Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/94 tad-29 ta' April 1994 li jippreskrivi ċerti regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3528/86 dwar il-protezzjoni tal-foresti tal-Komunità kontra tniġġis mill-atmosfera
Official Journal L 125 , 18/05/1994 P. 0001 - 0044
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0141
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0141
CS.ES Chapter 03 Volume 16 P. 117 - 160
ET.ES Chapter 03 Volume 16 P. 117 - 160
HU.ES Chapter 03 Volume 16 P. 117 - 160
LT.ES Chapter 03 Volume 16 P. 117 - 160
LV.ES Chapter 03 Volume 16 P. 117 - 160
MT.ES Chapter 03 Volume 16 P. 117 - 160
PL.ES Chapter 03 Volume 16 P. 117 - 160
SK.ES Chapter 03 Volume 16 P. 117 - 160
SL.ES Chapter 03 Volume 16 P. 117 - 160
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/94 tad-29 ta' April 1994 li jippreskrivi ċerti regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3528/86 dwar il-protezzjoni tal-foresti tal-Komunità kontra tniġġis mill-atmosfera IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3528/86 tas-17 ta' Novembru 1986 dwar il-protezzjoni tal-foresti tal-Komunità kontra tniġġis atmosferiku [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2157/92 [2], u partikolarment bl-Artikoli 3 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjoni Nru 1 dwar l-ewwel konferenza ministerjali għall-protezzjoni tal-foresti fl-Ewropa [3] u l-kontinwazzjoni tagħha, Billi, skond l-Artikolu 2 (1) inċiż 3 u 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3528/86, l-għan ta' l-iskema tal-Komunità huwa li tgħin lill-Istati Membri biex: - titwettaq sorveljanza intensiva, kontinwa ta' l-ekosistema tal-foresti, - li jitwaqqaf jew jkun estiż, b'mod koordinat u armonjuż, netwerk ta' bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni meħtieġa għal dik is-sorveljanza intensiva u kontinwa; Billi, skond l-Artikolu 2 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 3528/86 l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni it-tagħrif miġbur min-netwerk ta' bċejjeċ ta' art ta' osservazzjoni għas-sorveljanza intensiva u kontinwa; Billi dan in-netwerk ta' bċejjeċ ta' art ta' osservazzjoni huwa mwaqqfa biex jikseb tagħrif dettaljat dwar l-evoluzzjoni ta' l-ekosistemi tal-foresti fil-Komunità; billi dan l-approċ jippermetti li jiġu stabbiliti korrelazzjonijiet bejn il-varjazzjoni ta' fatturi ambjentali, speċjalment it-tniġġis atmosferiku u r-reazzjoni ta' l-ekosistemi tal-foresti; billi it-tagħrif li jipprovdi, jippermetti interpretazzjoni aħjar għas-sejbiet li joħorġu min-netwerk sistematiku tal-bċejjeċ ta' art ta' osservazzjoni kif speċifikat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1696/87 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 836/94 [5]; Billi l-applikazzjonijiet għall-għajnuna mibgħuta skond ir-Regolament (KEE) Nru 3528/86 għall-għan tat-twettieq ta' sorveljanza intensiva u kontinwa li għaliha jirreferi l-Artikolu 2 (1) għandu jkun fihom it-tagħrif kollu meħtieġ għall-eżami ta' dawk il-miżuri fid-dawl ta' l-oġġettivi u l-kriterji ta' dak ir-Regolament; billi dan it-tagħrif għandu jkun preżentat fil-forma standardizzata biex jiffaċilita l-eżami u t-tqabbil ta' l-applikazzjonijiet; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Foresti, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Għandu jitwaqqaf netwerk ta' bċejjeċ ta' art ta' osservazzjoni permanenti mill-Istati Membri. Sat-30 ta' Ġunju 1994, l-għażla ta' dawn il-bċejjeċ ta' art għandha tkun lesta u aktar minn 50 % tal-bċejjeċ ta' art għandhom ikunu installati, skond il-metodi komuni għat-twaqqif ta' netwerk ta' bċejjeċ ta'art ta' osservazzjoni permanenti għall-monitoraġġ intensiv u kontinwu (ara l-Anness I). L-aħħar bċejjeċ ta' art għandhom ikunu mwaqqfa qabel it-30 ta' Ġunju 1995. Għall-bċejjeċ ta' art kollha l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sal-15 ta' Diċembru 1994 prospett tal-kriterji tal-għażla u lista sħiħa tal-bċejjeċ ta' art magħżula, li tkun tinkludi t-tagħrif bażiku bħall-lok (lonġitudni, latitudni u altitudni) u speċi, kif ukoll it-tagħrif ġenerali dwar il-biċċa art għal kull biċċa art ta' osservazzjoni mwaqqfa f'formola standardizzata kif speċifikat fl-Anness VIIa. 2. Fuq il-bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni sorveljanza intensiva u konrinwa ta' l-ekosistemi tal-foresti għandhom jitwettqu. Din ikun fiha l-inventarju kontinwu tal-kondizzjoni tal-quċċata, l-inventarju tal-ħamrija u l-kondizzjoni tal-weraq u l-miżuri tal-bidliet inkrementali, rati ta' depożitu u meteoroloġija skond l-oġġettiv tal-metodu tal-kampjunar u analizzat skond il-metodi stabbiliti. 3. Sal-31 ta' Diċembru 1996, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni f'forma standardizzata it-tagħrif miġbur mis-sorveljanzi differenti mwettqa bejn l-1991 u l-1996 għal kull biċċa art permanenti ta' osservazzjoni flimkien ma' l-interpretazzjoni tar-riżultati kif speċifikat fl-Anness VII. 4. Dettalji tekniċi li għandhom x'jaqsmu mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma preskritti fl-Annessi III sa VII. Artikolu 2 1. Applikazzjonijiet għall-għajnuna mill-Komunità: - biex jitwaqqaf jew jiġi estiż in-netwerk ta' bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni għas-sorveljanza intensiva u kontinwa, - biex jitwettaq inventarju tal-kondizzjoni tal-quċċata, - biex jitwettaq inventarju tal-ħamrija, - biex jitwettaq inventarju tal-weraq, - biex jitwettqu kejlijiet inkrementali, - biex jitwettqu kejlijiet tad-depożiti, u - biex jitwettqu kejlijiet meteoroloġiċi, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 3528/86 għandu jkun fihom it-tagħrif u d-dokumenti speċifikati fl-Anness II li jinsab ma' dan ir-Regolament. Għandhom jintbagħtu tliet kopji ta' l-applikazzjonijiet skond l-Anness II. L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Novembru ta' kull sena għas-sena ta' wara. 2. L-applikazzjonijiet li ma jkunux jikkonformaw mal-ħtiġiet imniżżla f'dan l-Artikolu m'għandhomx ikunu kunsidrati. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak li jiġi ppublikat fih fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, id-29 ta' April 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 326, 21. 