<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-152/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0152</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:264">EU:C:2018:264</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20180419">19.4.2018</DATE> – Kawża C-152/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Consorzio Italian Management u Catania Multiservizi</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180419">19 ta’ April 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/17/KE</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ reviżjoni tal-prezz wara l-għoti tal-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ tali obbligu fid-Direttiva 2004/17/KE jew li jirriżulta mill-prinċipji ġenerali li fuqhom huma bbażati l-Artikolu 56 TFUE u d-Direttiva 2004/17/KE</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi ta’ tindif u ta’ manutenzjoni marbuta mal-attività ta’ trasport ferrovjarju</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(3) TUE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 26, 57, 58 u 101 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ speċifikazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li ma jimplimentawx id-dritt tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-152/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20161124">24 ta’ Novembru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20170324">24 ta’ Marzu 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Consorzio Italian Management,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Catania Multiservizi SpA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Rete Ferroviaria Italiana SpA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla)</P><P>komposta minn C. Vajda (Relatur), President tal-Awla, E. Juhász u C. Lycourgos, imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Consorzio Italian Management u Catania Multiservizi SpA, E. Giardino u A. Cariola, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Rete Ferroviaria Italiana SpA, minn U. Cossu, avvocato,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn J. García-Valdecasas Dorrego, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Parlament Ewropew, minn L. Visaggio u R. van de Westelaken, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn E. Moro u M. Balta, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Gattinara u P. Ondrůšek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(3) TUE, tal-Artikoli 26, 56 sa 58 u 101 TFUE, tal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Dritijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011 tat-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="319" PAGE.FIRST="43" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 319, p. 43</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva 2004/17<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kif ukoll l-evalwazzjoni tal-validità tad-Direttiva 2004/17.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Consorzio Italian Management u Catania Multiservizi SpA, minn naħa, u Rete Ferroviaria Italiana SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>RFI<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), min-naħa l-oħra, dwar ir-rifjut ta’ din tal-aħħar li tilqa’ t-talba tagħhom intiża, wara l-għoti ta’ kuntratt li jirrigwarda, b’mod partikolari, servizzi ta’ tindif tal-istazzjonijiet ferrovjarji, għar-reviżjoni tal-prezz ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/17 tistabbilixxi koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti f’setturi speċifiċi, imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 tagħha, li jinkludu s-servizzi tat-trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Taħt il-Kapitolu III, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Prinċipji ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, tat-Titolu I ta’ din id-direttiva, l-Artikolu 10, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Prinċipji ta’ għoti ta’ kuntratti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw lil operaturi ekonomiċi ugwalment (indaqs) u mhux b’mod diskriminatorju u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Livelli minimi ta’ kuntratti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Minbarra fejn ikunu mwarrba mill-esklużjonijiet fl-Artikoli 19 sa 26 jew skond l-Artikolu 30, rigward is-segwiment ta’ l-attività msemmija, din id-Direttiva għandha tapplika għal kuntratti li għandhom valur li jeskludi t-taxxa tal-valur miżjud (VAT) stmat li mhuwiex inqas mill-livelli minimi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>EUR <FT TYPE="NUMBER">400000</FT> fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvdita