] u huma ta’ ħsara kemm għal protezzjoni disponibbli għal aġenti kummerċjali <HT TYPE="ITALIC">vis-à-vis</HT> il-prinċipali tagħhom u kemm għas-sigurtà ta’ operazzjonijiet kummerċjali; billi barra minn hekk dawk id-differenzi huma tali li jipprevienu sostanzjalment il-konklużjoni u l-operazzjoni ta’ kuntratti ta’ rappreżentanza kummerċjali meta l-prinċipal u l-aġenti kummerċjali jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti;</P><P>Billi l-kummerċ fil-merkanzija bejn Stati Membri għandu jitwettaq taħt il-kundizzjonijiet li huma simili għal dawk ta’ suq wieħed, u dan jeħtieġ l-approssimazzjoni tas-sistemi legali ta’ l-Istati Membri sal-limitu meħtieġ għal funzjonament kif suppost tas-suq komuni; billi f’dan ir-rigward ir-regoli li jikkonċernaw konflitti fil-liġijiet fil-fatt ma jneħħux, fil-materja ta’ rappreżentanza kummerċjali, l-inkonsistenzi msemmija fuq, lanqas ma kienu li kieku saru l-istess, u għalhekk l-armonizzazzjoni proposta hija neċessarja minkejja l-eżistenza ta’ dawk ir-regoli.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri ta’ armonizzazzjoni stipulati minn din id-Direttiva għandhom japplikaw għal-liġijiet, għar-regolamenti u għad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn aġenti kummerċjali u l-prinċipali tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>aġent kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> għandu jfisser intermedjarju li jaħdem għal rasu li jkollu awtorità kontinwa li jinnegozja l-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija f’isem persuna oħra, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>prinċipal<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>, jew li jinnegozja u jikkonkludi dawn l-operazzjonijiet għan-nom ta’ u f’isem dak il-prinċipal.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Aġent kummerċjali għandu jinftiehem fis-sens ta’ din id-Direttiva bħala li ma jinkludix b’mod partikolari:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>persuna li, fil-kapaċità tagħha bħala uffiċjal, tkun awtorizzata li tidħol f’impenji li jorbtu fuq kumpannija jew assoċjazzjoni,</P></ITEM><ITEM><P>sieħeb li huwa legalment awtorizzat li jidħol f’impenji li jorbtu lis-sieħba tiegħu,</P></ITEM><ITEM><P>riċevitur, riċevitur u amministratur, likwidatur jew <HT TYPE="ITALIC">trustee</HT> f’falliment.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>aġenti kummerċjali li l-attivitajiet tagħhom huma mingħajr ħlas,</P></ITEM><ITEM><P>aġenti kummerċjali meta dawn joperaw fuq skambji ta’ komodità jew fis-suq ta’ komoditajiet, jew</P></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><P>il-korp magħruf bħala <HT TYPE="ITALIC">Crown Agents for Overseas Governments and Administrations</HT>, kif stabbilit taħt il-<HT TYPE="ITALIC">Crown Agents Act 1979</HT> fir-Renju Unit, jew is-sussidjarji tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess direttiva jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fit-twettiq ta’ l-attivitajiet tiegħu, aġent kummerċjali għandu jfittex li jħares l-interessi tal-prinċipal tiegħu u jaġixxi kif suppost u b’intenzjoni tajba.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>B’mod partikolari, aġent kummerċjali għandu:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jagħmel sforzi approprjati biex jinnegozja u, meta approprjat, jikkonkludi l-operazzjonijiet li jkun intalab jieħu ħsieb;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jikkomunika lill-prinċipal tiegħu l-informazjoni kollha neċessarja disponibbli għalih;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>jikkonforma ma’ istruzzjonijiet raġjonevoli mogħtija mill-prinċipal tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 86/653 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Prinċipal għandu b’mod partikolari:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jipprovdi lill-aġent kummerċjali tiegħu bid-dokumentazzjoni neċessarja fir-rigward tal-merkanzija kkonċernata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jakkwista għall-aġent kummerċjali tiegħu l-informazzjoni neċessarja għat-twettiq tal-kuntratt ta’ l-aġenzija, u b’mod partikolari jinnotifika lill-aġent kummerċjali fi żmien raġonevoli ladarba jantiċipa li l-volum ta’ l-operazzjonijiet kummerċjali ikun aktar baxx b’mod sinifikanti minn dak li l-aġent kummerċjali seta’ normalment jistenna.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Fl-assenza ta’ kull ftehim dwar din il-materja bejn il-partijiet, u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw il-livell ta’ remunerazzjoni, aġent kummerċjali għandu jkun intitolat għar-remunerazzjoni li l-aġenti kummerċjali maħtura għall-merkanzija li tifforma s-suġġett tal-kuntratt ta’ l-aġenzija tiegħu ikunu normalment permessi fil-post ta’ fejn hu jwettaq l-attivitajiet tiegħu. Jekk ma jkun hemm ebda użanza ta’ dan it-tip aġent kummerċjali għandu jkun intitolat għal remunerazzjoni raġonevoli billi jitqiesu l-aspetti kollha ta’ l-operazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Id-Direttiva 86/653 ġiet trasposta fid-dritt tar-Renju Unit permezz tal-Commercial Agents (Council Directive) Regulations 1993 (Statutory Instruments 1993/3053) (ir-Regolament tal-1993 dwar l-Aġenti Kummerċjali (li jittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill) (ir-Regolament 