<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-104/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0104</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:188">EU:C:2018:188</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180315">15.3.2018</DATE> - (Kawża C‑104/17)</HT></P><P><HT TYPE="SC">Cali Esprou</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180315">15 ta’ Marzu 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 94/62/KE</KEYWORD><KEYWORD>Imballaġġ u skart mill-imballaġġ</KEYWORD><KEYWORD>Irkupru u riċiklaġġ tal-iskart</KEYWORD><KEYWORD>Kontribuzzjoni għal fond ambjentali nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Tqegħid fis-suq nazzjonali ta’ prodotti imballati u ta’ imballaġġ, mingħajr intervent fuqhom</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju magħruf bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>min inniġġes iħallas<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kwalità ta’ persuna li tniġġes</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑104/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel Piteşti (il-Qorti tal-Appell ta’ Piteşti, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20170202">2 ta’ Frar 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20170227">27 ta’ Frar 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">SC Cali Esprou SRL</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Administraţia Fondului pentru Mediu</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn C. Vajda (Relatur), President tal-Awla, E. Juhász u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn R. H.‑Radu, O.‑C. Ichim u M. Chicu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Nicolae u E. Sanfrutos Cano, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19941220">20 ta’ Diċembru 1994</DATE> dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 13, p. 349).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn SC Cali Esprou SRL u l-Administraţia Fondului pentru Mediu (l-Amministrazzjoni tal-Fond għall-Ambjent, ir-Rumanija) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>AFA<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar il-legalità ta’ kontribuzzjoni li ġiet imposta fuq Cali Esprou mill-AFA, ikkalkolata fuq il-bażi tal-imballaġġ li hija qiegħdet fis-suq Rumen matul is-snin 2013 u 2014.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tieni premessi tad-Direttiva 94/62 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>[…] l-miżuri nazzjonali differenti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-immaniġġjar ta’ l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ għandhom jiġu armonizzati sabiex, minn naħa l-waħda, dawn ma jħallu l-ebda impatt fuq l-ambjent jew sabiex jitnaqqas l-impatt, sabiex b’hekk jiġi pprovdut livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali, u min-naħa l-oħra, sabiex jiġi żgurat illi s-suq intern jaħdem kif suppost u jiġi evitat tfixkil tal-kummerċ kif ukoll distorsjonijiet u restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni fil-Komunità;</P></CONSID><CONSID><P>[…] l-aħjar mezz ta’ prevenzjoni tal-ħolqien ta’ l-iskart mill-imballaġġ huwa li jitnaqqas il-volum totali ta’ l-imballaġġ<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont id-disgħa u għoxrin premessa ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[…] huwa essenzjali li dawk kollha involuti fil-produzzjoni, l-użu, l-importazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti ta’ l-imballaġġ u l-prodotti imballati jsiru aktar konxji ta’ l-ammont ta’ imballaġġ illi jsir skart, u li skond il-prinċipju li min iniġġeż iħallas jaċċettaw ir-responsabbiltà għal dan l-iskart; billi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva għandhom jinvolvu u jeħtieġu l-koperazzjoni mill-qrib tali msieħba kollha, fejn xieraq, fl-ispirtu ta’ responsabbiltà komuni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Għanijiet<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha bħala għan l-armonizzazzjoni tal-miżuri nazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-immaniġġjar ta’ l-imballaġġ u ta’ l-iskart mill-imballaġġ sabiex, min-naħa l-waħda, ma jkun hemm l-ebda impatt minn dawn fuq l-ambjent ta’ l-ebda Stat Membru jew ta’ terzi pajjiżi jew sabiex jitnaqqas l-impatt, biex b’hekk jiġi pprovdut livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali, u sabiex, min-naħa l-oħra, tiġi żgurata l-funzjoni tas-suq intern u jiġu evitati t-tfixkil tal-kummerċ u distorsjonijiet u restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni fil-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għal dan il-għan din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri mmirati, bħala l-ewwel prijorità, lejn it-twaqqif tal-produzzjoni ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, bħala prinċipji fundamentali addizzjonali, lejn l-użu mill-ġdid ta’ l-imballaġġ, lejn ir-riċiklaġġ u lejn forom oħra ta’ l-irkupru ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, b’hekk lejn it-tnaqqis tal-qerda finali ta’ dan l-iskart.