u ta’ servizz;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Kuntratti mogħtija għall-għanijiet oħra għajr is-segwiment ta’ attività koperta jew għas-segwiment ta’ din l-attività f’pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal kuntratti li l-entitajiet kontraenti jagħtu għal għanijiet oħra għajr is-segwiment ta’ l-attivitajiet tagħhom kif deskritt fl-Artikoli 3 sa 7 […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 55 tad-Direttiva 2004/17, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kriterji għall-għoti tal-kuntratti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, fil-paragrafu 1 tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Mingħajr preġudizzju għal liġijiet nazzjonali, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi dwar ir-rimunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, il-kriterji li fuqhom l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti għandhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fejn il-kuntratt jingħata fuq il-bażi ta’ l-offerti l-aktar vantaġġuża ekonomikament mill-lat ta’ l-entità kontraenti, jkunu kriterji varji marbuta mal-kontenut tas-suġġett tal-kuntratt imsemmi, bħad-data tal-kunsinja jew tat-tlestija, spejjeż fl-operat, infiq effettiv, kwalità, karatteristiċi ta’ l-estetika u funzjonali, karatteristiċi ambjentali, mertu tekniku, servizz wara l-bejgħ u għajnuna teknika, irbit rigward parts, sigurtà ta’ provvista, u prezz jew inkella</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-prezz l-aktar baxx biss.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Minbarra t-test tad-domandi preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tinkludi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>espożizzjoni fil-qosor tas-suġġett tal-kawża kif ukoll tal-fatti rilevanti, kif ġew ikkonstatati mill-qorti tar-rinviju jew, minn tal-inqas, espożizzjoni tal-informazzjoni fattwali li fuqha jkunu bbażati d-domandi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll il-konnessjoni li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(4) tad-Decreto legislativo n. 163 – Codice dei contratti pubblici relativi a lavori, servizi e forniture in attuazione delle direttive 2004/17/CE e 2004/18/CE (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 li jistabbilixxi l-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi għal Xogħlijiet, għal Servizzi u għal Provvisti li Jittrasponi d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE), tat-<DATE ISO="20060412">12 ta’ April 2006</DATE> (suppliment ordinarju fil-GURI Nru 100, tat-<DATE ISO="20060502">2 ta’ Mejju 2006</DATE>), iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet espressi f’dan il-kodiċi, l-attività kuntrattwali tas-suġġetti msemmija fl-ewwel artikolu hija rregolata wkoll permezz tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kodiċi Ċivili.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 115 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Aġġustament tal-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="115.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kuntratti kollha ta’ servizzi jew ta’ provvisti ta’ eżekuzzjoni suċċessiva għandhom jinkludu klawżola ta’ reviżjoni perijodika tal-prezz. Ir-reviżjoni sseħħ abbażi ta’ investigazzjoni mwettqa minn persuni responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti u servizzi fuq il-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 7(4)(c) u (5).<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 115 ta’ dan id-digriet leġiżlattiv ma kienx inkluż fid-dispożizzjonijiet tiegħu li, skont l-Artikolu 206 tiegħu, kienu japplikaw għall-kuntratti pubbliċi li jaqgħu taħt is-setturi speċjali li jikkorrispondu għal dawk imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 tad-Direttiva 2004/17.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 1664 tal-codice civile (il-Kodiċi Ċivili), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Natura oneruża jew diffiċli fl-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Fil-każ li, minħabba ċirkustantanzi mhux prevedibbli, ikun hemm żidiet jew tnaqqis tal-ispiża tal-materjali jew tax-xogħol li jwasslu għal żieda jew tnaqqis ogħla minn għaxra fil-mija tal-prezz globali miftiehem, l-awtorità kontraenti jew l-iżviluppatur jista’ jitlob ir-reviżjoni ta’ dan il-prezz. Ir-reviżjoni tista’ tingħata biss fir-rigward tad-differenza li tmur lil hinn mill-għaxra fil-mija.