02001R2580 — MT — 09.07.2019 — 012.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 (ĠU L 344 28.12.2001, p. 70) |
Emendat bi:
Emendat bi:
|
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
Ikkoreġut bi:
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2580/2001
tas-27 ta’ Diċembru 2001
dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
Artikolu 1
Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:
1. “Fondi, assi finanzjarji u risorsi ekonomiċi oħra” tfisser assi ta’ kull xorta, sew tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, akkwistati kif akkwistati, u dokumenti jew strumenti legali f’kull forma, inklużi elettroniċi jew diġitali, li jixhdu titolu għal, jew interess fi, assi ta’ din ix-xorta, inklużi, imma mhux limitati għal, krediti ta’ banek, travellers’ cheques, ċekkijiet tal-banek, money orders, azzjonijiet, sigurtajiet, bonds, drafts u ittri ta’ kreditu.
2. “L-iffriżar ta’ fondi, assi finanzjarji u risorsi ekonomiċi oħra” tfisser li ma jitħalliex kull moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta’ jew innegozjar f’fondi f’kull mod li jirriżulta f’xi bidla fil-volum, ammont, lok, proprjetà, pussess, karattru, jew destinazzjoni tagħhom jew bidla oħra li jagħmilha possibbli li l-fondi jiġu użati, inkluż l-amministrazzjoni ta’ portafoll.
3. “Servizzi finanzjarji” tfisser kull servizz ta’ natura finanzjarja, inklużi s-servizzi kollha ta’ l-assigurazzjoni u dawk relatati ma’ l-assigurazzjoni, u s-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni) kif ġej:
Is-servizzi ta’ l-assigurazzjoni u dawk relatati ma’ l-assigurazzjoni
(i) Assigurazzjoni diretta (inkluża l-ko-assigurazzjoni):
(A) assigurazzjoni fuq il-ħajja;
(B) mhux fuq il-ħajja;
(ii) Assigurazzjoni mill-ġdid u retroċessjoni;
(iii) Intermedjazzjoni għall-assigurazzjoni, bħas-senserija u l-mandat;
(iv) Is-servizzi awżiljarji għall-assigurazzjoni, bħall-konsulenza, l-attwarju, u servizzi ta’ stima tar-riskju u ta’ ftehim fuq claims.
Servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni)
(v) Aċċettazzjoni ta’ depożiti u fondi li jerġgħu jitħallsu oħra;
(vi) Self ta’ kull tip, inkluż kreditu lill-konsumatur, kreditu ipotekarju, bejgħ ta’ dejn u ffinanzjar ta’ transazzjonijiet kummerċjali;
(vii) Kera finanzjarja;
(viii) Is-servizzi kollha ta’ trasmissjoni ta’ ħlas u ta’ flus, inkluż il-kreditu, karti ta’ ħlas u ta’ debitu, travellers’ cheques u drafts tal-bankarji;
(ix) Garanziji u impenji;
(x) Innegozjar għalih innifsu jew għal klijenti, kemm jekk fuq tpartit, ġewwa suq bil-miftuħ jew b’mod ieħor, dawn li ġejjin:
(A) Strumenti ta’ flus tas-suq (inklużi ċekkijiet, karti tal-flus, ċertifikati ta’ depożitu);
(B) kambju barrani;
(Ċ) Prodotti derivattivi inklużi, imma mhux limitati għal, futures u options;
(D) strumenti ta’ rati tal-kambju u ta’ l-imgħax, inklużi prodotti bħat-tpartit u l-ftehim dwar forward rate;
(E) titoli trasferibbli;
(F) strumenti negozzjabbli oħra u assi finanzjarji, inkluż is-suq tad-deheb;
(xi) Parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ kull tip ta’ titoli, inkluż underwriting u tqegħid bħala aġent (kemm jekk pubblikament jew privatament) u l-forniment ta’ servizzi relatati ma’ ħruġ ta’ din ix-xorta;
(xii) Senserija tal-flus;
(xiii) Amministrazzjoni ta’ l-assi, bħall-amministrazzjoni ta’ flus kontanti jew ta’ portafoll, il-forom kollha ta’ amministrazzjoni ta’ investiment kollettiv, amministrazzjoni ta’ fondi għall-pensjoni, servizzi ta’ kustodja, depositarji u ta’ trust;
(xiv) Servizzi ta’ konklużjoni u ta’ clearing għal assi finanzjarji, inklużi titoli, prodotti derivattivi, u strumenti oħra negozzjabbli;
(xv) Il-fornizzjoni u t-trasferiment ta’ informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta’ data finanzjarja u software relatat minn fornituri ta’ servizzi finanzjarji oħra;
(xvi) Servizzi ta’ konsulenza, intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljarji oħra dwar l-attivitajiet kollha mniżżla minn (v) sa (xv), inklużi referenzi u analiżi ta’ kreditu, investiment u riċerka u pariri dwar portafolli, pariri fuq akkwisti u fuq strateġija u ristrutturazzjoni korporattiva.
4. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjoni ta’ “att terroristiku” għandha tkun dik li tinsab fl-Artikolu 1(3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.
5. “Proprjetà ta’ persuna, grupp jew entità legali” tfisser li tkun fil-pussess ta’ 50 % jew iktar tad-drittijiet proprjetarji ta’ persuna, grupp jew entità legali, jew li jkollok interess maġġoritarju fihom.
6. “Kontroll ta’ persuna, grupp jew entità legali” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
(a) li wieħed ikollu d-dritt li jaħtar jew ineħħi maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv ta’ tmexxija jew ta’ sorveljanza ta’ l-istess persuna, grupp jew entità legali;
(b) li wieħed ikun ħatar biss bħala riżultat tad-drittijiet tiegħu tal-vot, maġġoranza tal-membri tal-korpi amministrattivi, ta’ tmexxija jew ta’ sorveljanza ta’ persuna, grupp jew entità legali li kellu kariga matual s-sena finanzjarja preżenti u dik ta’ qabel;
(ċ) li wieħed jikkontrolla waħdu, skond ftehim ma’ azzjonisti oħra fi jew membri ta’ persuna, grupp jew entità legali, maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ l-azzjonisti jew tal-membri f’dik il-persuna, grupp jew entità legali;
(d) li wieħed ikollu d-dritt li jeżerċita influenza dominanti fuq il-peruna legali, grupp jew entità, skond ftehim li jkun daħal fih ma’ dik il-persuna, grupp jew entità legali, jew skond dispożizzjoni fil-Memorandum jew fl-Artikoli ta’ l-Assoċjazzjoni tagħha, fejn il-liġi li tirregola dik il-persuna, grupp jew entità legali tippermetti li tkun soġġetta għal ftehim jew dispożizzjoni ta’ dik ix-xorta;
(e) li wieħed ikollu l-poter li jeżerċita d-dritt li jeżerċita influenza dominanti msemmija fil-punt (d), mingħajr ma jkun id-detentur ta’ dak id-dritt;
(f) li wieħed ikollu d-dritt li juża l-assi kollha jew parti minnhom ta’ persuna, grupp jew entità legali;
(g) li wieħed jamministra n-negozju ta’ persuna, grupp jew entità legali fuq bażi unitarja, filwaqt li jippubblika kontijiet konsolidati;
(h) li jidħol għar-responsabbiltajiet tal-persuna, grupp jew entità legali in solidum jew jiggarantihom.
Artikolu 2
1. Ħlief kif permess taħt l-Artikoli 5 u 6:
(a) Il-fondi, assi finanzjarji oħra u riżorsi ekonomiċi kollha, li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta’jew miżmuma minn, persuna naturali jew legali, grupp jew entità inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu ffriżati;
(b) L-ebda fondi, assi finanzjarji oħra u risorsi ekonomiċi m’għandhom jiġu magħmula disponibbli, direttament jew indirettament, lil, jew għall-benefiċċju ta’, persuna naturali jew legali, grupp jew entità inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 3.
2. Ħlief kif permess taħt l-Artikoli 5 u 6, għandu jkun projbit li tipprovdi servizzi finanzjarji lil, jew għall-benefiċċju ta’, persuna naturali jew legali, grupp jew entità inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 3.