11. 1986, p. 2. [2] ĠU Nru L 217, 31. 7. 1992, p. 1. [3] Diċembru 1990, Strasburgu. [4] ĠU Nru L 161, 10. 6. 1987, p. 1. [5] ĠU Nru L 97, 15. 4. 1994, p. 4. -------------------------------------------------- ANNESS I METODI KOMUNI GĦAT-TWAQQIF TA' NETWERK TA' BĊEJJEĊ TA' ART PERMANENTI TA' OSSERVAZZJONI GĦALL-MONITORAĠĠ INTENSIV U KONTINWU (Artikolu 2 (1) Tar-Regolament (KEE) Nru 3528/86 u l-emendi tiegħu) I. Rimarki ġenerali L-għan tas-sistema msemmija fl-Artikolu 2 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 3528/86 u l-emendi tiegħu huwa li jwaqqaf netwerk ta' bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni fl-Istati Membri tal-Komunità u li jinġabar tagħrif b'sorveljanza intensiva u kontinwa. L-oġġettivi ta' l-iskema huma: - li jitmexxa monitorġġ intensiv u kontinwu ta' l-ekosistemi tal-foresti b'relazzjoni mal-ħsara kaġunata mit-tniġġis atmosferiku u fatturi oħra li jinfluwenzaw il-kondizzjoni tal-foresti, - biex jittejjeb il-ftehim bejn ir-relazzjoni każwali bejn il-bidliet fl-ekosistemi tal-foresti u l-fatturi li jinfluwenzawha, speċjalment it-tniġġis atmosferiku, billi jiġi konċentrat f'post wieħed diversi kejlijiet u monitoraġġ ta' l-ekosistemi tal-foresti u l-komponenti tagħhom, - biex jinkiseb it-tagħrif relevanti dwar l-evoluzzjoni ta' numru ta' ekosistemi tal-foresti fil-Komunità. II. Twaqqif ta' netwerk ta' bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni II.1. Għażla tal-bċejjeċ ta' art L-Istati Membri għandhom jagħżlu sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1994 numru suffiċjentement kbir ta' bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni f'pajjiżhom. In-numru massimu ta' dawn il-bċejjeċ ta' art għandu fil-prinċipju ma jeċċedix 20 % tan-numru ta' bċejjeċ ta' art nazzjonali tal gridnet tal-Komunità ta' 16 x 16 km (Regolament KEE Nru 1696/87). L-Istati Membri b'numru limitat ta' bċejjeċ ta' art tal-gridnet tal-Komunità huma permessi li jagħżlu numru akbar ta' bċejjeċ ta' art permanenti taħt il-kondizzjoni li n-numru għandu jkun limitat għall-15-il biċċa art. L-għażla ta' dawn il-bċejjeċ ta' art huma r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri, għalkemm il-kriterji li ġejjin għall-għażla għandhom ikunu applikati: - il-bċejjeċ ta' art għandhom jinstabu b'dak il-mod li l-ispeċi aktar imporanti tal-foresti u l-kondizzjonijiet ta' tkabbir l-aktar imferrxa fil-pajjiż rispettivi ikun rappreżentati, - id-daqs minimu ta' kull biċċa art għandu jkun ta' 0.25 ettari fuq pjan orrizontali, - biex jitnaqqsu l-effetti mill-attivitajiet fuq l-erji ta' madwar il-biċċa art għandha tkun imdawra v' żona buffer. Il-wisa' attwali taż-żona hija dipendenti fuq it-tip u l-età tal-foresta. Jekk l-erja tal-biċċa art u l-inħawi tagħha tkun uniformi fir-rigward ta' l-għoli u l-istruttura ta' l-eta, il-wisa' u ż-żona ta' buffer tista' tkun ristretta għal 5 jew 10 metri. Jekk l-erja tal-foresta li fiha tkun tinsab il-biċċa art tikkonsisti fi bċejjeċ imħalltin speċi jew struttura ta' eta differenti, iż-żona buffer għandha titkabbar sa ħames darbiet il-potenzal massimu għoli tal-foresta fil-biċċa art, - billi l-biċċa art għandha tkun disponibbli għall-monitoraġġ matul perijodu twil, huwa meħtieġ li l-kantunieri u/jew il-fruntieri jkunu mmatkati b'mod ċar u li kull siġra kampjun fil-biċċa art tkun numerata b'mod permanenti, - il-bċejjeċ ta' art għandhom ikunu aċċessibbli faċilment f'kull żmien u li ebda retrizzjonijiet fir-rigward ta' l-aċċess u kampjonar m'għandhom jeżistu, - m'għandu jkun hemm ebda differenzi fil-ġestjoni tal-biċċa art, iż-żona buffer u l-foresta ta' mad-dawra (eż. l-operazzjonijiet tal-ġestjoni għandhom ikunu paragunabbli u t-tfixxkil bl-immonitoraġġ għandu jinżamm għall-minimu), - għandu jkun evitat tniġġis dirett minn sorsi magħrufa lokali. Il-bċejjeċ ta' art m'għandhomx jibstabu fl-inħawi ta' rziezet, viċin ħafna tat-toroq prinċipali jew fil-qrib dirett ta' industriji li jniġġsu, - numru suffiċjenti ta' siġar għandhom ikunu disponibbli għall-kampjonar jew qrib il-biċċa art, - il-bċejjeċ ta' art u żona buffer għandhom ikunu uniformi kemm jista' jkun dwar, eż. l-ispeċi jew it-taħlit ta' speċi, daqs ta' l-età, il-ħamrija u l-inklinazzjoni, - il-bċejjeċ ta' art għandhom ikunu lokati suffiċjentement 'il bogħod mix-xifer tal-foresta. Huwa rakkomandat li jingħażlu bċejjeċ ta' art li jkun ġew immonitorjati fis-snin ta' qabel fil-qafas tal-Regolament (KEE) Nru 3528/86 jew programmi oħra. Meta jkollhom jingħażlu bċejjeċ ta' art addizzjonali huwa rakkomandat li l-bċejjeċ ta' art ikunu identiċi ma' jew jinsabu qrib waħda mill-bċejjeċ ta' art eżistenti fit-netwerk tal-Komunità ta' 16 x 16 km u li l-bċejjeċ ta' art jinsabu b'dak il-mod li t-tagħrif minn sorsi oħra (eż. stazzjonijiet meteoroloġiċi) jkunu jistgħu jintużaw. II.2. Stallazzjoni u dokumentazzjoni tal-biċċa art L-Istati Membri għandhom jistallaw, preferibilment f'kollha, iżda ta' lanqas aktar minn 50 % tal-bċejjeċ ta' art b'mod permanenti sat-30 ta' Ġunju 1994. F'ċerti każi jkun aċettat illi l-istallazzjoni attwali ta' l-aħħar bċejjeċ ta' art tittawwal b'sena. Kull biċċa art installata għandha tkun deskritta fid-dettal. Tagħrif ġenerali għandu jkun stabbilit u rapportat qabel il-15 ta' Diċembru 1994. Id-deskrizzjoni dettaljata ta' l-art għandha tinkludi: id-deskrizzjoni eżatta tal-biċċa art, għandha titħejja pjanta li tkun turi l-immarkar permanenti tal-kantunieri u/jew il-fruntieri tal-biċċa art, in-numru ta' siġar fil-biċċa art u kull elementi permanenti relevanti oħra fi jew fil-qrib tal-biċċa art (eż. triq ta' aċċess, xmajjar). Fil-futur, il-postt eżatt tas-siti tal-kampjun (eż. ħofor fil-ħamrija) għandhom ikunu rekordjati wkoll fuq din il-mappa. II.3. Definizzjoni tas-sub biċċa art Fil-prinċipju s-siġar kollha fil-biċċa art sħiħa għandhom ikunu nklużi fil-kampjun għall-istima tas-siġar (eż. Inventarju tal-quċċati, stima inkrimentata). Fil-każ li l-biċċa art ikollha ħafna siġar (eż. stands folti), sub biċċa art tista' tiġi definita biex tiġi wżata għal dawn l-istudji. Id-daqs tas-sub biċċa art fiż-żmien ta' l-istallazzjoni tal-biċċa art għandu jkun kbir biżżejjed biex jagħti estimi ta min jirbot fuqhom għal dawk