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>RFI tat lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kuntratt għas-servizzi ta’ tindif, manutenzjoni tad-dekorazzjoni tal-bini u ta’ spazji miftuħa għall-pubbliku, kif ukoll għas-servizzi anċillari fl-istazzjonijiet, fl-istabbilimenti, fl-uffiċji u fl-imħażen mifruxa fit-territorju kollu tad-Direzione Compartimentale Movimento de Cagliari (id-Direttorat Reġjonali taċ-Ċirkulazzjoni ta’ Cagliari, l-Italja). Il-kuntratt kien jinkludi klawżola speċifika li tistabbilixxi l-modalitajiet għar-reviżjoni tal-prezz miftiehem, li kienu jidderogaw mill-Artikolu 1664 tal-Kodiċi Ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Matul l-eżekuzzjoni tal-imsemmi kuntratt, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali talbu lil RFI r-reviżjoni tal-prezz tal-kuntratt preċedentement miftiehem sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni żieda fl-ispejjeż kuntrattwali li tirriżulta miż-żieda fl-ispejjeż tal-persunal. Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120222">22 ta’ Frar 2012</DATE>, RFI ċaħdet din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara din iċ-ċaħda, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali adixxew lit-Tribunale amministrativo regionale per la Sardegna (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal Sardegna, l-Italja) b’azzjoni intiża għall-annullament tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140611">11 ta’ Ġunju 2014</DATE>, it-Tribunale amministrativo regionale per la Sardegna (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal Sardegna) ċaħdet l-azzjoni. Din il-qorti qieset li l-Artikolu 115 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 ma kienx applikabbli għall-kuntratti li jirrigwardaw setturi speċjali, bħall-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Din il-qorti, fil-fatt, ikkunsidrat li s-servizzi ta’ tindif tal-istazzjonijiet, tal-istabbilimenti, tal-uffiċċji u tal-imħażen kienu anċillari għall-eżerċizzju tal-attivitajiet li jaqgħu taħt is-setturi speċjali, peress li huma kienu jirrigwardaw elementi neċessarji li kienu jifformaw parti min-netwerk tat-trasport ferrovjarju. L-imsemmija qorti żiedet li reviżjoni tal-prezzijiet lanqas ma kienet obbligatorja skont l-Artikolu 1664 tal-Kodiċi Ċivili, peress li l-partijiet għal kuntratt jistgħu jidderogaw minn din id-dispożizzjoni billi jinkludu f’dan il-kuntratt klawżola kuntrattwali li tillimita r-reviżjoni tal-prezz, li kien il-każ fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw appell minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju u sostnew, fil-kuntest tal-ewwel u t-tieni aggravji tagħhom, li l-Arikolu 115 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 jew, b’mod alternattiv, l-Artikolu 1664 tal-Kodiċi Ċivili kien, kuntrarjament għal dak li kienet iddeċidiet it-Tribunale amministrativo regionale per la Sardegna (il-Qorti Amministrattiva<?PAGE NO="5"?> Reġjonali għal Sardegna), applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Barra minn hekk, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kkontestaw il-konformità, mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 115 u 206 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006, billi sostnew li dawn id-dispożizzjonijiet, peress li huma intiżi li jeskludu r-reviżjoni tal-prezzijiet fis-settur tat-trasporti, b’mod iktar speċifiku fil-kuntratti relatati mat-tindif, kienu jmorru kontra, b’mod partikolari, l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikoli 26, 101 TFUE <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>, kif ukoll id-Direttiva 2004/17. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija għalhekk eċċessiva u mhux iġġustifikata fil-konfront tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-imsemmija leġiżlazzjoni hija wkoll inġustament sproporzjonata u ta’ natura li tqiegħed lill-impriża kontraenti ta’ kuntratt li jirrigwarda s-servizz ta’ tindif f’pożizzjoni ta’ subordinazzjoni u dgħajfa fil-konfront tal-impriża pubblika, u dan iwassal għal żbilanċ kuntrattwali inġust u sproporzjonat, u finalment jibdel ir-regoli ta’ funzjonament tal-kuntratt. Fl-aħħar nett, fil-każ li l-esklużjoni tar-reviżjoni tal-prezz fil-kuntratti kollha konklużi u applikati fis-setturi speċjali tirriżulta direttament mid-Direttiva 2004/17, din tal-aħħar tkun invalida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel aggravju mqajjem mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju tesprimi l-intenzjoni tagħha li tiċħdu, billi tikkonferma l-analiżi tat-Tribunale amministrativo regionale per la Sardegna (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal Sardegna) li l-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li huwa marbut b’rabta funzjonali mas-setturi speċjali, jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 applikabbli għall-imsemmija setturi. Il-qorti