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Din id-Direttiva tkopri l-imballaġġ kollu mqiegħed fis-suq tal-Komunità u l-iskart mill-imballaġġ kollu, kemm jekk jigi użat kemm jekk jinħareg fil-livell ta’ l-industrija, tal-kummerċ, ta’ l-uffiċini, tal-ħwienet, ta’ xi servizzi, domestiku jew ta’ xi livell ieħor, ikun xi jkun il-materjal użat.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-punt 11 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>l-operaturi ekonomiċi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> fir-rigward ta’ l-imballaġġ għandhom ifissru l-fornituri tal-materjali ta’ l-imballaġġ, il-produtturi ta’ l-imballaġġ u dawk li jimlew l-imballaġġ u l-utenti, l-importaturi, in-negozjanti u d-distributuri, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet statutorji<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Waqt li jaġixxi fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat, il-Kunsill jadotta strumenti ekonomiċi biex imexxi ‘l quddiem l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva. Fl-assenza ta’ miżuri adottati mill-Kunsill, din id-dispożizzjoni tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw miżuri biex jimplimentaw dawn l-għanijiet, skond il-prinċipji li jirregolaw il-politika ambjentali tal-Komunità, fost ħwejjeġ oħra, il-prinċipju li min iniġġeż iħallas, u l-obbligazzjonijiet taħt it-Trattat.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(1) u (4) tal-Hotărârea Guvernului nr. 621/2005 privind gestionarea ambalajelor și a deșeurilor de ambalaje (id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 621/2005 dwar il-Ġestjoni tal-Imballaġġ u l-Iskart tal-Imballaġġ) (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Nru 639 tal-<DATE ISO="20050720">20 ta’ Lulju 2005</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Deċiżjoni tal-Gvern Nru 621/2005<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), fil-verżjoni applikabbli fil-kawża prinċipali, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-operaturi ekonomiċi, persuni ġuridiċi Rumeni, huma responsabbli għall-iskart kollu prodott mill-imballaġġ li jqiegħdu fis-suq nazzjonali, skont il-modalitajiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq prodotti imballati huma responsabbli għall-iskart prodott mill-imballaġġ primarju, sekondarju u terzjarju użati fl-imballaġġ tal-prodotti tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-imballaġġ bl-imnut użat għall-imballaġġ, fil-post tal-bejgħ, tal-prodotti li huma jqiegħdu fis-suq nazzjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-operaturi ekonomiċi li jimballaw eċċessivament prodotti imballati individwalment bil-ħsieb tal-bejgħ mill-ġdid jew tad-distribuzzjoni mill-ġdid huma responsabbli għall-iskart prodott mill-imballaġġ sekondarju u terzjarju li jqiegħdu fis-suq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu l-imballaġġ bl-imnut fis-suq huma responsabbli għall-iskart li jirriżulta minn dan l-imballaġġ.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="016.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>L-operaturi ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 2 huma mistennija li jilħqu tal-inqas l-għanijiet previsti fl-Anness 3 tal-[Ordonanța de urgență a guvernului nr. 196/2005 privind Fondul pentru mediu (Digriet ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 196/2005 dwar il-Fond għall-Ambjent) (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, parti I, Nru 1193 tat-<DATE ISO="20051230">30 ta’ Diċembru 2005</DATE>)], approvat bl-emendi u bis-supplimenti tiegħu<?PAGE NO="4"?> permezz tal-[Legea nr. 105/2006 (Liġi Nru 105/2006)], bl-emendi u bis-supplimenti ulterjuri tagħha, applikati għall-iskart tal-imballaġġ li jirriżulta mill-imballaġġ imqiegħed fis-suq nazzjonali/meħud fuq bażi kuntrattwali u li t-traċċabilità tiegħu hija żgurata.