3. Il-Kunsill, jaġixxi b’unanimità, għandu jistabbilixxi, jirrevedi u jemenda l-lista ta’ persuni, gruppi jew entitajiet li għalihom japplika dan ir-Regolament, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(4), (5) u (6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK; din il-lista għandha tinkludi:
(i) persuni naturali li jikkommettu, jew jippruvaw jikkommettu, jipparteċipaw fi jew jiffaċilitaw l-għamil ta’ xi att ta’ terroriżmu;
(ii) persuni legali, gruppi jew entitajiet li jikkommettu, jew jippruvaw jikkommettu, jipparteċipaw fi jew jiffaċilitaw l-għamil ta’ xi att ta’ terroriżmu;
(iii) persuni legali, gruppi jew entitajiet li huma ta’ jew kontrollati minn persuna naturali jew legali, grupp jew entità waħda jew iktar imsemmija fil-punti (i) u (ii); jew
(iv) persuni naturali legali, gruppi jew entitajiet li jaġixxu fl-interess ta’ jew fuq id-direzzjoni ta’ persuna naturali jew legali, grupp jew entità waħda jew iktar imsemmija fil-punti (i) u (ii).
▼M10 —————
Artikolu 3
1. Il-parteċipazzjoni, b’mod konxju u intenzjonalment, f’attivitajiet, li l-oġġett jew effett tagħhom hu, direttament jew indirettament, li taħrab mill-Artikolu 2 għandhom ikunu projbiti.
2. Kull informazzjoni li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qed ikunu, jew kienu, maħruba minnhom għandha tkun notifikata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri mniżżla fl-Anness u lill-Kummissjoni.
Artikolu 4
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rapurtar, kunfidenzalità u segretezza professjonali u għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 284 tat-Trattat, banek, istituzzjonijiet finanzjarji oħra, kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni, u entitajiet u persuni oħra għandhom:
— jipprovdu immedjatament kull informazzjoni li tkun se tifffaċilita l-osservanza ta’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skond l-Artikolu 2 u transazzjonijiet esegwiti skond l-Artikoli 5 u 6:
—
— lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri elenkati fl-Anness fejn huma residenti jew qiegħdin, u
— permezz ta’ dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni,
— jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness f’kull verifikazzjoni ta’ din l-informazzjoni.
2. Kull informazzjoni provduta jew riċevuta skond dan l-Artikolu għandha tkun użata biss għall-għanijiet li għaliha kienet provduta jew riċevuta.
3. Kull informazzjoni direttamenmt riċevuta mill-Kummissjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati u tal-Kunsill.
Artikolu 5
1. L-Artikolu 2(1)(b) m’għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’ imgħax dovut fuq dawn il-kontijiet. Dan l-imgħax għandu jkun iffriżat ukoll.
2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri elenkati fl-Anness jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet speċifiċi, taħt dawk il-kondizzjonijiet li jikkunsidraw xierqa, sabiex ma jitħalliex l-iffinanzjar ta’ atti ta’ terroriżmu, għal
1. l-użu ta’ fondi ffriżati għall-bżonnijiet umani essenzali ta’ persuna naturali inkluża fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) jew membru tal-familja tiegħu, inkluż b’mod partikolari ħlas għal ikel, mediċini, il-kera jew pagament għar-residenza familjari u tariffi jew ħlasijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ trattament mediku ta’ membri ta’ dik il-familja, li għandhom jitwettqu ġewwa l-Komunità;
2. pagamenti minn kontijiet iffriżat għall-għanijiet li ġejjin:
(a) pagamenti ta’ taxxi, premiums ta’ l-assigurazzjoni obbligatorji u tariffi għal servizzi ta’ utilità pubblika bħall-gass, l-ilma, l-elettriku u telekomunikazzjonijiet li għandhom jitħallsu fil-Komunità; u
(b) pagamenti ta’ ħlasijiet dovuti lil istituzzjoni finanzjarja fil-Komunità għall-manteniment ta’ kontijiet;
3. pagamenti lil persuna, entità jew grupp inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3), dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligazzjonijiet li kienu konklużi jew li qamu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament iżda li dawk il-pagamenti jsiru lil kont iffriżat ġewwa l-Komunità.