tar-rinviju tindika li hija tipprevedi wkoll li tiċħad it-tieni aggravju mqajjem mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, minħabba li dawn id-dispożizzjonijiet, sa fejn dawn huma ta’ natura imperattiva, jirbħu fuq l-Artikolu 1664 tal-Kodiċi Ċivili, minħabba li l-partijiet fil-kawża prinċipali pprevedew regola speċjali li tidderoga minn dan l-artikolu tal-Kodiċi Ċivili u minħabba li l-kundizzjoni intiża <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>għaċ-ċirkustanzi mhux prevedibbli<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> inkluża fl-imsemmi artikolu ma kinitx ġiet issodisfatta f’dan il-każ. Din il-qorti tqis madankollu li, peress li hija tiddeċiedi fl-aħħar istanza u r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ressqu quddiemha talba f’dan is-sens, hija għandha tivverifika l-konformità, mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-Artikolu 206 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006, sa fejn dan jeskludi l-applikabbiltà tal-Artikolu 115 ta’ dan id-digriet mhux biss għall-kuntratti li jaqgħu taħt is-setturi speċjali iżda wkoll, permezz ta’ interpretazzjoni ġudizzjarja, għall-kuntratti ta’ servizzi li, minkejja li ma jaqgħux taħt is-setturi speċjali, huma marbuta magħhom permezz ta’ rabta funzjonali. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li hija għandha, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tadixxi lil din tal-aħħar bil-kwistjoni tal-validità tad-Direttiva 2004/17, imqajma mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1)</NO.P><TXT>Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali li teskludi r-reviżjoni tal-prezzijiet fil-kuntratti relatati ma[s]-[…] setturi speċjali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dawk li s-suġġett tagħhom huwa differenti minn dawk imsemmija fl-istess direttiva, iżda li huwa marbut ma’ dawn tal-aħħar permezz ta’ rabta funzjonali, hija konformi mad-dritt tal-Unjoni […] (b’mod partikolari l-Artikoli 3(3) TUE, l-Artikoli 26, 56 sa 58 u 101 TFUE u l-Artikolu 16 tal-[Karta] u mad-Direttiva 2004/17?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/17 (jekk jitqies li l-esklużjoni tar-reviżjoni tal-prezzijiet fil-kuntratti kollha konklużi u applikati fil-kuntest ta[s]-[…] setturi speċjali tirriżulta direttament minnha), hija konformi mal-prinċipji tal-Unjoni Ewropea (b’mod partikolari mal-Artikolu 3(1) TUE, mal-Artikoli 26, 56 sa 58 u 101 TFUE u mal-Artikolu 16 tal-[Karta]), “fid-dawl tan-natura inġusta u sproporzjonata, u tal-alterazzjoni tal-bilanċ kuntrattwali u, għaldaqstant tar-regoli ta’ suq effiċjenti?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikoli 26, 56 sa 58 u 101 TFUE, l-Artikolu 16 tal-Karta kif ukoll id-Direttiva 2004/17 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma jipprevedux ir-reviżjoni perijodika tal-prezzijiet wara l-għoti ta’ kuntratti fis-setturi inklużi fl-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, in-neċessità li tingħata interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun utli għall-qorti nazzjonali teżiġi li din tosserva bir-reqqa r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari u li jissemmew b’mod espliċitu fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-qorti tar-rinviju hija meqjusa li għandha għarfien tiegħu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Persidera</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑112/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:597">EU:C:2017:597</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Dawn ir-rekwiżiti huma, barra minn hekk, imfakkra fir-rakkomandazzjonijiet lill-qrati tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="338" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, C 338, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa indispensabbli, kif jindika l-Artikolu 94(a) u (c) tar-Regoli ta’ Proċedura, li d-deċiżjoni tar-rinviju tkun tinkludi, minn naħa, espożizzjoni fil-qosor tal-fatti rilevanti jew, minn tal-inqas, l-espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Persidera</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑112/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:597">EU:C:2017:597</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li d-deċiżjoni tar-rinviju ma tagħti l-ebda spjegazzjoni dwar ir-rilevanza tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(3) TUE kif ukoll tal-Artikoli 26, 57, 58 u 101 TFUE għas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali. L-istess japplika għall-Artikolu 56 TFUE sa fejn dan jirrigwarda aspetti differenti minn dawk li huma s-suġġett tal-eżami tal-Qorti tal-Ġustizzja inklużi fil-punt 32 