l-istudji għall-minimu ta' 20 sena, preferibbilment matul il-ħajja kollha ta' l-istand. Minimu ta' ta' l-anqas 20 siġra fis-sub biċċa art għandu jkun disponibbli f'dan il-perijodu. II.4. Tagħrif ġenerali dwar kull biċċa art It-tagħrif ġenerali li ġej dwar kull biċċa art permanenti ta' osservazzjoni għall-monitoraġġ intensiv u kontinwu għandu jkun miġbur matul l-istallazzjoni u l-ewwel studji: | Stallazzjoni | L-ewwel stħarriġ | Kodiċi deskrittiv | Pajjiż Numru ta' l-osservazzjoni tal-biċċa art Latitudni u lonġitudini attwali | | Data tas-sit | Altitudini Orjentazzjoni Daqs totali tal-biċċa ta' l-art Numru ta' siġar fil-biċċa art sub biċċa ta' l-art jekk hemm | Disponibbilità ta' l-ilma ta' l-ispeċi prinċipali Tip ta' l-umus Unità tal-ħamrija (stima) | Data ta' l-istand | Età medja tas-sular dominanti Speċi tas-siġra ewlenija Rendiment (stima) | | Osservazzjoni oħra | Storja tal-biċċa ta' l-art Stazzjon tal-monitoraġġ fl-inħawi | | Sal-15 ta' Diċembru 1994, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni għal kull biċċa art istallatait-tagħrif miġbur matul l-istallazzjoni bl-użu ta' datafile (ara l-Anness VIIa, Formola 1a) u rapporti (ara l-Anness VIIa, Formola 1b). Tagħrif importanti miksub matul is-snin ta' monitoraġġ għandu jintbagħat kull sena bl-użu tal-Formuli 1a u 1b (l-Anness VII). It-tagħrif l-ieħor għandu jinbagħat minnufih wara li jkun twettaq l-ewwel studju relevanti u jkun aġġornat fejn meħtieġ. II.5. Bdil ta' bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni Il-bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni għall-monitoraġġ fit-tul. Fil-każ ta' ġrajjiet mhux previsti (eż. distruzzjoni tas-siġar fil-biċċa art bin-nar, tempesta) sostituzzjoni ta' din il-biċċa art tista' tkun meġtieġa. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni it-tagħrif bażiku dwar il-biċċa art ġdida kif speċifikat f'dan l-Anness. -------------------------------------------------- ANNESS II APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA MILL-KOMUNITÀ DWAR IL-MIŻURI LI GĦANDHOM JITWETTQ U SKOND L-ARTIKOLU 2 TAR-REGOLAMENT (KEE) NRU 3528/86 U L-EMENDI TIEGĦU Applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu preżentati skond l-Anness A li jinsab mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 526/87 [1] flimkien ma' sommarju tat-tagħrif elenkat hawn taħt u t-tabella kompletata kif iinkluża f'dan l-Anness bħala Formola 2a. Għal kull wieħed mill-miżuri li għandhom jitwettqu skond l-Artikolu 2, għandu jingħata t-tagħrif fuq dawn il-ħwejjeġ li ġejjin: 1. Deskrizzjoni zgħira tal-miżuri 2. Applikant Irbit bejn l-applikant u l-miżuri 3. Aġenzija responsabbli għat-twettiq tal-miżuri Għan u skop ta' l-attivitajiet prinċipali ta' l-aġenzija 4. Deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri meta (a) il-miżuri jirrelataw dwar it-twaqqif jew l-estensjoni tan-netwerk ta' bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni għas-sorveljanza intensiva u kontinwa 1. Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni eżistenti 2. Post ġeografiku u erja tar-reġjun/i konċernati (+dokument kartografiku) 3. Numru ta' bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni (b) il-miżuri li jirrelataw dwar it-twaqqif u eżekuzzjoni ta' inventarju tal-kondizzjoni tal-quċċata dwar il-biċċa art permanenti ta' osservazzjoni 1. Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni eżistenti 2. Numru ta' bċejjeċ ta' art ta' osservazzjoni, li għandhom jiġu inklużi fl-inventarju tal-kondizzjoni tal-quċċata (Formola 2a) 3. Deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura ta' kampjonatura użata fil-livell tal-biċċa art (numru ta' siġar, immarkar, eċċ.) 4. Indikazzjoni tal-programm għat-twettiq tal-miżuri proġettati (Formola 2b) (ċ) il-miżuri li jirrelataw dwar it-twaqqif u l-eżekuzzjoni ta' inventarju tal-kondizzjoni tal-ħamrija dwar il-biċċa art permanenti ta' osservazzjoni 1. Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni eżistenti 2. Numru ta' bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni, li għandhom jiġu inklużi fl-inventarju tal-kondizzjoni tal-ħamrija (Formola 2a) 3. Deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri ta' kampjonar użati fil-livell tal-biċċa art (numru ta' kampjuni wieħed, deskrizzjoni tal-profil tal-ħamrija, eċċ.) 4. Deskrizzjoni dettaljata tal-parametri li għandhom jiġu stabbliti u l-metodi ta' analiżi li għandhom jiġu applikati iinkluża deskrizzjoni ċara ta' kull kalibrazzjoni, korrezzjoni, u/jew rikalkolazzjoni meħtieġa biex tagħmel ir-riżultati kompatibbli mar-riżultati analizzati skond il-metodi approvati 5. Indikazzjoni tal-programm għat-twettiq tal-miżuri proġettati (Formola 2b) (d) il-miżuri jirrigwadaw it-twaqqif u l-eżekuzzjoni ta' inventarju tal-kondizzjoni tal-weraq dwar il-biċċa art permanenti ta' osservazzjoni 1. Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni eżistenti 2. Numru ta' bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni, li għandhom jiġu inklużi fl-inventarju tal-kondizzjoni tal-weraq (Formola 2a) 3. Deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri ta' kampjunatura użati fil-livell tal-biċċa art (numru ta' kampjuni wieħed, deskrizzjoni, eċċ.) 4. Deskrizzjoni dettaljata tal-parametri li għandhom jiġu stabbliti u l-metodi ta' analiżi li għandhom jiġu applikati inkluża deskrizzjoni ċara ta' kull kalibrazzjoni, korrezzjoni, u/jew rikalkolazzjoni meħtieġa biex tagħmel ir-riżultati kompatibbli 5. Indikazzjoni tal-programm għat-twettiq tal-miżuri proġettati (Formola 2b) (e) il-miżuri li jirrelataw dwar it-twaqqif u l-eżekuzzjoni ta' inventarju tal-bidliet inkrementali dwar il-biċċa art permanenti ta' osservazzjoni. 1. Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni eżistenti 2. Numru ta' bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni, li għandhom jiġu inklużi fil-miżuri inkrementati (Formola 2a) 3. Deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri ta' kejlijiet użati fil-livell tal-biċċa art (numru tal-kejlijet, deskrizzjoni, eċċ.) 4. Deskrizzjoni dettaljata tal-parametri li għandhom jiġu stabbliti u l-metodi ta' analiżi li għandhom jiġu applikati inkluża deskrizzjoni ċara ta' kull kalibrazzjoni, korrezzjoni, u/jew rikalkolazzjoni meħtieġa biex tagħmel ir-riżultati kompatibbli mar-riżultati analizzati skond il-metodi approvati 5. Indikazzjoni tal-programm għat-twettiq tal-miżuri proġettati (Formola 2b) (f) il-miżuri li jirrelataw dwar it-twaqqif u l-eżekuzzjoni ta' inventarju tal-kejlijiet tar-rati tad-deposizzjoni dwar il-bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni 1. Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni eżistenti 2. Numru ta' bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni, li għandhom jiġu inklużi fil-kejlijiet tad-deposizzjoni (Formola 2a) 3. Deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri ta' kejlijiet użati fil-livell tal-biċċa art (numru tat-tikjil, deskrizzjoni, eċċ.) 4. Deskrizzjoni dettaljata tal-parametri li għandhom jiġu stabbliti u l-metodi ta' analiżi li għandhom jiġu applikati inkluża deskrizzjoni ċara ta' kull kalibrazzjoni, korrezzjoni, u/jew rikalkolazzjoni meħtieġa biex tagħmel ir-riżultati kompatibbli mar-riżultati analizzati skond il-metodi approvati 5. Indikazzjoni tal-programm għat-twettiq tal-miżuri proġettati (Formola 2b) (g) il-miżuri li jirrelataw dwar it-twaqqif u eżekuzzjoni tal-kejlijiet meteoroloġiċi dwar il-bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni 1. Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni eżistenti 2. Numru ta' bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni, li għandhom jiġu inklużi fil-kejlijiet meteoroloġiċi (Formola 2a) 3. Deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri ta' kejlijiet użati fil-livell tal-biċċa art (numru tal-kejlijiet, deskrizzjoni, eċċ.) 4. Deskrizzjoni dettaljata tal-parametri li għandhom jiġu stabbliti u l-metodi ta' analiżi li għandhom jiġu applikati inkluża deskrizzjoni ċara ta' kull kalibrazzjoni, korrezzjoni, u/jew rikalkolazzjoni meħtieġa biex tagħmel ir-riżultati kompatibbli mar-riżultati analizzati skond il-metodi approvati 5. Indikazzjoni tal-programm għat-twettiq tal-miżuri proġettati (Formola 2b) 5. L-ispiża tal-miżuri taħt 4a sa 4g (Formola 2a) 1. L-ispejjeż tat-twaqqif u tat-twettiq tan-netwerk (4a) 1.1. Spejjeż kull biċċa art 1.2. Spejjeż totali 1.3. Għajnuna li dwarha saret applikazzjoni lill-Komunità 2. Spejjeż tat-twaqqif, osservazzjoni u kampjunatura ta' kull studju (4b sa 4g) 2.1. Spejjeż kull biċċa art 2.2. Spejjeż totali 2.3. Għajnuna li dwarha saret applikazzjoni lill-Komunità 3. Spejjeż ta' l-analiżi u valutazzjoni ta' kull studju (4b sa 4g) 3.1. Spejjeż kull biċċa art 3.2. Spejjeż totali 3.3. Għajnuna li dwarha saret applikazzjoni lill-Komunità 4. Spejjeż totali tal-proġett (Is-somma ta' l-ispejjeż għall-1.2 (twaqqif), 2.2 (osservazzjonijiet u/jew kampjunatura, u 3.2 (analiżi u valutazzjoni)) 5. Spejjeż totali li dwarhom saret applikazzjoni lill-Komunità (Is-somma ta' l-ispejjeż għall-1.3 (twaqqif), 2.3 (osservazzjonijiet u/jew kampjunatura, u 3.3 (analiżi u valutazzjoni)) 6. Imla l-formola 2a and 2b. … Data u firma +++++ TIFF +++++ [1] ĠU Nru L 53, 21. 2. 1987, p. 14. -------------------------------------------------- ANNESS III METODI KOMUNI GĦALL-INVENTARJU TAL-KONDIZZJONI TAL-QUĊĊATA DWAR IL-BĊEJJEĊ TA' ART PERMANENTI TA' OSSERVAZZJONI I. Kummenti ġenerali L-inventarju għandu jitwettaq fuq il-bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni kollha fl-1994 u għandu jiġi ripetut kull sena. II. Metodoloġija ta' l-inventarju II.1. Għażla tas-siġar kampjun Fil-prinċipju kull siġra pre-dominanti, dominanti jew ko-dominanti (Kraft: Klassi 1 sa 3) fil-biċċa art kollha għandhom jiġu monitorjati. Fil-każ li l-biċċa art ikollha ħafna siġar eż. stands folti), in-numru ta' siġar kampjuni għall-istima tal-quċċata jista' jiġi mnaqqas bl-użu ta' sub biċċa art (ara l-Anness I (II.3)). Fil-każ ta' sub biċċa art kull siġra pre-dominanti, dominanti jew ko-dominanti (Kraft: klassi 1 sa 3) fis-sub biċċa art għandhom jiġu monitorjati. F'ċerti każi jista' jiġi permess illi sistema differenti, iżda oġġettiva u mhux preġudikata tintuża biex tnaqqas jew tagħżel in-numru ta siġar li għandhom jittieħdu bħala kampjun. L-istess metodi għandhom jiġu applikati kull sena u minimu ta' 20 siġra għandu jkun smat f'kull sħarriġ. II.2. Data ta' l-istima L-inventarju għandu jsir bejn il-formazzjoni tal-weraq u qabel il-weraq jibdew jitilfu l-kulur fil-ħarifa. II.3. Tagħrif ġenerali ta' sfond It-tagħrif ġenerali li ġej għandu jiġabar: - Numru tal-biċċa art - Numru tas-siġra - speċi tas-siġra - data ta' l-istima II.4. Stima tas-siġar kampjun 1. Stima viżiva ta' twaqqiegħ ta' weraq It-twaqqigħ tal-weraq għandu jkun stmat fi gradi ta' 5 % b'relazzjoni ma' siġra bil-weraq kollu f'kondizzjonijiet lokali. Il-klassifikazzjoni tas-siġar fi gradi skond it-telf ta' weraq għandha titwettaq matul l-osservazzjoni u għandha tkun reġistrata fi gradi ta' 5 %. 2. Stima viżiva ta' telf ta' kulur Il-klassifikazzjoni ta' siġar fi gradi ta' telf ta' kulur għandha titwettaq wara li jkunu saru l-osservazzjonijiet. Il-gradi tat-telf ta' kulur huma definiti kif ġej: Klassi | Telf tal-kulur | Perċentwal indikattiv tal-weraq skuluriti | 0 | Xejn jew negliġibbli | 0-10 | 1 | Skuluriment żgħir | 11-25 | 2 | Skuluriment moderat | 26-60 | 3 | Skuluriment sever | > 60 | 4 | Mejjet | | 3. Parametri addizzjonali Il-parametri addizzjonali huma elenkati hawn taħt: - ħsara minħabba kawżi li jistgħu jiġu identifikati faċilment (insetti, funġi, agenti abiotiċi…), - identifikazzjoni tat-tip ta' ħsara, - observazzjonijiet dwar is-siġra fil-biċċa art. II.5. Data trasferiti L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni fuq bażi ta' kull sena għal kull biċċa art dan it-tagħrif fuq formoli standardizzati (ara l-Anness VII, Formola 3a u 3b). -------------------------------------------------- ANNESS IV METODI KOMUNI GĦALL-INVENTARJU TAL-ĦAMRIJA DWAR IL-BĊEJJEĊ TA' ART PERMANENTI TA' OSSERVAZZJONI I. Kummenti ġenerali Dan l-inventarju għandu jitwettaq fuq il-bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni kollha fil-perijodu bejn l-1994 u l-1996. It-tagħrif tal-kondizzjoni tal-ħamrija, li kien inġabar u analizzat qabel l-1994, iżda wara l-1 ta' Jannar 1991 jista' jintuża wkoll jekk il-metodi kif deskritti hawn taħt ikunu ġew applikati. L-inventarju jiġi ripetut fuq kull biċċa art individwali ta' kampjun kull 10 snin. Dan l-Anness huwa bażat fuq ir-riżultati tal-panel ta' esperti tal-ħamrija ta' UN-ECE/ICP fuq stima u monitoraġġ ta' l-effetti u t-tniġġis ta' l-arja fuq il-foresti (foresti ICP). Referenza qiegħda ssir għall-manwal (1992) imħejji minn dan il-panel espert. Wara ż-żewġ perjodi ta' kampjunatura għandha ssir revizjoni tal-parametri li għandhom jiġu analizzati f'kampjuni tal-ħamrija futuri. II. Metodoloġija ta' l-inventarju II.1. Għażla ta' kampjun tal-lokazzjoni Kampjuni tal-ħamrija għandhom ikunu statistikament rappreżentattivi għas-sitwazzjoni tal-biċċa art. Il-kampjuni tal-ħamrija għandhom jiġabru minn ħofra ta' profil u/jew mehuda minn bores. Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi evitat kull disturb lill-għeruq tas-siġar kampjun. II.2. Tagħrif ġenerali ta' sfond It-tagħrif ġenerali li ġej għandu jiġabar: - numru tal-biċċa art - data tal-kampjunatura u analiżi. II.3. Karaterizzazzjoni pedoloġika u fiżika tal-bċejjeċ ta' art kampjun Karatterizzazzjoni pedoloġika għandha ssir għal kull biċċa art kampjun. Huwa rakkomandat li ssir deskrizzjoni tal-profil skond il-linji gwida tal-FAO (linji gwida FAO għad-deskrizzjoni tal-ħamrija, it-tielet edizzjoni (riveduta), Ruma 1990) fiż-żona buffer. Attenzjoni għandha tingħata lid-deskrizzjoni/jiet tal-profil hija/huma magħmula f'post li jkun rappreżentativ ta' l-erja attwalment eżaminata. Huwa rakkomandat illi d-densità dry bulk tkun stabbilita minn ħamrija mhux disturbata biex tippermetti l-kalkolazzjoni tal-kontenuti ta' nutrijent totali. Jekk id-densità dry bulk ma tkunx stabbilita, għandha ssir stima raġonevoli ta' dan il-parametru. Hija mandatarja d-determinazzjoni tal-granulometrija tal-ħamrija. Il-frazzjonijiet tad-daqs tal-partiċella huma: < 2 mm, 2-63 mm, 63-2000 mm (FAO). Jekk 50 mm jiġi wżat biex jiġu separati l-frazzjonijiet tat-tajn u r-ramel, għandha ssir konverzjoni għall-limitu ta' 63 mm. II.4. Metodu ta' kampjunatura Il-kampjuni tal-ħamrija għandhom jinġabru skond il-fond jew skond l-orrizzont. Għal kull saff jew orizzont eżaminat, ta' l-anqas kampjun wieħed kompożitu rappreżentattiv jinġabar jew diversi kampjuni; in-numru ta' sub-kampjuni miġbura għall-kampjun kompożitu u d-data tal-kampjunatura għandhom jiġu rappurtati. Jittieħdu separatament il-kampjuni mis-saffi orġaniċi (O- u H-) [1] Jekk il-kampjunatura issir b'fond iffissat, is-saffi li ġejjin għandhom jintużaw: - 0 - 10 ċm (huwa rakkomandabbli li jittieħdu kampjuni 0 - 5 u 5 - 10 separatament), - 10 - 20 ċm, - 20 - 40 ċm, - 40 - 80 ċm. II.5. Trasport ħażna u tħejjija Il-kampjuni għandhom ikunu trasportati u maħżuna b'dak il-mod illi t-tibdil kimiku jiġi minimizzat. Il-proċeduri ta' dan it-trasport u ħażna (inklużi l-perijodi ta' stennija) għandhom jiġu rapportati. Fejn japplika l-problemi u d-devjazzjoni minn dawn il-proċeduri għandhom jiġu rapportati fid-dettal. Huwa rakkomandabbli li parti mill-kampjun tinħażen f'bank tal-ħamrija għall-użu komparattivi ma' kampjunatura fil-futur (eż. f'10 snin). Qabel il-kampjuni jiġu analizzati l-kampjuni għandhom jiġu mħejjija. Bċejjeċ kbar (>2 mm) għandhom jitneħħew, il-kampjuni għandhom jitnixxfu (f'massimu ta' 40 °C), u mitħuna jew mgħarbula. II.6. Metodi ta' analiżi Fil-"Manwal dwar il-metodoloġiji tal-kampjunatura tal-ħamrija tal-foresti u analiżi" imħejji mill-panel ta' l-esperti tal-ħamrija dwar il-foresti ICP, il-metodi approvati għall-analiżi tal-parametri diversi tal-ħamrija huma deskritti. Huwa rakkomandat li jintużaw il-metodi approvati. Fil-każ li metodi oħra (nazzjonali) huma applikati, il-paragunabbilità tar-riżultati ta' l-analiżi għandha tkun rapportata fid-dettal flimkien mal-preżentazzjoni tar-riżultati ta' l-analiżi. L-inventarju tal-kondizzjoni tal-ħamrija tal-foresta għandu jiddistingwi bejn parametri mandatarji u fakoltattivi (ara l-lista). Parametri mandatarji u fakoltattivi u l-metodu approvat għall-analiżi rispettiva tagħhom: Parametru | Unitajiet | HJO | Mm | Metodi approvati | Rimarki | pH (CaCI2) | | Obbligatorju | Obbligatorju | Labex 8703-01-1-1 uISO/TC190/SC3/GT8 | | Karbonju organiku (C-org) | (g/kg) | Obbligatorju | Obbligatorju | Kombustjoni niexfa | | Nitrogenu (N) | (g/kg) | Obbligatorju | Obbligatorju | Kombustjoni niexfa | | Fosfru (P) | (mg/kg) | Obbligatorju | Fakoltattiv | Extractant: aqua regia | | Potassju (K) | (mg/kg) | Obbligatorju | Fakoltattiv | Extractant: aqua regia | | Kalcju (Ca) | (mg/kg) | Obbligatorju | Fakoltattiv | Extractant: aqua regia | | Manjeżju (Mg) | (mg/kg) | Obbligatorju | Fakoltattiv | Extractant: aqua regia | | Saff organiku (OrgLay) | (kg/m2) | Obbligatorju | | Volum cilindriku)-piż niexef | | Karbonat tal-kalcju (CaCO3) | (g/kg) | Fakoltattiv | Obbligatorju | AFNOR X 31-105 | jekk pH (CaCI2) >6 | Acidità kambjabbli (Ac-Exc) | (cmol/kg) | Fakoltattiv | Obbligatorju | Titrazzjoni | | Cations tal-bażi skambjabbli (BCE) | (cmol/kg)) | Fakoltattiv | Obbligatorju | Extractant: BaCl2 | | Cations acidi skambjabbli (ACE) | (cmol÷/kg) | Fakoltattiv | Obbligatorju | Extractant: BaCl2 | | Bdil tal-cation capacity (CEC) | (cmol/kg) | Fakoltattiv | Obbligatorju | Bascomb | | Saturazzjoni tal-bażi (BaseSat) | (%) | Fakoltattiv | Obbligatorju | Labex L8703-26-1-1 | | Sodju (Na) | (mg/kg) | Fakoltattiv | Fakoltattiv | Extractant: aqua regia | | Aluminju (Al) | (mg/kg) | Fakoltattiv | Fakoltattiv | Extractant: aqua regia | | Hadid (Fe) | (mg/kg) | Fakoltattiv | Fakoltattiv | Extractant: aqua regia | | Kromju (Cr) | (mg/kg) | Fakoltattiv | | Extractant: aqua regia | | Nikil (Ni) | (mg/kg) | Fakoltattiv | | Extractant: aqua regia | | Manganiż (Mn) | (mg/kg) | Fakoltattiv | Fakoltattiv | Extractant: aqua regia | | Zingu (Zn) | (mg/kg) | Fakoltattiv | Fakoltattiv | Extractant: aqua regia | | Ramm (Cu) | (mg/kg) | Fakoltattiv | Fakoltattiv | Extractant: aqua regia | | Comb (Pb) | (mg/kg) | Fakoltattiv | Fakoltattiv | Extractant: aqua regia | | Kadmju (Cd) | (mg/kg) | Fakoltattiv | Fakoltattiv | Extractant: aqua regia | | Mercurium (Hg) | (mg/kg) | Fakoltattiv | | Extractant: aqua regia | | Kubrit (S) | (mg/kg) | Fakoltattiv | Fakoltattiv | Extractant: aqua regia | | pH (H2O) | | Fakoltattiv | Fakoltattiv | elettrodu pH | | Konduttività elettrika (KE) | (mS/m) | Fakoltattiv | Fakoltattiv | Metru-KE | | L-Istati Membri huma ħielsa li janalizzaw aktar, kollox jew parti mill-parametri fakoltattivi. II.7. Trasferiment tat-tagħrif L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni għal kull biċċa art dan it-tagħrif fuq formola standardizzati (ara l-Anness VII, Formola 4a, 4b u 4c. [1] Il panel ta' l-esperti tal-ħamrija UN ECE/ICP ftiehem li juża d-definizzjonijiet kif mogħtija fil-linji gwida għad-deskrizzjoni tal-ħamrija (1990), u d-definizzjonijiet ta' saffi orġaniċi (O- and H-) huma kif ġej: - H-orizzonti jew saffi: saffi dominati minn materjal organiku, iffurmat minn akkumulazzjonijiet ta' materjal organiku mhux dekompost jew parzjalment dekompost fil-wiċċ tal-ħamrija li tista' tkun taħt l-ilma. L-orizzonti H kollha huma saturati bl-ilma għall-perijodi twal jew kienu darba saturati iżda huma issa ddrejnjati artifiċjalment Orizzont H jista' jkun fuq il-ħamrija minerali jew f'kull fond taħt il-wiċċ jekk ikun midfun. - H-orizzonti jew saffi: saffi dominati minn materjal organiku, li jkunu jikkonsistu fi fdal mhux dekompost jew parzjalment dekompost, bħal weraq, weraq tal-pin, żkuk, ħażiż jew likni li jkunu akkumulaw fuq il-wiċċ jistgħu jkunu jew fuq il-ħamrija minerali jew dik organika. Orizzonti O m'humiex saturati bl-ilma għall-perijodi twal. Il-frazzjoni minerali ta' dak il-materjal hija biss persentaġġ zgħir tal-volum tal-materjal u ġeneralment tkun ħafna anqas min-nofs il-piż. Saff O jista' jkun fuq il-wiċċ tal-ħamrija jew f'kull fond taħt il-wiċċ jekk ikun midfun. Orizzont iffumat minn illuvazzjoni ta' materjal organiku f'subħamrija minerali mhux orrizzont O, għalkemm xi orrizzonti ffurmati f'dan il-materjal jistgħu jkunu materjal organiku. -------------------------------------------------- ANNESS V METODI KOMUNI GĦALL-INVENTARJU TAL-WERAQ DWAR IL-BĊEJJEĊ TA' ART PERMANENTI TA' OSSERVAZZJONI I. Kummenti ġenerali L-inventarju għandu jitwettaq fuq il-bċejjeċ ta' art permanenti għall-osservazzjoni. L-ewwel inventarju komuni għandu jkun mitmum qabel is-sajf tal-1996. Għalkemm huwa rakkomandat li jsir inventarju tal-weraq fil-perijodi indikati tas-sajf tal-1995 u x-xitwa 1995/1996, jista jiġi permess li l-inventarju jinqasam fuq sentejn. L-inventarju jiġi ripetut fuq kull biċċa art individwali f'intervalli ta' sentejn. Id-dettalji tekniċi li ġejjin huma bbażati fuq ir-riżultati tal-panel ta' esperti ta' l-analiżi tal-weraq tal-foresti ICP. Referenza qiegħda ssir għall-manwal (1993) imħejji minn dan il-panel espert. II. Metodoloġija ta' l-inventarju II.1. Data ta' kampjunatura Speċi deċidwi (inklużi lerċi): il-kampjunatura għandu jsir meta l-weraq il-ġodda jkunu żviluppaw kollha u qabel il-bidu nett ta' meta l-weraq jisfaru fil-ħarifa u jixjieħu. Speċi li dejjem iħaddru: il-kampjunatura għandu jsir matul I-perijodu ta' rqad. L-Istati Membri huma mitluba li jiddefinixxi għal kull reġjun, u ġewwa kull reġjun għal-pjanuri u l-muntanji, l-aktar perjodu konvenjenti għall-kampjunatura u analiżi ta' l-ispeċi varji, u li jżommu ma' dan il-perijodu. II.2. Għażla tas-siġar Kull tieni sena, jittieħdu kampjuni minn ta' l-anqas ħames siġar minn kull speċi prinċipali preżenti fil-biċċa art. In-numru ta' siġar meħtieġa għall-kampjunatura huma magħżula b'mod illi: - is-siġar ikunu differnti minn dawk użati għall-istima tal-quċċata, biex jiġi evitat li l-kampjunaturi suċċessivi jwasslu għal telf ta', - fil-każ li l-valutazzjoni tal-vitalità hija ristretta għal siġar fis-sub biċċa art, is-siġar għall-kampjunatura tal-weraq għandhom jingħażlu mill-parti li tibqa' tal-biċċa art totali. Jekk ebda sub biċċa art ma tintuża s-siġar għall-kampjunatura għandhom jintgħażlu mis-siġar taż-żona buffer. F'dan il-każ is-siġar magħżula għall-kampjunatura fiż-żona buffer għandhom jingħataw numru speċjali (ara l-Anness VII), - is-siġar jagħmlu parti minn klassijiet predominanti jew dominanti (foresta bil-canopy magħluqa) jew ta' siġar b'għoli medju ta' ± 20 % (foresti bil-canpoy miftuħa), - is-siġar ikunu fil-qrib tal-postijiet minn fejn ikunu ttieħdu l-kampjuni tal-ħamrija għall-analiżi; iżda għandha tingħata attenzjoni li l-għeruq prinċipali tas-siġar kampjun ma ssirilhomx ħsara bil-kampjunatura tal-ħamrija, - is-siġar ikunu rappreżentattivi tal-livell medju tat-telf ta' weraq tal-biċċa art (± 5 % tat-telf medju tal-weraq), - is-siġar ikunu rappreżentattivi ta' l-istatus sanitarju tal-biċċa art. L-istess siġar kampjun għandhom iservu ta' kampjun matul is-snin; is-siġar għandhom ikunu numerati. għall-speċi b'quċċati żgħar u bi ftit weraq tal-pin (jew weraq) kull sena, huwa permess (iżda mhux rakkomandat) li talterna bejn żewġ settijiet ta' ħames siġriet, fejn meħtieġ biex tiġi evitata ħsara lis-siġar kampjun. Kull sett għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet ta' hawn fuq. Siġar biss ta' l-ispeċi prinċipali tal-Komunità għandhom jittieħdu bħala kampjun (ara l-Anness VII, paragrafu 15). Siġar li huma użati għall-kampjunatura tal-weraq, għandhom ikunu stmati skond il-kondizzjoni tal-quċċata (ara l-Anness III), bl-użu tan-numri eżistenti jew assenjati speċjali. II.3. Tagħrif ġenerali ta' sfond It-tagħrif ġenerali li ġej għandu jiġabar: - numru tal-biċċa art - data tal-kampjunatura u analiżi. - speċi tas-siġra II.4. Għażla tal-kwantità ta' weraq u weraq tal-pin Is-siġar fil-biċċa art ma jistgħux jitwaqqgħu, li tista' tinfluwenza l-metodu ta' kampjunatura tal-weraq jew weraq tal-pin. Huwa importanti li l-weraq jew il-weraq tal-pin li jkun ttieħdilhom kampjun ikunu żviluppaw fid-dawl sħiħ. B'mod ġenerali l-weraq tal-pin jew weraq tas-sena kurrenti ta' speċi li jħaddru dejjem m'humiex l-aktar konvenjenti biex jiġi ġudikat il-livell ta' nutriment imma, għal numru ta' elementi, meta titqabbel il-konċentrazzjoni ta' element ta' weraq tal-pin iżjed xjuħ ma' dak tal-weraq tal-pin tas-sena kurrenti jista' jkun interessanti. Il-weraq jew weraq tal-pin li jkun itteħdilhom kampjun għandhom jittieħdu mit-terz ta' fuq tal-quċċata, iżda mhux miċ-ċrieki tal-bidu nett fil-koniferi, fi stands fejn iċ-ċrieki differenti jistgħu jiġu kjarament identifikati, huwa rakkomandat li