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1)(d) tad-Digriet ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 196/2005 dwar il-Fond għall-Ambjent (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>DEG Nru 196/2005<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Is-sorsi tad-dħul tal-Fond għall-Ambjent huma li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>kontribuzzjoni ta’ 2 [lei Rumeni (RON)]/kilo, dovuti mill-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq nazzjonali prodotti imballati, li jiddistribwixxu għall-ewwel darba fis-suq nazzjonali ta’ imballaġġ bl-imnut, u mill-operaturi ekonomiċi li jikru professjonalment imballaġġ, fi kwalunkwe forma, għad-differenza bejn, minn naħa, il-kwantitajiet tal-iskart tal-imballaġġ li jikkorrispondu għall-għanijiet minimi ta’ rkupru jew ta’ inċinerazzjoni f’impjanti ta’ inċinerazzjoni b’irkupru ta’ enerġija u ta’ rkupru permezz tar-riċiklaġġ previsti fl-Anness 3 u, min-naħa l-oħra, il-kwantitajiet tal-iskart tal-imballaġġ effettivament irkuprati jew inċinerati f’impjanti ta’ inċinerazzjoni b’irkupru ta’ enerġija u rkuprati permezz ta’ riċiklaġġ<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Ordinul nr. 578/2006 pentru aprobarea metodologiei de calcul al contribuțiilor și taxelor datorate la Fondul pentru mediu (id-Digriet Nru 578/2006 dwar l-Adozzjoni tal-Metodu ta’ Kalkolu tal-Kontribuzzjonijiet u tat-Taxxi Dovuti lill-Fond għall-Ambjent) (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, parti I, Nru 516 tal-<DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE>), kif emendat, b’mod partikolari, bl-Ordinul nr. 1032 (id-Digriet Nru 1032), tal-<DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, parti I, Nru 196 tat-<DATE ISO="20110322">22 ta’ Marzu 2011</DATE>), jipprevdi, fil-punt 11 tal-anness tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>It-tqegħid fis-suq nazzjonali ta’ prodott huwa l-att li bih prodott isir disponibbli għall-ewwel darba, fis-suq nazzjonali, kemm bi ħlas jew bla ħlas, fid-dawl tad-distribuzzjoni tiegħu u/jew tal-użu tiegħu, inkluż l-użu/il-konsum stess.[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Cali Esprou takkwista diversi prodotti diġà imballati barra mill-pajjiż, li hija tbigħ u tikkonsenja, mingħajr intervent min-naħa tagħha, lil bejjiegħa bl-imnut fis-suq Rumen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Hija qiegħdet fis-suq Rumen prodotti li ġew ikkummerċjalizzati bejn id-<DATE ISO="20110819">19 ta’ Awwissu 2011</DATE> u l-<DATE ISO="20141231">31 ta’ Diċembru 2014</DATE>. Bejn it-30 ta’ Marzu u t-<DATE ISO="20150402">2 ta’ April 2015</DATE>, twettaq kontroll fiskali fis-sede ta’ Cali Esprou dwar l-osservanza tal-obbligu tal-ħlas ta’ kontribuzzjoni dovuta lill-AFA, skont l-Artikolu 9(1)(d) tad-DEG Nru 196/2005, għall-imballaġġ tal-prodotti imballati mqiegħda fis-suq Rumen matul il-perijodu 2011-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Wara dan il-kontroll, l-ebda obbligu ta’ ħlas addizzjonali, skont l-Artikolu 9(1)(d) tad-DEG Nru 196/2005, għas-snin 2011 u 2012, ma ġie kkonstatat fir-rigward ta’ Cali Esprou. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet fiskali imponew fuqha, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, obbligu ta’ ħlas addizzjonali ta’ ammont ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">4242</FT> (madwar EUR 909), għas-snin 2013 u 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Cali Esprou ppreżentat rikors amministrattiv quddiem l-AFA kontra dan l-obbligu ta’ ħlas addizzjonali, billi sostniet li hija ma kinitx responsabbli għall-obbligi ta’ ħlas previsti mill-Artikolu 9(1)(d) tad-DEG Nru 196/2005 peress li hija ma setgħetx tiġi klassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>persuna li tniġġes<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Fit-<DATE ISO="20150703">3 ta’ Lulju 2015</DATE>,<?PAGE NO="5"?> l-AFA ċaħdet ir-rikors. Fil-<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>, Cali Esprou ppreżentat rikors quddiem it-Tribunalul Vâlcea (il-Qorti tal-Kontea ta’ Vâlcea, ir-Rumanija), intiż, b’mod partikolari, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AFA. Dan ir-rikors ġie miċħud b’sentenza tas-<DATE ISO="20160506">6 ta’ Mejju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Cali Esprou kkontestat dik is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Curtea de Apel Piteşti (il-Qorti tal-Appell ta’ Piteşti, ir-Rumanija), billi sostniet li, sa fejn hija tiġġestixxi l-imballaġġ u mhux l-iskart tal-imballaġġ, hija ma tistax titqies li hija persuna li tniġġes. Barra minn hekk, skont Calis Esprou, l-Artikolu 9(1)(d) tad-DEG Nru 196/2005 huwa kuntrarju għall-prinċipju magħruf bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>min iniġġes iħallas<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> stabbilit fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/62, li jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri nazzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ din id-direttiva b’osservanza tal-prinċipji li jirregolaw il-politika ambjentali tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-kontribuzzjoni prevista fl-Artikolu 9(1)(d) tad-DEG Nru 196/2005 hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>miżura<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/62. Madankollu, hija tqajjem il-kwistjoni dwar jekk din il-kontribuzzjoni hijiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas stabbilit f’dan l-artikolu. B’mod partikolari, fir-rigward tad-definizzjoni tal-operatur ekonomiku li tinsab fil-punt 11 tal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, hija tqis li persuna li tniġġes, fis-sens tal-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva, għandu jkollha konnessjoni mat-trasformazzjoni tal-imballaġġ fi skart. Issa, Cali Esprou kienet intermedjarja li ma kinitx tintervjeni fuq l-imballaġġ, b’tali mod li l-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar jekk l-obbligu ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni lill-AFA, skont l-Artikolu 9(1)(d) tal-DEG Nru 196/2005, impost fuq Cali Esprou, huwiex konformi mal-Artikolu 15 tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Curtea de Apel Piteşti (il-Qorti tal-Appell ta’ Piteşti) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>L-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/62 jista’ jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-adozzjoni, minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ta’ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi kontribuzzjoni li għandha titħallas mill-operatur ekonomiku li jqiegħed fis-suq nazzjonali prodotti ppakkjati u mballaġġ, mingħajr ma jibdilhom b’ebda mod, u li jbiegħhom fl-istess forma lil operatur ekonomiku, li min-naħa tiegħu jbiegħhom lill-konsumatur finali, fejn l-ammont tal-kontribuzzjoni huwa stabbilit għal kull kilogramma, fuq il-bażi tad-differenza bejn, minn naħa, il-kwantitajiet ta’ skart mill-imballaġġ li jikkorrispondi għall-għanijiet minimi ta’ rkupru jew ta’ inċinerazzjoni f’impjanti ta’ inċinerazzjoni b’irkupru tal-enerġija u b’irkupru permezz tar-riċiklaġġ u, min-naħa l-oħra, il-kwantitajiet ta’ skart mill-imballaġġ effettivament irkuprat jew inċinerat f’impjanti ta’ inċinerazzjoni b’irkupru tal-enerġija u b’irkupru permezz tar-riċiklaġġ?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/62 u l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas li huwa jimplementa jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi kontribuzzjoni fuq operatur ekonomiku li ma jintervjenix fuq l-imballaġġ li huwa jqiegħed fis-suq, ikkalkolata skont id-differenza fil-piż bejn, minn naħa, il-kwantità tal-iskart tal-imballaġġ li tikkorrispondi għall-għanijiet minimi ta’ rkupru tal-enerġija u ta’ rkupru permezz tar-riċiklaġġ u, min-naħa l-oħra, il-kwantità tal-iskart tal-imballaġġ effettivament irkuprat jew riċiklat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/62 jipprevedi li l-Kunsill għandu jadotta strumenti ekonomiċi sabiex jippromwovi l-implimentazzjoni tal-għanijiet stabbiliti mill-imsemmija direttiva u li, fin-nuqqas ta’ tali strumenti, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, konformement mal-prinċipji li jirregolaw il-politika ambjentali tal-Unjoni, fost oħrajn mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, u b’osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mit-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li l-Kunsill ma adottax strumenti ekonomiċi bħal dawn li jimponu kontribuzzjoni għall-iskart tal-imballaġġ imqiegħed fis-suq tal-Istati Membri, dawn tal-aħħar jistgħu għalhekk jadottaw miżuri b’osservanza tal-kundizzjonijiet magħmula fit-tieni sentenza ta’ dan l-Artikolu 15.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas evokat fl-Artikolu 15 u fid-disgħa u għoxrin premessa tad-Direttiva 94/62, jeżiġi, skont l-imsemmija premessa, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>dawk kollha involuti fil-produzzjoni, l-użu, l-importazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti ta’ l-imballaġġ u l-prodotti imballati jsiru aktar konxji ta’ l-ammont ta’ imballaġġ illi jsir skart<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>jaċċettaw ir-responsabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> għal dan l-iskart. L-imsemmi prinċipju għalhekk ma jkoprix biss dawk li huma direttament responsabbli għall-produzzjoni tal-iskart, iżda għandu portata iktar wiesgħa. Huwa jkopri wkoll dawk li jikkontribwixxu għal din il-produzzjoni tal-iskart, li jinkludu l-importaturi u d-distributuri