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel domanda hija, f’dan is-sens, inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/17 u tal-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li l-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqa’ taħt din id-direttiva, peress li ngħata minn awtorità kontraenti fis-sens tagħha, f’dan il-każ RFI, u huwa marbut b’rabta funzjonali mal-attività ta’ trasport ferrovjarju li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li d-Direttiva 2004/17 tapplika effettivament mhux biss għall-kuntratti li ngħataw fil-qasam ta’ waħda mill-attivitajiet espressament imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 tagħha, iżda wkoll għall-kuntratti li, għalkemm huma ta’ natura differenti u jistgħu għalhekk, bħala tali, jaqgħu normalment fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitol 6, Vol. 7, p. 132), iservu għall-eżerċizzju tal-attivitajiet iddefiniti mid-Direttiva 2004/17. Konsegwentement, sa fejn kuntratt li ngħata minn entità kontraenti jkollu rabta ma’ attività eżerċitata minnha fis-setturi msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 ta’ din id-direttiva, dan il-kuntratt għandu jkun suġġett għall-proċeduri previsti mill-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ing. Aigner</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-393/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:213">EU:C:2008:213</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm id-deċiżjoni tar-rinviju ma tinkludi l-ebda element dwar il-valur tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-atti tal-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dan il-valur imur lil hinn mil-livell minimu rilevanti għall-applikazzjoni tal-imsemmija direttiva, stabbilit fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">400000</FT> skont l-Artikolu 16(a) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/17 hija, għaldaqstant, rilevanti għall-finijiet tar-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li ma jirriżulta minn ebda dispożizzjoni tal-imsemmija direttiva li din għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali, bħall-Artikoli 115 u 206 flimkien tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006, li ma jipprevedux r-reviżjoni perijodika tal-prezzijiet wara l-għoti tal-kuntratti li jaqgħu taħt is-setturi msemmija mill-istess direttiva, peress li din tal-aħħar ma timponi l-ebda obbligu speċifiku fuq l-Istati Membri sabiex huma jipprevedu dispożizzjonijiet li jeżiġu li l-entità kontraenti tagħti lill-parti kontraenti tagħha reviżjoni ’l fuq tal-prezz wara l-għoti ta’ kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Bl-istess mod, lanqas il-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata d-Direttiva 2004/17, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnu, stabbiliti fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva, ma jipprekludu tali dispożizzjonijiet. Għall-kuntrarju, ma jistax jiġi eskluż li reviżjoni tal-prezz wara l-għoti tal-kuntratt tista’ tikser dan il-prinċipju u dan l-obbligu (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160907">7 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Finn Frogne</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-549/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:634">EU:C:2016:634</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, kif tirrileva l-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-prezz tal-kuntratt jikkostitwixxi element importanti ħafna fl-evalwazzjoni tal-offerti minn entità kontraenti, kif ukoll fid-deċiżjoni tagħha li tagħti l-kuntratt lil operatur. Din l-importanza tirriżulta barra minn hekk mill-fatt li l-prezz jissemma fiż-żewġ kriterji għall-għoti tal-kuntratti inklużi fl-Artikolu 55(1) tad-Direttiva 2004/17. F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali li ma jipprevedux ir-reviżjoni perijodika tal-prezzijiet wara l-għoti ta’ kuntratti li jaqgħu taħt is-setturi msemmija minn din id-direttiva huma minflok iktar ta’ natura li jiffavorixxu r-rispett tal-imsemmija prinċipji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li d-Direttiva 2004/17 u l-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma jipprevedux ir-reviżjoni perijodika tal-prezzijiet wara l-għoti ta’ kuntratti li jaqgħu taħt is-setturi msemmija minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE, għandu jiġi rrilevat li dan l-artikolu jistabbilixxi, fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, il-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza, li magħhom il-kompatibbiltà ta’ dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali diġà ġiet evalwata fil-punt 30 ta’ din is-sentenza. Konsegwentement, ma hemmx lok li titwettaq mill-ġdid interpretazzjoni, f’dan is-sens, ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 16 tal-Karta, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 51(1) tagħha, id-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar huma indirizzati biss lill-Istati Membri meta jimplementaw id-dritt tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 51(2) tal-Karta, din tal-aħħar ma testendix il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni lil hinn mill-kompetenzi tal-Unjoni, ma toħloq ebda kompetenza jew kompitu ġdid għall-Unjoni u ma tbiddilx il-kompetenzi u l-kompiti ddefiniti fit-Trattati. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tinterpreta, fid-dawl tal-Karta, id-dritt tal-Unjoni fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Julián Hernández <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-198/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2055">EU:C:2014:2055</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tal-Artikolu 51 tal-Karta jippreżupponi l-eżistenza ta’ rabta ta’ konnessjoni bejn att tad-dritt tal-Unjoni u l-miżura nazzjonali inkwistjoni. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni ma kinux applikabbli fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali minħabba l-fatt li<?PAGE NO="8"?> d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam ikkonċernat ma kienu jimponu ebda obbligu speċifiku lill-Istati Membri fir-rigward tas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Julián Hernández <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-198/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2055">EU:C:2014:2055</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li jirriżulta mill-punti 29 u 30 ta’ din is-sentenza li la d-Direttiva 2004/17 u lanqas il-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata ma jimponu fuq l-Istati Membri obbligu speċifiku li jipprevedu dispożizzjonijiet li jeżiġu li l-entità kontraenti tagħti lill-parti kontraenti tagħha reviżjoni ’l fuq tal-prezz wara l-għoti ta’ kuntratt, id-dispożizzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006, sa fejn dawn ma jipprevedux r-reviżjoni perijodika tal-prezzijiet tal-kuntratti li jaqgħu taħt is-setturi msemmija mill-imsemmija direttiva, ma għandhomx rabta mal-imsemmija direttiva u ma jistgħux, għaldaqstant, jiġu kkunsidrata li huma jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li d-Direttiva 2004/17 u l-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma jipprevedux ir-reviżjoni perijodika tal-prezzijiet wara l-għoti ta’ kuntratti li jaqgħu taħt is-setturi msemmija f’din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fejn ikun jidher manifestament li l-interpretazzjoni jew l-evalwazzjoni tal-validità ta’ regola tal-Unjoni, mitluba mill-qorti nazzjonali, ma jkollhom l-ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali jew inkella fejn il-problema tkun ta’ natura ipotetika, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiċħad it-talba mressqa mill-qorti nazzjonali bħala inammissibbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rosneft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-72/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:236">EU:C:2017:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li din il-kwistjoni, li permezz tagħha il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-validità tad-Direttiva 2004/17, hija bbażata fuq il-premessa li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006, sa fejn dawn ma jipprevedux r-reviżjoni perijodika tal-prezzijiet tal-kuntratti li jaqgħu taħt is-setturi msemmija minn din id-direttiva, jikkostitwixxu implimentazzjoni ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Issa, peress li mill-eżami tal-ewwel domanda jirriżulta li la d-Direttiva 2004/17 u lanqas il-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata ma jipprekludu dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma jipprevedux ir-reviżjoni perijodika tal-prezzijiet wara l-għoti ta’ kuntratti li jaqgħu taħt is-setturi msemmija f’din id-direttiva, din il-kwistjoni hija ta’ natura purament ipotetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li t-tieni domanda hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, kif emendata bir-Reglament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011, tat-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE>, u l-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma jipprevedux ir-reviżjoni perijodika tal-prezzijiet wara l-għoti ta’ kuntratti li jaqgħu taħt is-setturi msemmija f’din id-direttiva.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>