3. Talbiet għal awtorizzazzjonijiet għandhom isiru lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-fondi, l-assi finanzjarji oħra jew risorsi ekonomiċi oħra ġew iffriżati.
Artikolu 6
1. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 u sabiex jiġu protetti l-interessi tal-Komunità, li jinkludu l-interessi taċ-ċittadini u r-residenti tagħha, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet speċifiċi:
— biex fondi, assi finanzjarji oħra jew risorsi ekonomiċi oħra ma jibqgħux iffriżati,
— biex jitqiegħdu fondi, assi finanzjarji oħra jew risorsi ekonomiċi oħra għad-dispożizzjoni ta’ persuna, entità jew enti inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3), jew
— biex jingħataw servizzi finanzjarji lil dik il-persuna, entità jew enti,
wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, il-Kunsill u l-Kummissjoni skond il-paragrafu 2.
2. Awtorità kompetenti li tirċievi talba għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu1 għandha tinnotifika l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif elenkat fl-Anness, bil-bażijiet li fuqhom għandha l-intenzjoni li jew tiċħad it-talba jew li tagħti awtorizzazzjoni speċifika, u tinformahom bil-kondizzjonijiet li hi tqis neċessarji sabiex ma jitħalliex l-iffinanzjar ta’ atti ta’ terroriżmu.
L-awtorità kompetenti li għandha l-intenzjoni li tagħti awtorizzazzjoni speċifika għandha tagħti l-konsiderazzjoni dovuta ta’ kummenti magħmula fi żmien ġimgħatejn mill-Istati Membri l-oħra, il-Kunsill u l-Kummissjoni.
Artikolu 7
Il-Kummissjoni għandha tingħata l-poter, fuq il-bażi ta’ informazzjoni provduta mill-Istati Membri, li temenda l-Anness.
Artikolu 8
L-Istati Membri, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u jfornu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti fid-dispożizzjoni tagħhom f’konnessjoni ma’ dan ir-Regolament, notevolment informazzjoni riċevuta skond l-Artikoli 3 u 4, u għal dak li għandu x’jaqsam ma’ problemi ta’ vjolazzjoni u infurzar jew ġudizzji mgħotija minn qrati nazzjonali.
Artikolu 9
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi s-sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti meta d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jinkisru. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, u dissważivi.
Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu japplika:
1. ġewwa t-territorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta’ l-ajru tagħha,
2. fuq xi inġenji ta’ l-ajru jew xi bastimenti taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru,
3. lil kull persuna f’kull post ieħor li hu ċittadin ta’ Stat Membru,
4. lil kull persuna, grupp jew entità legali inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru,
5. lil kull persuna, grupp jew entità legali li tagħmel kummerċ ġewwa l-Komunità.
Artikolu 11
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
2. Fi żmien perjodu ta’ sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-impatt ta’ dan ir-Regolament u, jekk neċessarju, tagħmel proposti biex jiġi emendat.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
LISTA TA’ AWTORITAJIET KOMPETENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 3, 4 U 5
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/nl/Beleid/beleidsthemas/vrede_en_veiligheid/sancties
https://diplomatie.belgium.be/fr/politique/themes_politiques/paix_et_securite/sanctions
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
Il-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/101
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.exteriores.gob.es/Portal/en/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
http://www.mvep.hr/sankcije
L-ITALJA
https://www.esteri.it/mae/it/politica_estera/politica_europea/misure_deroghe
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/mfa/mfa2016.nsf/mfa35_en/mfa35_en?OpenDocument
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/mesures-restrictives.html
L-UNGERIJA
http://www.kormany.hu/download/9/2a/f0000/EU%20szankci%C3%B3s%20t%C3%A1j%C3%A9koztat%C3%B3_20170214_final.pdf
MALTA
https://foreignaffairs.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/Sanctions-Monitoring-Board.aspx
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja
IL-PORTUGALL
http://www.portugal.gov.pt/pt/ministerios/mne/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548IS
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-IŻVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
IR-RENJU UNIT
https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
Il-Kummissjoni Ewropea
Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)
EEAS 07/99
B-1049 Brussels, Belgium
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu