|
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
246 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Marzu 2005
li tawtorizza lill-Iżvezja biex tapplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku użat minn djar u kumpanniji fis-settur tas-servizzi li jinsabu f’ċerti żoni fit-Tramuntana ta' l-Iżvezja skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE
(2005/231/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra lid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 t’Ottubru 2003 li tirristruttura l-kwadru tal-Komunità għat-tassazzjoni ta’ prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
B’ittra ta' l-20 t’Awwissu 2004, l-awtoritajiet Svediżi ssottomettew lill-Kummissjoni applikazzjoni għal deroga li tħallihom jimplimentaw rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku użat minn ċerti djar u kumpanniji fis-settur tas-servizzi fit-tramuntana ta’ l-Isvezja skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE. |
|
(2) |
Minn Ġunju ta’ l-1981 rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq l-enerġija qed tkun applikata fl-Isvezja għal elettriku użat fit-tramuntana tal-pajjiż, fejn il-konsum ta’ l-elettriku għal skopijiet ta’ tisħin hu bejn wieħed u ieħor 25 % ogħla minn postijiet oħra fil-pajjiż. |
|
(3) |
Bit-tnaqqis ta' l-ispejjeż ta’ l-elettriku għad-djar u kumpaniji fis-settur tas-servizzi fit-tramuntana ta’ l-Isvezja dawk il-konsumaturi jkunu f’qagħda ugwali ma' konsumaturi fin-nofsinhar tal-pajjiż. Għalhekk il-miżura għandha objettivi politiċi reġjonali u ta’ koeżjoni. |
|
(4) |
Il-livell imnaqqas ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku għall-konsum fit-tramuntana ta’ l-Isvezja li huma intiż li jammonta għal EUR 20 għal kull MWh, jibqa’ ferm ogħla mir-rata minima tal-Komunità stipulata fid-Direttiva 2003/96/KE. Barra minn hekk, it-tnaqqis fit-taxxa hu proporzjonat ma' l-ispejjeż akbar għat-tisħin li jridu jħallsu d-djar u l-kumpanniji fis-settur tas-servizzi fit-tramuntana ta’ l-Isvezja. Konsegwentement, dak il-livell ta’ tassazzjoni għandu jiżgura li jinżamm l-effett tat-tassazzjoni bħala inċentiv biex tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija. |
|
(5) |
It-tnaqqis li ġie mitlub ġie eżaminat mill-Kummissjoni u nstab li ma jgħawwiġx il-kompetizzjoni u lanqas l-operat tas-suq intern u mhux meqjus inkompatibbli mal-politika tal-Komunità dwar l-ambjent, l-enerġija u t-trasport. |
|
(6) |
Dan l-approċċ hu skond il-pożizzjoni meħuda mill-Kummissjoni fil-każ C 42/2003 (2) dwar għajnuna mill-Istat, fejn l-ebda oġġezzjonijiet ma tqajmu kontra l-element ta’ għajnuna mill-Istat għat-tnaqqis tat-taxxa għall-perjodu li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2005. |
|
(7) |
Hu għalhekk xieraq li l-Isvezja tiġi awtorizzata biex tapplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku għall-konsum fit-tramuntana ta’ l-Isvezja sal-31 ta’ Diċembru 2005. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Isvezja hi awtorizzata biex tapplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku użat minn djar u kumpaniji fis-settur tas-servizzi li qegħdin fil-muniċipalitajiet imniżżla fl-Anness.
It-tnaqqis għandu jkun proporzjonat ma’ l-ispejjeż żejda għat-tisħin minħabba li qegħdin fit-tramuntana meta kkumparati mal-bqija ta’ l-Isvezja.
Ir-rata mnaqqsa għandha tkun skond il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 2003/96/KE, u b’mod partikolari r-rati minimi stipulati fl-Artikolu 10 ta' dik id-Direttiva.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru ta’ l-2005.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ l-Isvezja.
Magħmula fi Brussel, nhar is-7 ta’ Marzu 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KRECKÉ
(1) ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/75/KE (ĠU L 157, 30. 4.2004, p. 100).
ANNESS
|
Reġjuni |
Muniċipalitajiet |
|
Norrbottens län |
Il-muniċipalitajiet kollha |
|
Västerbottens län |
Il-muniċipalitajiet kollha |
|
Jämtlands län |
Il-muniċipalitajiet kollha |
|
Västernorrlands län |
Sollefteå, Ånge, Örnsköldsvik |
|
Gävleborgs län |
Ljusdal |
|
Dalarnas län |
Malung, Mora, Orsa, Älvdalen |
|
Värmlands län |
Torsby |