ta’ prodotti imballati (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170330">30 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>VG Čistoća</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑335/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:242">EU:C:2017:242</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-għanijiet iddefiniti mid-Direttiva 94/62, l-Artikolu 1 tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Għanijiet<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jippreċiża, fil-paragrafu 1 tiegħu, li din id-direttiva għandha bħala għan li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>jiġi pprovdut livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Barra minn hekk, skont il-paragrafu 2 tal-imsemmi Artikolu 1, l-imsemmija direttiva tistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>miżuri mmirati, bħala l-ewwel prijorità, lejn it-twaqqif tal-produzzjoni ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, bħala prinċipji fundamentali addizzjonali, lejn l-użu mill-ġdid ta’ l-imballaġġ, lejn ir-riċiklaġġ u lejn forom oħra ta’ l-irkupru ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, b’hekk lejn it-tnaqqis tal-qerda finali ta’ dan l-iskart.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> Għal dan il-għan, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 94/62 jikkonferma l-portata wiesgħa tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, billi jipprevedi li din tapplika għall-imballaġġ kollu mqiegħed fis-suq tal-Unjoni u għall-iskart tal-imballaġġ kollu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Dawn l-għanijiet huma kkonfermati mill-formulazzjoni tal-ewwel u tat-tieni premessi tad-Direttiva 94/62, li jiddikjaraw, rispettivament, li din id-direttiva tfittex, minn naħa, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>tevita jew tnaqqas<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> l-effetti tal-iskart tal-imballaġġ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>sabiex b’hekk jiġi pprovdut livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u, min-naħa l-oħra, sabiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>jitnaqqas il-volum totali ta’ l-imballaġġ<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-konformità mad-dritt tal-Unjoni tal-kontribuzzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha tiġi evalwata fid-dawl, b’mod partikolari, tal-għanijiet tad-Direttiva 94/62 u tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, mill-Artikolu 9(1)(d) tad-DEG Nru 196/2005 jirriżulta li l-kontribuzzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija dovuta mill-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu għall-ewwel darba prodotti imballatti fis-suq nazzjonali, hija kkalkolata skont id-differenza fil-piż bejn, minn naħa, il-kwantitajiet ta’ skart mill-imballaġġ li jikkorrispondu għall-għanijiet minimi ta’ rkupru jew ta’ inċinerazzjoni u, min-naħa l-oħra, il-kwantitajiet ta’ skart mill-imballaġġ effettivament irkuprat jew inċinerat f’impjanti ta’ inċinerazzjoni b’irkupru tal-enerġija u rkuprati permezz ta’ riċiklaġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Rumen, din il-kontribuzzjoni hija intiża, b’mod ġenerali, sabiex tirresponsabbilizza lil dawk li jqiegħdu l-imballaġġ fis-suq Rumen. Fil-fatt, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, billi timponi kontribuzzjoni kkalkolata abbażi tal-piż tal-iskart tal-imballaġġ li jeċċedi l-għanijiet minimi ta’ rkupru jew ta’ inċinerazzjoni fl-impjanti ta’ inċinerazzjoni b’irkupru ta’ enerġija u ta’ rkupru permezz ta’ riċiklaġġ, l-imsemmija kontribuzzjoni tinkoraġġixxi, minn naħa, it-tnaqqis tal-imballaġġ imqiegħed fis-suq nazzjonali u, min-naħa l-oħra, tiffavorixxi l-irkupru jew ir-riċiklaġġ tal-imsemmi skart.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, il-kontribuzzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali twieġeb għall-għanijiet segwiti mid-Direttiva 94/62, b’mod partikolari, billi hija intiża għat-tnaqqis tal-eliminazzjoni finali tal-iskart previst fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva u fit-tieni premessa tagħha, minn naħa, billi tiffavorixxi l-irkupru jew l-inċinerazzjoni tal-iskart tal-imballaġġ f’impjanti ta’ inċinerazzjoni b’irkupru ta’ enerġija u<?PAGE NO="7"?> l-irkupru permezz ta’ riċiklaġġ u, min-naħa l-oħra, billi tiddiswadi, permezz ta’ piż pekunjarju, in-nuqqas ta’ osservanza tal-għanijiet minimi ta’ rkupru jew ta’ inċinerazzjoni b’irkupru ta’ enerġija u ta’ rkupru permezz tar-riċiklaġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Bl-istess mod, kontribuzzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija b’mod ċar konformi mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas stabbilit fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/62. Fil-fatt, il-kontribuzzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kif deskritta fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, timponi piż pekunjarju fuq dawk li jqiegħdu l-imballaġġ fis-suq nazzjonali u li jeċċedu ċerti għanijiet minimi ta’ rkupru ta’ enerġija u ta’ rkupru permezz tar-riċiklaġġ tal-iskart. Għaldaqstant, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, mill-Artikolu 9(1)(d) tad-DEG Nru 196/2005 u mill-punt 11 tal-Anness tad-Digriet Nru 578/2006 dwar l-Adozzjoni tal-Metodu ta’ Kalkolu tal-Kontribuzzjonijiet u tat-Taxxi Dovuti lill-Fond għall-Ambjent, kif emendat, jirriżulta li dan il-piż japplika biss għal dawk li jqiegħdu l-imsemmi imballaġġ fis-suq għall-ewwel darba u mhux għall-intervenjenti fi stadju ulterjuri. Barra minn hekk, dan il-piż huwa impost biss jekk l-għanijiet minimi għall-irkupru ta’ enerġija u l-irkupru permezz tar-riċiklaġġ tal-iskart ma jkunux osservati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li kontribuzzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija konformi kemm mal-għanijiet tad-Direttiva 94/62 kif ukoll mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas fis-sens tal-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Konklużjoni bħal din ma tistax tiġi invalidata mill-argument ippreżentat minn Cali Esprou quddiem il-qorti tar-rinviju, fis-sens li l-operatur ekonomiku li ma jintervjenix fuq l-imballaġġ ta’ prodotti importati u mqiegħda fis-suq Rumen ma huwiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>persuna li tniġġes<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 22 ta’ din is-sentenza, il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas għandu portata li testendi għall-importaturi u għad-distributuri tal-prodotti imballati, u ma huwiex limitat għal dawk li jintervjenu fuq l-imballaġġ tal-prodotti inkwistjoni. L-importaturi u d-distributuri, irrispettivament minn jekk jintervjenux jew le fuq l-imballaġġ, ikkontribwixxew għat-tqegħid tal-iskart, fil-forma ta’ imballaġġ, fis-suq nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkonfermata minn qari sistematiku tad-Direttiva 94/62. Operatur ekonomiku, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma jintervjenix fuq l-imballaġġ ta’ prodotti importati u mqiegħda fis-suq Rumen huwa kopert mill-imsemmija direttiva, li, fil-punt 11 tal-Artikolu 3 tagħha, tiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>l-operaturi ekonomiċi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> b’mod wiesa’, billi tinkludi b’mod partikolari, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>importaturi, in-negozjanti u d-distributuri<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Huwa għalhekk possibbli għal Stat Membru, mingħajr ma jikser il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas stabbilit fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/62, li jordna l-ħlas ta’ kontribuzzjoni, kif deskritta fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, għall-operaturi ekonomiċi li ma jintervjenux fuq l-imballaġġ li jqiegħdu fis-suq nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/62 ma jipproċedix b’armonizzazzjoni eżawrjenti tal-miżuri nazzjonali fl-oqsma rregolati minn din id-direttiva, iżda, kif tfakkar fil-punt 20 ta’ din is-sentenza, jagħti s-setgħa lill-Kunsill li jadotta strumenti ekonomiċi sabiex jippromwovi għanijiet iddefiniti mill-imsemmija direttiva jew, fin-nuqqas ta’ dan, lill-Istati Membri li jaġixxu b’osservanza <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>tal-obbligazzjonijiet taħt it-Trattat<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni teħtieġ ukoll l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat FUE (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151112">12 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Visnapuu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑198/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:751">EU:C:2015:751</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 110 TFUE jirriżulta li, minn naħa, l-ebda Stat Membru ma għandu jimponi fuq il-prodotti tal-Istati Membri l-oħra taxxi interni superjuri minn dawk imposti fuq prodotti nazzjonali simili u, min-naħa l-oħra, li l-ebda Stat Membru ma għandu jimponi fuq il-prodotti ta’ Stati Membri oħra taxxi interni ta’ natura li jagħtu protezzjoni indiretta lil prodotti oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja repetutament iddeċidiet li piż pekunjarju jikkostitwixxi taxxa interna fis-sens tal-Artikolu 110 TFUE jekk dan jirriżulta minn sistema ġenerali ta’ taxxi interni applikata sistematikament għal kategoriji ta’ prodotti skont kriterji oġġettivi applikati irrispettivament mill-oriġini jew mid-destinazzjoni tal-prodotti (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060608">8 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Koornstra</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑517/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:375">EU:C:2006:375</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Stadtgemeinde Frohnleiten u Gemeindebetriebe Frohnleiten</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑221/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:657">EU:C:2007:657</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-iskart għandu jitqies li huwa prodott fis-sens tal-Artikolu 110 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920709">9 ta’ Lulju 1992</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:310">EU:C:1992:310</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti u tad-deskrizzjoni tal-kontribuzzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali magħmula fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkunsidrat li din il-kontribuzzjoni hija piż pekunjarju li tagħmel parti minn sistema ġenerali ta’ taxxi interni applikata sistematikament għal kategorija ta’ prodotti, jiġifieri l-kwantitajiet ta’ skart tal-imballaġġ li jeċċedu l-għanijiet minimi ta’ rkupru jew ta’ inċinerazzjoni u li ma ġewx effettivament irkuprati jew inċinerati f’impjanti ta’ inċinerazzjoni b’irkupru ta’ enerġija u rkuprati permezz tar-riċiklaġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kontribuzzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi taxxa interna fis-sens tal-Artikolu 110 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li jkun hemm ksur tal-Artikolu 110 TFUE meta t-taxxa imposta fuq il-prodott importat u dik imposta fuq prodott simili nazzjonali jkunu kkalkolati b’mod differenti u skont modalitajiet differenti, b’mod li jwasslu, anki jekk biss f’ċerti każijiet, għal tassazzjoni ogħla tal-prodott importat (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151112">12 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Visnapuu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑198/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:751">EU:C:2015:751</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑200/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:453">EU:C:2016:453</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kontribuzzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija imposta fuq l-iskart tal-imballaġġ skont kriterji oġġettivi applikati indipendentament mill-oriġini tagħhom jew mid-destinazzjoni tagħhom. Fil-fatt, din il-kontribuzzjoni hija dovuta mill-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq nazzjonali prodotti imballati, irrispettivament mill-oriġini tagħhom. Barra minn hekk, id-deċiżjoni tar-rinviju ma tipprovdi ebda prova li turi li l-imsemmija kontribuzzjoni hija ta’ natura li tolqot b’mod iktar qawwi l-iskart tal-imballaġġ tal-prodotti importati milli l-iskart tal-imballaġġ tal-prodotti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/62 u l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas li huwa jimplementa ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi kontribuzzjoni fuq operatur ekonomiku li ma jintervjenix fuq l-imballaġġ li huwa jqiegħed fis-suq, ikkalkolata skont id-differenza fil-piż bejn, minn naħa, il-kwantità tal-iskart tal-imballaġġ li tikkorrispondi għall-għanijiet minimi ta’ rkupru tal-enerġija u ta’ rkupru permezz tar-riċiklaġġ u, min-naħa l-oħra, il-kwantità tal-iskart tal-imballaġġ effettivament irkuprat jew riċiklat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19941220">20 ta’ Diċembru 1994</DATE> dwar l-imballaġġ u l-iskart tal-imballaġġ, u l-prinċipju magħruf bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>min iniġġes iħallas<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> li huwa jimplementa ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi kontribuzzjoni fuq operatur ekonomiku li ma jintervjenix fuq l-imballaġġ li huwa jqiegħed fis-suq, ikkalkolata skont id-differenza fil-piż bejn, minn naħa, il-kwantità tal-iskart tal-imballaġġ li tikkorrispondi għall-għanijiet minimi ta’ rkupru tal-enerġija u ta’ rkupru permezz tar-riċiklaġġ u, min-naħa l-oħra, il-kwantità tal-iskart tal-imballaġġ effettivament irkuprat jew riċiklat.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>