1993/3053)). L-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament:</P><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>aġent kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> jfisser intermedjarju li jaħdem għal rasu li jkollu awtorità kontinwa li jinnegozja l-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija f’isem persuna oħra (‘il prinċipal’), jew li jinnegozja u jikkonkludi l-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija għal u f’isem dak il-prinċipal; […]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Computer Associates hija kumpannija li tikkummerċjalizza softwer ta’ awtomatizzazzjoni ta’ applikazzjonijiet ta’ servizzi, għat-tqegħid fl-użu u l-ġestjoni ta’ applikazzjonijiet permezz ta’ ċentru ta’ data (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>softwer inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>). Is-softwer jintuża għall-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni awtomatika tat-tqegħid fl-użu ta’, u l-upgrades għal, applikazzjonijiet oħra f’ambjenti differenti ta’ operazzjonijiet f’organizzazzjonijiet kbar, bħal banek u kumpanniji ta’ assigurazzjoni, sabiex l-applikazzjonijiet sottostanti jiġu integrati b’mod sħiħ fl-ambjent operattiv tas-softwer.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Computer Associates kienet tagħti lill-klijenti tagħha, b’mod elettroniku, liċenzji għall-użu tas-softwer inkwistjoni f’territorju speċifikat għal numru awtorizzat ta’ utenti finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-għoti tal-liċenzja ta’ dan is-softwer kien suġġett għall-osservanza ta’ obbligi li abbażi tagħhom il-klijent ma kienx, b’mod partikolari, awtorizzat jaċċedi għal parti mhux awtorizzata tal-imsemmi softwer, jipproċedi għad-dekompilazzjoni jew għall-modifika tiegħu, u lanqas li jikrih, jgħaddih, jittrasferixxih jew jilliċenzjah mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-liċenzja għall-użu tas-softwer inkwistjoni setgħet tingħata jew b’mod permanenti, jew għal żmien limitat. Fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt minħabba nuqqas sostanzjali imputabbli lill-parti l-oħra jew minħabba insolvenza ta’ din tal-aħħar, dan is-softwer kellu jiġi mogħti lura lil Computer Associates jew jitħassar jew jiġi meqrud mill-klijent. Fil-prattika, il-biċċa l-kbira tal-liċenzji kienu madankollu jingħataw b’mod permanenti. Computer Associates kienet iżżomm, f’dan ir-rigward, id-drittijiet kollha, jiġifieri, b’mod partikolari, id-drittijiet tal-awtur, it-titoli, il-privattivi, id-dritt fuq it-trade marks u l-interessi patrimonjali l-oħra marbuta mal-imsemmi softwer.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130325">25 ta’ Marzu 2013</DATE>, Computer Associates ikkonkludiet kuntratt ma’ The Software Incubator. Skont il-klawżola 2.1 ta’ dan il-kuntratt, din l-aħħar kumpannija kienet taġixxi f’isem Computer Associates sabiex tikkuntattja klijenti potenzjali fir-Renju Unit u fl-Irlanda, għall-bżonnijiet tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>promozzjoni, [tat‑]tqegħid fis-suq u [tal-]bejgħ [tas-softwer inkwistjoni]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Skont l-imsemmi kuntratt, l-obbligi ta’ The Software Incubator kienu limitati għall-promozzjoni u għat-tqegħid fis-suq ta’ dan is-softwer. The Software Incubator ma kellha ebda setgħa sabiex tittrasferixxi l-proprjetà ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>B’ittra tad-<DATE ISO="20131009">9 ta’ Ottubru 2013</DATE>, Computer Associates xoljiet il-kuntratt li hija kellha ma’ The Software Incubator.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>The Software Incubator ippreżentat rikors għal kumpens, abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 86/653, kontra Computer Associates quddiem il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Queen’s Bench Division (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), Sezzjoni tal-Queen’s Bench, ir-Renju Unit). Computer Associates ikkontestat il-klassifikazzjoni tar-relazzjoni tagħha ma’ The Software Incubator bħala kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali billi sostniet li l-provvista ta’ softwer tal-kompjuter lil klijent b’mod elettroniku, flimkien mal-għoti ta’ liċenzja permanenti għall-użu tal-imsemmi softwer, ma kinitx tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>bejgħ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160701">1 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Queen’s Bench Division (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), Sezzjoni tal-Queen’s Bench), laqgħet it-talba ta’ The Software Incubator u ordnat l-għoti lil din il-kumpannija ta’ somma ta’ <FT TYPE="NUMBER">475000</FT> lira sterlina (GBP) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">531000</FT>) bħala kumpens. Dik il-qorti qieset, f’dan il-kuntest, li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>bejgħ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tar-Regolament 1993/3053, kien jirreferi għal definizzjoni awtonoma li kellha tinkludi l-provvista ta’ softwer.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Computer Associates appellat minn dik is-sentenza quddiem il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) (il-Qorti tal-Appell (Ingilterra u Wales) (Sezzjoni Ċivili), ir-Renju Unit). Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180319">19 ta’ Marzu 2018</DATE>, dik il-qorti ddeċidiet li softwer ipprovdut lil klijent b’mod elettroniku ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja. Hija kkonkludiet li Software Incubator ma kellhiex il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>aġent kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u ċaħdet it-talba tagħha għal kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>The Software Incubator ikkontestat din id-deċiżjoni quddiem is-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Dik il-qorti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653, li hija għandha bżonn sabiex tiddetermina jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>aġent kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> inkarigat li jinnegozja l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>bejgħ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> japplikax fil-każ ta’ provvista ta’ softwer tal-kompjuter b’mod elettroniku lill-klijent, li l-użu tiegħu huwa rregolat minn liċenzja permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li s-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1)</NO.P><TXT>Fejn kopja ta’ softwer tal-kompjuter hija fornita lill-klijenti ta’ prinċipal b’mod elettroniku, u mhux permezz ta’ kwalunkwe mezz tanġibbli, din tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> skont it-tifsira ta’ dik il-kelma kif tidher fid-definizzjoni ta’ aġent kummerċjali fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/653/KEE tat-<DATE ISO="19861218">18 ta’ Diċembru 1986</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom […]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fejn softwer tal-kompjuter huwa fornit lill-klijenti ta’ prinċipal permezz ta’ għotja lill-klijent ta’ liċenzja permanenti għall-użu ta’ kopja ta’ softwer tal-kompjuter, dan jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>bejgħ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> skont it-tifsira ta’ dak it-terminu kif jidher fid-definizzjoni ta’ aġent kummerċjali fl-Artikolu 1(2) tad-[Direttiva 86/653]?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li mill-Artikolu 86(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20200201">1 ta’ Frar 2020</DATE>, jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja tibqa’ kompetenti sabiex tagħti deċiżjoni preliminari dwar it-talbiet tal-qrati tar-Renju Unit imressqa qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ tranżizzjoni stabbilit għall-<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>, li huwa l-każ ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>bejgħ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, imsemmi fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653, għandux jiġi interpretat fis-sens li jista’ jkopri l-provvista, permezz tal-ħlas ta’ prezz, ta’ softwer tal-kompjuter lil klijent b’mod elettroniku, meta din il-provvista tkun akkumpanjata mill-għoti ta’ liċenzja permanenti għall-użu ta’ dan is-softwer.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653 jiddefinixxi, għall-finijiet ta’ din id-direttiva, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>aġent kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> bħala dak li, inkwantu intermedjarju li jaħdem għal rasu, huwa inkarigat b’mod permanenti, jew li jinnegozja l-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija f’isem persuna oħra, imsejħa l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>prinċipal<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, jew li jinnegozja u jikkonkludi dawn it-tranżazzjonijiet għan-nom ta’ u f’isem il-prinċipal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi tliet kundizzjonijiet neċessarji u suffiċjenti sabiex persuna tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>aġent kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. L-ewwel nett, din il-persuna għandu jkollha l-kwalità ta’ intermedjarju li jaħdem għal rasu. It-tieni nett, hija għandha tkun marbuta kuntrattwalment b’mod permanenti mal-prinċipal. It-tielet nett, hija għandha teżerċita attività li tikkonsisti fin-negozjar tal-bejgħ jew tax-xiri ta’ merkanzija għall-prinċipal, jew fin-negozjar u l-konklużjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet għan-nom u f’isem dan il-prinċipal (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Zako</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑452/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:935">EU:C:2018:935</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hija biss it-tielet waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, sa fejn hija tirreferi għan-negozjar tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>bejgħ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> għall-prinċipal, li hija inkwistjoni. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li d-Direttiva 86/653 ma tiddefinixxix il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>bejgħ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u ma tagħmel ebda riferiment għad-dritt nazzjonali f’dak li jirrigwarda t-tifsira li għandha tingħata lil dan il-kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>bejgħ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> għandu jingħata, fl-Unjoni Ewropea kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi, fid-dawl tar-rekwiżiti ta’ applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni b’rabta mal-prinċipju ta’ ugwaljanza. Dan il-kunċett jikkostitwixxi għalhekk kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni, li l-portata tiegħu ma tistax tiġi ddeterminata b’riferiment għall-kunċetti magħrufa tad-dritt tal-Istati Membri jew għall-klassifikazzjonijiet magħmula fuq il-livell nazzjonali (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>RL (Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tardiv)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:548">EU:C:2020:548</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata ta’ termini li fir-rigward tagħhom id-dritt tal-Unjoni ma jipprovdi ebda definizzjoni għandha tiġi stabbilita skont it-tifsira komuni tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintużaw u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li huma jagħmlu parti minnha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200604">4 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Trendsetteuse</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑828/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:438">EU:C:2020:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn l-elementi li għandu jiġi ddeterminat jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>bejgħ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, li jinsab fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653, jistax ikopri l-provvista, permezz tal-ħlas ta’ prezz, ta’ softwer tal-kompjuter lil klijent b’mod elettroniku, meta din il-provvista tkun akkumpanjata mill-għoti ta’ liċenzja permanenti għall-użu ta’ dan is-softwer.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, għandu jiġi rrilevat li din tirreferi b’mod ġenerali għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>bejgħ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, mingħajr ma tiddefinixxi t-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, li, barra minn hekk, ma huma ddefiniti f’ebda dispożizzjoni oħra ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, f’dak li jirrigwarda t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, skont ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, dan it-terminu jfisser il-prodotti li jistgħu jiġu vvalutati fi flus u li jistgħu, bħala tali, ikunu s-suġġett ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑65/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:673">EU:C:2006:673</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-imsemmi terminu, minħabba d-definizzjoni ġenerali tiegħu, jista’ jkopri softwer tal-kompjuter, bħalma huwa s-softwer inkwistjoni, peress li għandu valur kummerċjali u jista’ jkun is-suġġett ta’ tranżazzjoni kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi ppreċiżat li softwer jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, indipendentement mill-fatt li jiġi pprovdut fuq mezz fiżiku jew, bħal f’dan il-każ, b’mod elettroniku permezz ta’ tniżżil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 55 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-użu tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> fid-diversi verżjonijiet lingwistiċi tad-Direttiva 86/653 ma juri l-ebda distinzjoni skont in-natura tanġibbli jew intanġibbli tal-oġġett ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, minn perspettiva ekonomika, il-bejgħ ta’ programm tal-kompjuter fuq CD-ROM jew fuq DVD u l-bejgħ ta’ tali programm permezz ta’ tniżżil mill-internet huma simili, peress li l-mod ta’ trażmissjoni online huwa l-ekwivalenti funzjonali tal-kunsinna ta’ mezz materjali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>UsedSoft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑128/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:407">EU:C:2012:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653, jista’ jkopri softwer tal-kompjuter, indipendentement mill-mezz li fuqu jiġi pprovdut dan is-softwer.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, skont definizzjoni komunement aċċettata, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> huwa ftehim li permezz tiegħu persuna tittrasferixxi, abbażi ta’ ħlas ta’ prezz, lil persuna oħra d-drittijiet ta’ proprjetà tagħha fuq oġġett tanġibbli jew intanġibbli li huwa proprjetà tagħha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>UsedSoft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑128/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:407">EU:C:2012:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-każ partikolari tal-bejgħ ta’ kopja ta’ softwer tal-kompjuter, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-tniżżil ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter u l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ liċenzja ta’ użu relatat magħha jikkostitwixxu ħaġa waħda indiviżibbli. Fil-fatt, it-tniżżil ta’ kopja ta’ tali programm ma jkunx utli jekk l-imsemmija kopja ma tkunx tista’ tintuża mid-detentur tagħha. Dawn iż-żewġ operazzjonijiet għandhom, għaldaqstant, jiġu eżaminati bħala ħaġa waħda għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ġuridika tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>UsedSoft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑128/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:407">EU:C:2012:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kopja ta’ softwer tal-kompjuter, permezz ta’ tniżżil, u l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ liċenzja ta’ użu relatat magħha, intiżi sabiex jirrendu l-imsemmija kopja utilizzabbli mill-klijenti, b’mod permanenti, u permezz tal-ħlas ta’ prezz intiż sabiex jippermetti lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur jikseb remunerazzjoni li tikkorrispondi għall-valur ekonomiku tal-kopja tax-xogħol li huwa l-proprjetarju tiegħu, jimplikaw it-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà ta’ din il-kopja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>UsedSoft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑128/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:407">EU:C:2012:407</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Konsegwentement, fid-dawl tal-formulazzjoni tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653, għandu jiġi kkunsidrat li l-provvista, permezz tal-ħlas ta’ prezz, ta’ softwer tal-kompjuter lil klijent b’mod elettroniku, meta din il-provvista tkun akkumpanjata mill-għoti ta’ liċenzja permanenti għall-użu ta’ dan is-softwer tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>bejgħ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija sostnuta mill-kuntest li fih jinsab dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 86/653 jipprevedu ċerti esklużjonijiet iddefiniti sewwa, rispettivament, mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>aġent kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> u mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Zako</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑452/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:935">EU:C:2018:935</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Issa, ebda waħda minn dawn l-esklużjonijiet ma tikkonċerna n-natura tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>bejgħ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> li huwa s-suġġett tal-attività ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>aġent kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, imsemmija fl-Artikolu 1(2) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punti 66 u 67 tal-konklużjonijiet tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>bejgħ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> bħal dak deskritt fil-punt 43 ta’ din is-sentenza la jipprekludi li d-drittijiet u l-obbligi imposti rispettivament fuq l-aġent kummerċjali u fuq il-prinċipal jiġu eżegwiti skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3 sa 5 tad-Direttiva 86/653 u lanqas li l-aġent kummerċjali jirċievi remunerazzjoni li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-imsemmija interpretazzjoni hija sostnuta mill-għanijiet tad-Direttiva 86/653, li hija intiża, skont it-tieni u t-tielet premessa tagħha, sabiex tipproteġi l-aġenti kummerċjali fir-relazzjonijiet tagħhom mal-prinċipali tagħhom, li tippromwovi s-sigurtà tat-tranżazzjonijiet kummerċjali u li tiffaċilita l-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri bl-approssimazzjoni tas-sistemi ġuridiċi ta’ dawn tal-aħħar fil-qasam tar-rappreżentanza kummerċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Zako</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑452/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:935">EU:C:2018:935</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-effett utli tal-protezzjoni mogħtija permezz tad-Direttiva 86/653 ikun kompromess kieku l-provvista ta’ softwer, fil-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, kellha tiġi eskluża mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>bejgħ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, din l-interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni tkun teskludi mill-benefiċċju ta’ din il-protezzjoni persuni li jeżerċitaw, bl-għajnuna ta’ mezzi teknoloġiċi moderni, kompiti paragunabbli għal dawk eżerċitati minn aġenti kummerċjali, li l-kompitu tagħhom jikkonsisti fil-bejgħ ta’ merkanzija tanġibbli, b’mod partikolari permezz tat-tiftix għal klijentela u l-bejgħ dirett fid-djar tal-klijentela.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal hawn fuq jirriżulta li r-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>bejgħ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, imsemmi fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653, għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ jkopri l-provvista, permezz tal-ħlas ta’ prezz, ta’ softwer tal-kompjuter lil klijent b’mod elettroniku, meta din il-provvista tkun akkumpanjata mill-għoti ta’ liċenzja permanenti għall-użu ta’ dan is-softwer.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>bejgħ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, imsemmi fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-<DATE ISO="19861218">18 ta’ Diċembru 1986</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ jkopri l-provvista, permezz tal-ħlas ta’ prezz, ta’ softwer tal-kompjuter lil klijent b’mod elettroniku, meta din il-provvista tkun akkumpanjata mill-għoti ta’ liċenzja permanenti għall-użu ta’ dan is-softwer.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>