l-kampjun jittieħed bejn is-seba' u l-15-il ċirku. Għall-speċi deċidwi, il-kampjunatura ssir fuq il-weraq jew weraq tal-pin tas-sena kurrenti. Għall-ispeċi li jħaddru dejjem, hija rakkomandata kampjunatura tal-weraq tal-pin jew weraq kemm tas-sena kurrenti u l-weraq tal-pin jew weraq tat-tieni sena (kurrenti + 1). Għall-ispeċi kollha huwa meħtieġ li tingħata attenzjoni li l-weraq tal-pin jew weraq li jiġu li jkun itteħdilhom kampjun ikunu maturi, speċjalment għall-speċi li jkollhom diversi rimi kull sena (eż. Pinus Halepensis, Pseudotsuga menziesii, Eucalyptus sp. Quercus sp., Għall-Larix sp. u Cedrus sp. Il-kampjuni jittieħdu miz-zkuk iż-żgħar tas-sena ta' qabel. Il-kampjunatura ġenerali għandha ssir b'dak il-mod illi l-orjentazzjonijiet kollha huma rappreżentati fis-sett ta' siġar kampjun. Fejn jeħtieġ huwa permess li jittieħdu kampjuni ta' orjentazzjonijiet differenti minn kull siġra tas-sett kampjun. F'siti speċjali b'influwenza evidenti ta' orjentazzjoni waħda (eż. inklinazzjonijiet wieqfa jew riħ qawwi dominanti) jittieħed biss kampjun minn orjentazzjoni waħda, li għandha dejjem tkun l-istess. F'dawk il-każi, huwa meħtieġ li l-orjentazzjoni tiġi dokumentata. Għall-analiżi ta' elementi maġġuri u Fe, Mn, Zn, Cu, il-kwantità rakkomandata hija ta' 30 gramma ta' weraq tal-pin jew weraq frisk għal kull klassi ta' età li jittieħdilha kampjun. Kull pajjiż jista' jiddeċiedi li jieħu kampjun ta' kwantità akbar ta' materjal tal-weraq, skond il-ħtieġa tal-metodi analitiċi tiegħu, biex il-kampjuni jiġu konservati għall-futur. II.5. Mezzi ta' kampjunatura Billi s-siġar ma jistgħux jitwaqqgħu, kull mod konvenjenti ta' kampjunatura, waqt li tittieħed konsiderazzjoni tax-xorta u daqs ta' l-i stands eċċ., huwa aċċettabbli, sakemm ma twassalx għal-kontaminazzjoni tal-kampjun, ta' ħsara qawwija fis-siġar' jew ta' riskju għat-tim li jieħu l-kampjuni. II.6. Trattament minn qabel mal-kampjuni jintbagħtu fil-laboratorji għall-analiżi Jittieħdu kampjuni minn ħames siġriet ta' kull speċi prinċipali preżenti fil-biċċa art; il-ħames kampjuni huma priżervati individwalment fil-boroż, għall-analiżi, isir kampjun kompositu billi jitħalltu kwantitajiet ugwali tal-ħames kampjuni (fil-każ li l-ħames siġriet huma analizzati individwalment, il-valur medju huwa kalkolat għal kull element). Għall-weraq wisgħin, huwa rakkomandabbli li l-weraq jinqalgħu minn maz-zokk (u wkoll, f'ċerti speċi, il-weraq iż-żgħar minn mal-fus) iżda dan mhux meħtieġ għall-weraq tal-pin tal-koniferi. Ir-rimi tas-sena kurrenti u dak tat-tieni sena huma separati u priżervati f'boroż separati. L-użu ta' boroż imtaqqba ta'-politene b'densità għolja huwa rakkomandat. Fejn possibbli, l-kampjuni huma mnixxfa f'kamra nadifa u maħżuna f'post frisk fil-boroż imtaqqba tal-politene. Attenzjoni kbira għandha tingħata li kull kampjun ikun immarkat b'mod ċar (foresta, numru tal-biċċa art, speċi, età tal-weraq tal-pin eċċ.) qabel jintbagħat fil-laboratorju għall-analiżi. Dawn l-identifikazzjonijiet għandhom jingħataw barra l-borża (direttament fuq il-borża b'linka li ma titħassarx, jew billi titwaħħal tikketta fuq il-borża). Huwa rakkomandabbli li dawn l-identifikazzjonijiet jiġu ripetuti ġewwa l-borża fuq tikketta tal-karta miktuba b'linka li ma titħassarx. It-tabella għandha tkun mitwija biex tiġi evitata kontaminazzjoni tal-weraq u l-weraq tal-pin b'kuntatt mal-linka. II.7. Trattament qabel l-analiżi Id-determinazzjoni ta' massa ta' 100 werqa jew 1000 werqa tal-pin, kif ukoll il-massa tar-rimi, huma rakkomandati għas-sorveljanza intensiva u kontinwa fuq il-biċċa art permanenti ta' osservazzjoni u r-rimi tas-sena kurrenti. Mhux meħtieġ li jinqatgħu z-zkuk tal-weraq iżda fil-każ ta' weraq komposti jista' jkun rakkomandabbli li jinqalgħu l-weraq iż-żgħar minn mal-fus jekk dan ma jkunx sar diġà fil-foresta. Biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni, l-ebda ngwanti tal-plastik bit-terra m'għandhom jintużaw. Mhux meħtieġ li l-kampjuni jinħaslu sistematikament, iżda jista' jkun rakkomandabbli f'reġjuni b'livell għoli ta' tniġġis ta' arja jew qrib il-baħar. Il-kampjuni għandhom jinħaslu bl-ilma mingħajr ebda żieda oħra. Tnixxif fil-forn m'għandux isir f'aktar minn 80 °C għal ta' l-anqas 24 siegħa. Il-weraq tal-pin għandhom jitneħħew minn maz-zokk bl-istess attenzjoni bħal dik li biha jinqalgħu l-weraq iż-żgħar minn mal-fus tagħhom. Il-kampjuni niexfa għandhom jintaħnu biex jinkiseb trab fin, omoġenju kemm jista' jkun. Dejjem jibqa' xi fibri, skond l-ispeċi tas-siġra; dan mhux inkonvenjent kbir jekk ikunu żgħar u jekk it-trab jitħallat sew qabel il-kampjuni jittieħedu għall-analiżi. Għad-determinazzjonijiet Mn, Fe, Cu, Cd, Al u Pb għandu jiġi żgurat li l-makkinarju tad-tħin ma jikkontaminax il-kampjun. Il-makkinarju tad-tħin għandu jkun ittestjat billi jintaħnu ċelluli fibrużi nixfin u jiġu analizzati għal dawn l-elementi qabel u wara d-tħin. II.8. Analiżi kimika Il-konċentrazzjoni totali ta' l-element biss hija stabbilita. Fil-"Manwal dwar il-metodoloġiji tal-kampjunatura tal-ħamrija tal-foresti u analiżi"' imħejji mill-panel ta' l-esperti tal-weraq tal-foresti ICP, il-metodi huma deskritti approvati għall-analiżi tal-parametri diversi tal-weraq. Kull pajjiż huwa permess li juża l-metodi nazzjonali tiegħu. Iżda huwa meħtieġ li jitqabblu l-konċentrazzjonijiet totali ta' l-elementi miksuba mill-metodi nazzjonali ma' dawk ċertifikati fuq il-kampjuni ta' referenza standard. L-inventarju tal-weraq tal-foresta għandu jiddistingwi bejn parametri mandatarji u fakoltattivi (ara l-lista hawn taħt). Parametri Parametri obbligatorji | Parametri fakoltattivi | Nitroġenu (N) Kubrit (S) Fosfru (P) Kalċju (Ca) Manjeżju (Mg) Potassju (K) | Sodju (Na) Zingu (Zn) Manganeżju (Mn) Ħadid (Fe) Ramm (Cu) Ċomb (Pb) Aluminju (Al) Borju (B) | L-Istati Membri huma ħielsa li janalizzaw aktar, kollox jew parti mill-parametri fakoltattivi. II.9. Trasferiment tat-tagħrif L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni għal kull biċċa art dan it-tagħrif fuq formola standardizzata (ara l-Anness VII, Formola 5a, 5b u 5ċ. -------------------------------------------------- ANNESS VI METODI KOMUNI GĦALL-BIDLA INKREMENTALI TAL-KEJL DWAR IL-BĊEJJEĊ TA' ART PERMANENTI TA' OSSERVAZZJONI I. Kummenti ġenerali L-ewwel kejl għandu jitwettaq fuq il-bċejjeċ ta' art permanenti kollha ta' osservazzjoni fil-perijodu 1994 sal-1996. Il-kejl tat-tkabbir huwa maqsum f'żewġ partijiet: - kejl perjodiku u parametri tas-siġra, - analiżi taċ-ċrieki tas-siġar permezz ta' qlub inkrementalu u stem discs (nhux obbligatorji) Il-kejl perjodiku għandu jiġi ripetut fuq kull biċċa art individwali fil-perijodu tar-raqda 1999 sal-2000 u għandu mbagħat jiġi ripetut f'intervalli ta' ħames snin. Il-kampjunatura u l-analiżi tal-qlub inkrementali u stem discs jista' jitwettaq darba biss preferibbilment waqt l-istallazzjoni jew minnufih wara. Id-dettalji tekniċi li ġejjin huma bbażati fuq ir-riżultati tal-panel ta' esperti ta' l-analiżi tal-weraq tal-foresti ICP. Referenza qiegħda ssir għall-manwal imħejji minn dan il-panel espert. Il-metodoloġiji deskritti hawn m'humiex xierqa għall-maquis u veġetazzjoni ta' tipi simili. II. Metodoloġija ta' l-inventarju II.1. Data tal-kejl Il-kejl għandu jsir matul il-perijodu ta' rqad. II.2. Għażla tas-siġar kampjun Fil-prinċipju s-siġar kollha fil-biċċa art kollha għandhom jiġu monitorjati. Fil-każ li l-biċċa art ikollha ħafna siġar (eż. stands folti), sub biċċa art tista' tiġi definita biex tiġi wżata għall-istimi tas-siġar (eż. Stima tal-quċċata u inkrement). F'dan il-każ is-siġar fis-sub biċċa art għandhom jiġu monitorjati. Id-daqs tas-sub biċċa art fiż-żmien ta' l-inventarju għandu jkun kbir biżżejjed biex jagħti estimi ta' min jorbot fuqhom għall-istand increment matul il-perijodu kollu. Id-daqs eżatt ta' din is-sub biċċa art għandu jkun stabbilit u rappurtat II.3. Metodi Kejl perjodiku Kull ħames snin, is-siġar kollha fis-(sub) biċċa art huma mkejjla. Analiżi taċ-ċrieki tas-siġar (qlub inkrementali u stem disc) Billi l-kampjunatura tal-qlub inkrementali jistgħu jinfluwenzaw il-kejl l-ieħor dawn il-kampjuni huma meħuda mis-siġar barra l-biċċa art. Billi s-siġar għall-kampjunatura stem disc għandhom jitwaqqgħu, is-siġar magħżula għandhom ikunu hekk il-bogħod mill-biċċa art li ebda effetti ta' din it-tneħħija ma jaffettwaw is-siġar monitorjati fil-biċċa art. Fl-istess waqt is-siġar kampjun għandhom ikunu rappreżentattivi tas-siġar fil-biċċa art. Fejn possibbli, għandu jsir użu massimu mis-siġar imwaqqgħa matul l-operazzjonijiet normali ta' ġestjoni. II.4. Tagħrif ġenerali ta' sfond It-tagħrif ġenerali li ġej għandu jiġabar: - numru tal-biċċa art - data tal-kampjunatura u analiżi. - Numru tas-siġra II.5. Parametri li għandhom jitkejlu | Parametri obbligatorji | Parametri fakoltattivi | Kejlijiet perjodiċi | Speċi tas-siġar Dijametru fil-livel tas-sider (DBH) Informazzjoni fuq il-ġestjoni operazzjonijiet | Qoxra tal-ġilda Għoli tas-siġar Għoli tal-quċċata Wisa' tal-quċċata Stimi tal-volum | Analiżi taċ-ċrieki tas-siġar | | Wisa' taċ-ċirku Storja tad-dijametru tas-siġra taħt il-qoxra f'intervalli ta' ħames snin Arja bażali u stimi tal-volum | L-Istati Membri huma ħielsa li janalizzaw aktar, kollox jew parti mill-parametri fakoltattivi. L-Istati Membri huma ħielsa li jużaw is-sistema u metodi nazzjonali tagħhom. Metodi suġġeriti u dettalji dwar il-metodi tal-kejl huma deskritti fil "Submanwal dwar l-inkrement" mħejji mill-panel ta' l-inkrement tal-foresti ICP. II.6. Trasferiment tad-data L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni għal kull biċċa art dan it-tagħrif fuq formola standardizzati (ara l-Anness VII, Formola 6a, 6b u 6c u 6d. -------------------------------------------------- ANNESS VII LINJI TA' GWIDA KOMUNI GĦAR-RAPPORTAR TAR-RIŻULTATI TAS-SORVELJANZA DWAR IL-BĊEJJEĊ TA' ART PERMANENTI TA' OSSERVAZZJONI U L-INTERPRETAZZJONI TAGĦHOM I. Kummenti ġenerali L-għan tan-netwerk tal-bċejjeċ ta' art permanenti ta' osservazzjoni huwa li jinkiseb tagħrif dettaljat dwar l-evoluzzjoni ta' l-ekosistemi tal-foresti fil-Komunità u biex jipprova jikkorrelata l-varjazzjoni tal-fatturi ambjentali, speċjalment tat-tniġġis atmosferiku, u r-reazzjoni ta' l-ekosistema tal-foresta. Dan il-għan jista' jintlaħaq biss bl-valutazzjoni tar-riżultati fuq il-livell tal-biċċa art. Għandu jsir b'attenzjoni kbira l-paragun bejn ir-riżultati tal-bċejjeċ ta' art permanenti differenti fuq livell reġjonali jew tal-Komunità. Huwa rakkomandat li t-tagħrif validat ta' kull stħarriġ (jew parti mitmuma) jintbagħat lill-Kummissjoni malli t-tagħrif isir disponibbli, bl-użu tal-formoli standardizzati f'dan l-Anness. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-tagħrif miġbur mill-inventarji differenti mwettqa bejn l-1991 u l-1996 għal kull biċċa art permanenti flimkien ma' l-interpretazzjoni tar-riżultati kull biċċa art. Sal-31 ta' Diċembru 1996, it-tagħrif kollu u l-interpretazzjoni nazzjonali għandhom ikunu disponibbli fil-Kummissjoni f'forma standardizzata għal aktar valutazzjoni. It-tagħrif validat mill-inventarji wara l-1996 għandu jintbagħat lill-Kummissjoni wara li jintemmu l-istudji, b'limiti ta' żmien ġodda kull ħames snin (eż. 31 ta' Diċembru 2001, 2006, eċċ.). F'dan l-Anness id-dettal tas-sottomissjoni tar-riżultati ta' l-inventarju u l-interpretazzjoni tagħhom huma preżentati. II. Tagħrif ġenerali tekniku għas-sottomissjoni tat-tagħrif II.1. Ħtiġijiet ta' hardware Bħala mezz tas-sottomissjonbi tat-tagħrif, ntgħażlu t-3,5& Prime; floppy disk (DSDD or HD). Din il-floppy saret uniformi mad-dinja kollha u hija rħisa u dejjiema. Għandhom jintużaw diskettes ta' kwalità tajba. II.2. Ħtiġiet ta' software Id-diskettes għandhom ikunu formatted fuq id-densità xierqa (DSDD = densità baxxa u HD = densità għolja), bl-użu DOS 2.1 jew għola, u għandha tkun 100 % IBM kompatibbli. Kull tagħrif fuq id-diskettegħandu jkun f'karattri ASCII. II.3. Files tad-data Kull diskette (jew sett ta' diskettes) għandu jkun fiha l-plot u d-data files; il-file bit-tagħrif imqassar tal-bċejjeċ ta' art (plot file), u l-file(s) bir-riżultati ta' l-inventarju kull studju (files tat-tagħrif). Dettalji ta' l-ismijiet u tal-kontenut ta' dawk il-files huma ppreżentati fl-Anness VIIa. II.4. Eżempju fuq diskette Fuq talba tista' tiġi provduta diskette b'eżempju ta' l-istruttura u l-kontenut tal-files. --------------------------------------------------